13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2013

dwar in-notifika mir-Repubblika tal-Litwanja ta’ pjan nazzjonali tranżitorju msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

(notifikata bid-dokument C(2013) 8636)

(It-test Litwan biss huwa awtentiku)

(2013/751/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, ir-Repubblika tal-Litwanja ppreżentat lill-Kummissjoni l-pjan nazzjonali tranżitorju tagħha (TNP) fil-31 ta’ Diċembru 2012 (2).

(2)

Matul il-valutazzjoni tagħha dwar il-kompletezza tat-TNP, il-Kummissjoni sabet li xi impjanti inklużi fit-TNP ma kinux jaqblu ma’ dawk fl-inventarju tal-emissjonijiet ippreżentat mir-Repubblika tal-Litwanja skont id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk, permezz tal-ittra tat-12 ta’ Ġunju 2013 (4), il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Litwani biex jiċċaraw dawk id-diskrepanzi, biex jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/75/UE kienu ġew applikati korrettement fit-tfassil tat-TNP, u biex jipprovdu d-dejta nieqsa dwar impjant individwali.

(3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja ppreżentat informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni permezz tal-ittra tas-26 ta’ Ġunju 2013 (5).

(4)

Wara valutazzjoni oħra tat-TNP u l-informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni bagħtet it-tieni ittra lir-Repubblika tal-Litwanja fit-23 ta’ Lulju 2013 (6) flimkien mat-talba biex tiċċara r-raġunijiet tal-applikazzjoni tal-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet fuq ħames impjanti msemmija fin-nota 5 tat-Tabella C1 tal-Appendiċi C tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE (7).

(5)

Permezz tal-ittra tal-20 ta’ Awwissu 2013 (8), ir-Repubblika tal-Litwanja ppreżentat l-informazzjoni addizzjonali dwar il-kontenut tal-irmied tal-fjuwil użat f’xi impjanti koperti mit-TNP.

(6)

Permezz tal-ittra tas-27 ta’ Settembru 2013 (9), il-Kummissjoni talbet aktar kjarifiki u li tingħata d-dejta kollha, f’konformità mal-informazzjoni mitluba fid-Deċiżjoni 2012/115/UE.

(7)

Bl-imejl tat-3 ta’ Ottubru 2013 (10), ir-Repubblika tal-Litwanja pprovdiet ċertifikati oħra tal-kompożizzjoni taż-żejt tqil tal-fjuwil u kkonfermat li l-informazzjoni kollha disponibbli ngħatat lill-Kummissjoni u li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-ELV stabbiliti fin-nota 5 tat-Tabella C1 tal-Appendiċi C tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE kienu sodisfatti għall-ħames impjanti konċernati.

(8)

Għalhekk it-TNP ġie vvalutat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE.

(9)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni eżaminat il-konsistenza u l-korrettezza tad-dejta, tas-suppożizzjonijiet u tal-kalkoli użati biex ġew determinati l-kontribuzjzonijiet ta’ kull impjant ta’ kombustjoni kopert mit-TNP għal-limiti massimi tal-emissjonijiet stabbiliti fit-TNP, u analizzat jekk dan jinkludix l-għanijiet u l-miri relatati, il-miżuri u l-iskedi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet u l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ sabiex jivvaluta l-konformità fil-futur.

(10)

Barra l-informazzjoni addizzjonali ppreżentata, il-Kummissjoni sabet li l-limiti massimi tal-emissjonijiet għas-snin 2016 u 2019 ġew ikkalkulati skont użu ta’ dejta u formoli xierqa u li l-kalkoli kienu korretti. Ir-Repubblika tal-Litwanja tat biżżejjed informazzjoni rigward il-miżuri li se jiġu implimentati sabiex jintlaħqu l-limiti massimi tal-emissjonijiet, il-monitoraġġ u r-rappurtar lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tat-TNP.

(11)

Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-awtoritajiet Litwani ħadu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE.

(12)

L-implimentazzjoni tat-TNP għandha tkun bla ħsara għal liġijiet oħra applikabbli, nazzjonali u tal-Unjoni. B’mod partikolari, meta jiġu ffissati l-kondizzjonijiet għall-permess individwali għall-impjanti tal-kombustjoni koperti bit-TNP, ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tiżgura li l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti, inter alia, fid-Direttiva 2010/75/UE, id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u d-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) ma tkunx perikolata.

(13)

L-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE jitlob lir-Repubblika tal-Litwanja biex tinfurma lill-Kummissjoni dwar kull bidla sussegwenti fit-TNP. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-bidliet jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fuq il-bażi tal-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE, ma tqajmux oġġezzjonijiet kontra l-pjan nazzjonali tranżitorju, li r-Repubblika tal-Litwanja nnotifikat bih lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru 2012 skont l-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, kif emendata skont l-informazzjoni addizzjonali mibgħuta fis-26 ta’ Ġunju 2013, fl-20 ta’ Awwissu 2013 u fit-3 ta’ Ottubru 2013 (13).

2.   Il-lista tal-impjanti koperti mill-pjan nazzjonali tranżitorju, il-kontaminanti li għalihom dawk l-impjanti huma koperti, u l-limiti massimi ta’ emissjoni applikabbli huma stipulati fl-Anness.

3.   L-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tranżitorju mill-awtoritajiet Litwani ma għandhiex teżenta lir-Repubblika tal-Litwanja mill-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/75/UE li jikkonċernaw l-emissjonijiet minn impjanti individwali ta’ kombustjoni koperti mill-pjan, u ma’ korpi rilevanti oħrajn tal-liġi ambjentali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk xi bidliet sussegwenti fil-pjan nazzjonali tranżitorju notifikati mir-Repubblika tal-Litwanja, jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 32 (1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  In-notifika mir-Repubblika tal-Litwanja waslet permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Diċembru 2012 irreġistrata bir-referenza Ares(2013)14208

(3)  Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11. 2001, p.1)

(4)  Ares(2013)1636798

(5)  Ares(2013)2499624

(6)  Ares(2013)2741492

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE tal-10 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 52, 24.2.2012, p.12)

(8)  Ares(2013)3085715

(9)  Ares(2013)3122034

(10)  Ares(2013)3183202

(11)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1)

(12)  Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22)

(13)  Il-verżjoni konsolidata tat-TNP ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ottubru 2013 taħt in-numru ta’ reġistrazzjoni Ares(2013)3408081.


ANNESS

Lista ta’ impjanti inklużi fit-TNP

Numru

L-isem tal-impjant fit-TNP

Il-kapaċità termali kklassifikata totali fil-31.12.2010

(MW)

Is-sustanzi li jniġġsu koperti bit-TNP

SO2

NOx

trab

1

Termofikacinė elektrinė Nr. 2 (E-2),

taršos šaltinis Nr. 001

Elektrinės 2, LT-03150 Vilnius

444

√

√

√

2

Termofikacinė elektrinė Nr. 2 (E-2),

taršos šaltinis Nr. 002

Elektrinės 2, LT-03150 Vilnius

438

√

√

√

3

Termofikacinė elektrinė Nr. 3 (E-3),

taršos šaltinis Nr. 001

Jočionių 13, LT-02300 Vilnius

1 098

√

√

√

4

Ateities rajoninė katilinė Nr. 8 (RK-8),

taršos šaltinis Nr. 001

349

√

√

√

5

Alytaus RK

taršos šaltinis Nr. 001

330,5

√

√

√

6

Marijampolės RK

taršos šaltinis Nr. 001

158,8

√

√

√

7

Kauno elektrinė, taršos šaltinis Nr.001

1 334

—

√

—


Limiti massimi tal-emissjonijiet (tunnellati)

 

2016

2017

2018

2019

1.1 – 30.6.2020

SO2

793

637

480

324

162

NOx

2 149

1 733

1 317

900

450

trab

94

76

57

39

20