|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
353 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE
Nru 102/2005
tat-8 ta’Lulju 2005
li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV għall-Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 43/2005 tal-11 ta' Marzu 2005 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta' l-elettriku prodott minn sorsi ta' l-enerġija rinnovabbli fis-suq intern ta' l-elettriku (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18 (Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament u tal-Kunsill) fl-Anness IV għall-Ftehim:
|
“19. |
32001 L 0077: Id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta' l-elettriku prodott minn sorsi ta' l-enerġija rinnovabbli fis-suq intern ta' l-elettriku (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33).
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva 2001/77/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-suppliment ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2005, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
HSH Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 198, 28.7.2005, p. 45.
(2) ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33. Direttiva kif emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(7) Iċ-ċifra għall-Islanda tista' tintlaħaq jekk ma jkun hemm l-ebda bidla fl-interkonnettività ma' sistemi ta' l-elettriku oħrajn; Barra minn hekk, minħabba l-importanza tal-fatturi klimatiċi fuq il-produzzjoni ta' l-elettriku minn riżorsi idroloġiċi, id-domanda għall-elettriku u l-interruzzjonijiet fit-trasmissjoni, iċ-ċifra għall-2010 għandha tiġi kkalkulata fuq mudell ta' firxa fit-tul ibbażat fuq kondizzjonijiet idroloġiċi u klimatiċi.
(8) L-abbiltà tan-Norveġja li tilħaq il-mira tagħha ta' 90 fil-mija tista' tintlaħaq jekk il-konsum ta' l-elettriku ma jiżdiedx b'aktar minn 1 fil-mija kull sena. Dan jikkorrispondi għal kapaċità ta' produzzjoni ġdida ta' madwar 6-7 TWh ta' elettriku minn sorsi ta' l-enerġija rinnovabbli introdotti mill-1997 sa l-2010.
Il-varjazzjonijiet konsiderevoli fil-produzzjoni ta' l-idroelettriku fin-Norveġja tista' toħloq ħtieġa għan-Norveġja li tqis il-potenzjal tal-produzzjoni medja ta' l-idroelettriku fir-rapporti dwar il-kisba tal-mira indikattiva.”
(*1) Ħtiġiet kostituzzjonali indikati.