14.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/134


P9_TA(2022)0337

Assistenza Flessibbli għat-Territorji (FAST-CARE) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060 fir-rigward ta' aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) – CARE (COM(2022)0325 – C9-0218/2022 – 2022/0208(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2023/C 132/20)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0325),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0218/2022),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta’ Lulju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0232/2022),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2022)0208

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Ottubru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) – CARE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/2039.)