|
10.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 100/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 138/2007
tas-26 ta' Ottubru 2007
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistipula r-rekwiżiti għall-iġjene ta' l-għalf (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru. 183/2005 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE (3) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 98/51/KE (4), li huma mdaħħla fil-Ftehim u li konsegwentament għandhom jitħassru mill-Ftehim. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal Liechtenstein. |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 31l (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/677/KE):
|
|
2. |
It-test ta' punti 31b (id-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE:) u 31ba (id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/51/KE:) għandu jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 fil-lingwi Iżlandiza u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Ottubru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Komitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007, skond liema hi l-aħħar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 47, 21.2.2008, p. 12.
(3) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 15.
(4) ĠU L 208, 24.7.1998, p. 43
(*1) Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.