Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rigward id-dritt ta’ residenza taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni u prassi amministrattiva nazzjonali li teżiġi riżorsi personali suffiċjenti sabiex ikun jista’ jinkiseb permess ta’ residenza fir-rigward ta’ persuni mhux attivi ekonomikament u ta’ pensjonanti.

Dispożittiv

1)

Parti operattiva

Billi żamm fis-seħħ dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu li, biex jinkiseb permess ta’ residenza, ir-residenti ta’ l-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea, li mhumiex ekonomikament attivi jew li huma pensjonanti, għandhom jagħtu prova li huma jiddisponu minn riżorsi sostenibbli, ir-Renju ta’ l-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 68/360/KEE, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fi ħdan il-Komunità għal ħaddiema ta’ l-Istati Membri u l-familji tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 90/364/KEE, tat-28 ta’ Ġunju 1990, dwar id-dritt ta’ residenza, u d-Direttiva tal-Kunsill 90/365/KEE, tat-28 ta’ Ġunju 1990, dwar id-dritt ta’ residenza għall-impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom li waqqfu l-attività tax-xogħol tagħhom.

2) Ir-Renju ta’ l-Olanda huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3) Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjez rispettivi tagħhom.