SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
25 ta’ Frar 2010 ( *1 )
“Politika agrikola komuni — Regolament (KE) Nru 2201/96 — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati — Regolament (KE) Nru 1535/2003 — Skema ta’ għajnuna fis-settur tal-prodotti pproċessati tal-frott u l-ħxejjex — Prodotti pproċessati — Ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew fil-meraq naturali tal-frott — Prodotti lesti”
Fil-Kawża C-25/09,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-25 ta’ Settembru 2008, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-19 ta’ Jannar 2009, fil-proċedura
Sió-Eckes kft
vs
Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn E. Levits, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur) u M. Berger, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Pedro Cruz Villalón,
Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-17 ta’ Diċembru 2009,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Sió-Eckes kft, minn A. Törő, ügyvéd, |
|
— |
għall-Gvern Ungeriż, minn J. Fazekas, R. Somssich u K. Szíjjártó, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn M. Vollkommer u A. Sipos, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal domanda preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 83-102) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003, tad-29 ta’ Awissu 2003, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 555-571), kif emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004, tal-1 ta’ Marzu 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 43, p. 23-24, iktar ’il quddiem rispettivament ir-“Regolament Nru 2201/96” u r-“Regolament Nru 1535/2004”), kif ukoll tar-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 2320/89, tat-28 ta’ Lulju 1989, għall-rekwiżiti minimi ta’ kwalità għall-ħawħ fil-ġulepp u l-ħawħ fis-sugu naturali tal-frott għall-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna produttiva (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 136-138), kif emendat bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 996/2001, tat-22 ta’ Mejju 2001, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 32, p. 271-272, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 2320/89”). |
|
2 |
Din it-talba ġiet saret fil-kuntest ta’ kawża bejn Sió-Eckes kft (iktar ’il quddiem “Sió-Eckes”) u l-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve (Uffiċċju tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali, iktar ’il quddiem il-“Hivatal”) fir-rigward ta’ għajnuna li minnha bbenefikat Sió-Eckes fis-sena tal-marketing 2004/2005 għall-produzzjoni tal-polpa tal-ħawħ. |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolament Nru 2201/96
|
3 |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 2201/96 jgħid: “Skema ta’ għajnuna Komunitarja qiegħda tiġi introdotta biex tassisti lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jissuplixxu tadam, ħawħ u lanġas maħsuda fil-Komunità għall-produzzjoni tal-prodotti proċessati elenkati fl-Anness I.” |
|
4 |
Skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament: “L-iskema msemmija fl-Artikolu 2 għandha tkun ibbażata fuq kuntratti bejn, minn naħa waħda, organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti jew awtorizzati proviżorjament taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u, minn naħa l-oħra, proċessuri approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. […]” |
|
5 |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 2201/96 jgħid: “Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 2 sa 5, u b’mod partikolari regoli li jirregolaw l-approvazzjoni ta’ proċessuri, konklużjoni ta’ kuntratti ta’ proċessar, ħlas ta’ għajnuna, miżuri ta’ kontroll u sanzjonijiet, snin tal-kummerċ, karatteristiċi minimi tal-materja prima fornita għall-ipproċessar, rekwiżiti ta’ kwalità minima għal prodotti finali u l-konsegwenzi finanzjarji jekk jinqabżu l-limiti, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 29.” |
|
6 |
Skont l-Artikolu 6a(4) ta’ dan ir-regolament: “Għajnuna għall-produzzjoni għandha tingħata biss lil proċessuri għal prodotti proċessati li:
|
|
7 |
L-Anness I tar-Regolament Nru 2201/96 jelenka, taħt it-titolu “Il-Prodotti msemmija fl-Artikolu 2”, il-kodiċijiet NM ex 20087061, ex 20087069, ex 20087071, ex 20087079, ex 20087092 u ex 20087098, li jikkorrispondu għall-isem “Ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott”. |
Ir-Regolament Nru 1535/2003
|
8 |
It-tielet premessa tar-Regolament Nru 1535/2003 tgħid: “Sabiex jiġi żgurat illi l-iskema tiġi applikata b’mod uniformi, għandhom jiġu ddefiniti l-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u l-Anness I ta’ miegħu, is-snin tas suq li japplikaw għal dawn il-prodotti u l-perjodi taż-żmien tal-kunsinna tal-materji [materja] prima.” |
|
9 |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1535/2003, intitolat “Il-prodotti mlestija [lesti]”: “Il-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) u fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2201/96 ifissru l-prodotti li ġejjin:
[…]” |
|
10 |
L-Artikolu 35(1) tar-Regolament Nru 1535/2003 b’mod partikolari jgħid: “Għajr fil-każijiet ta’ forza maġġuri, meta jinstab illi l-kwantità sħiħa tad-tadam, tal-ħawħ jew tal-lanġas aċċettata għall-proċessar skond il-kuntratt ma tkunx ġiet ipproċessata f’wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u fl-Anness I ta’ miegħu, il-proċessur għandu jħallas lill-awtoritajiet kompetenti ammont egwali għal darbtejn l-ammont ta’ l-unità immoltiplikat bil-kwantità tal-materja prima interessata li ma tkunx ġiet ipproċessata, flimkien ma’ l-imgħax ikkalkolat skond l-Artikolu 33(1).” |
|
11 |
L-Artikolu 41 tar-regolament Nru 1535/2003 jiddisponi li “[i]r-Regolament (KE) Nru 449/2001 huwa hawnhekk imħassar […] [u li] r-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament […].” |
Ir-Regolament Nru 2320/89
|
12 |
Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2320/89: “Dan ir-Regolament jippreskrivi r-rekwiżiti ta’ kwalità minimi li l-ħawħ ippreservat f’ġulepp u/jew meraq naturali ta’ frott, kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 449/2001, għandhom jissodisfaw.” |
|
13 |
L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2320/89 b’mod partikolari jiddisponi: “Għall-fabbrikazzjoni tal-ħawħ fil-ġulepp u/jew il-ħawħ fis-sugu naturali tal-frott, biss ħawħ ta’ l-ispeċi Prunus persica L. għandu jintuża, eskluż iċ-ċiprisk. […]” |
|
14 |
Skont l-Artikolu 3(1), (2) u (6) ta’ dan ir-regolament: “1. Il-ħawħ fil-ġulepp u/jew fis-sugu naturali tal-frott għandu jiġi fabbrikat f’wieħed mill-istili definiti fil-paragrafu 2. 2. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament l-istili huma definiti kif segwit:
[…] 6. Il-ħawħ fil-ġulepp għandu jkun prattikament ħieles minn:
Frott sħiħ, nofsijiet u kwartijiet għandhom ukoll ikunu prattikament ħielsa minn entitajiet mekkanikament imħassra.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
15 |
Sió-Eckes hija, sa mis-snin ta’ marketing 2004/2005, proċessur awtorizzat fis-sens tar-Regolament Nru 2201/96. |
|
16 |
Matul verifika fil-lok li saret fil-5 ta’ Ottubru 2005, il-Hivatal ikkonstata li Sió-Eckes kienet immanifatturat, mill-ħawħ kollha mixtrija taħt kuntratt ta’ pproċessar li kien is-suġġett ta’ għajnuna matul is-sena ta’ marketing 2004/2005, polpa tal-ħawħ li jaqa’ taħt il-kodiċi ex 20087092. Permezz ta’ talba tat-30 ta’ Marzu 2006, il-Hivatal talab lil Sió-Eckes tagħtih iktar informazzjoni u dikjarazzjoni dwar il-prodotti lesti b’dan il-mod. |
|
17 |
Id-dikjarazzjoni ta’ Sió-Eckes, il-formula ta’ pproċessar ippreżentata minnha, kif ukoll dokumenti oħra mehmuża kkonfermaw il-konstatazzjoni magħmula fil-post, li kienet tgħid li l-prodotti inkwistjoni kienu ħawħ li jaqgħu taħt il-kodiċi ex 20087092. |
|
18 |
Abbażi ta’ dawn l-elementi, il-Hivatal ikkonstata, b’deċiżjoni tat-18 ta’ Mejju 2006, li Sió-Eckes kienet, matul is-sena ta’ marketing inkwistjoni, immanifatturat, mill-ħawħ mixtri taħt kuntratt ta’ pproċessar, prodotti lesti li ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti mid-dritt tal-Unjoni sabiex tibbenefika għall-għajnuna. B’applikazzjoni tal-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1535/2003, huwa għalhekk talab lil Sió-Eckes tħallas is-somma ta’ HUF 45484064, miżjuda bl-imgħax, minħabba l-irregolarità kkonstatata. |
|
19 |
Sió-Eckes ressqet rikors amministrattiv kontra din id-deċiżjoni, li ġiet ikkonfermata b’deċiżjoni tal-20 ta’ Ġunju 2006 tal-president tal-Hivatal (Dipartiment Ungeriż tal-agrikoltura). |
|
20 |
Fit-3 ta’ Awwissu 2006, Sió-Eckes ressqet appell minn din id-deċiżjoni quddiem il-Fővárosi Bíróság. Hija sostniet li l-prodotti lesti li kienet immanifatturat jaqgħu fil-fatt taħt il-kodiċi ex 20087092 imsemmi fl-Artikolu 2 (1) tar-Regolament Nru 1535/2003, imma l-prodotti li jidhru f’din id-dispożizzjoni jistgħu jkunu materja prima (prodotti nofshom lesti) għal prodotti oħrajn jew prodotti lesti mmanifatturati għall-konsumaturi finali. |
|
21 |
Quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Hivatal sostna li, barra l-fatt li l-kodiċi ex 20087092 ma jsemmix preċiżament il-polpa tal-ħawħ, il-prodott immanifatturat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3 (1), (2) u (6) tar-Regolament Nru 2320/89. Huwa jżid li, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna għall-produzzjoni għall-ipproċessar tal-ħawħ, il-“ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott” għandu jiġi ppreżentat skont wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 3(2). Il-Hivatal isostni, barra minn hekk, li l-argumentazzjoni invokata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali insostenn tal-kunċett ta’ “prodotti nofshom lesti” hija infondata peress li, minn naħa, fil-mument tal-adeżjoni tagħha mal-iskema ta’ għajnuna, ir-rikorrenti kienet talbet u kisbet awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti lesti bl-isem ta’ “ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott” li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 20087092, u b’hekk ma kinitx awtorizzata, fil-kuntest tal-iskema ta’ għajnuna, tipproduċi prodotti oħra u, min-naħa l-oħra, kien jidher ċar li din kienet kwistjoni, f’dan il-każ, ta’ prodott lest ippakkjat, b’għatu, u mhux prodott intermedjarju li huwa parti minn proċess industrijali. |
|
22 |
Peress li l-eżitu tal-kawża quddiemha jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83, il-Fővárosi Bíróság iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel erba’ domandi
|
23 |
Permezz tal-ewwel erba’ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, sostanzjalment, jekk prodott li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 20087092 jikkwalifikax għall-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 2201/96. |
|
24 |
Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 2201/96, l-iskema ta’ għajnuna mwaqqfa minn dan ir-regolament għandha tapplika għall-prodotti elenkati fl-Anness I ta’ dan tal-aħħar, liema anness jelenka, taħt it-titolu “Il-Prodotti msemmija fl-Artikolu 2”, il-kodiċijiet NM ex 20087061, ex 20087069, ex 20087071, ex 20087079, ex 20087092 u ex 20087098, li jikkorrispondu għall-isem “ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott”. |
|
25 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kodiċi NM 200870 ikopri mhux biss il-ħawħ, imma wkoll iċ-ċiprisk. Issa, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2320/89, li jippreskrivi r-rekwiżiti ta’ kwalità minimi għall-ħawħ ippreżervat f’ġulepp u/jew meraq naturali ta’ frott fil-kuntest tal-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni, jipprevedi espressament li, għall-produzzjoni tal-ħawħ ippreżervat f’ġulepp u/jew meraq naturali ta’ frott, “biss ħawħ ta’ l-ispeċi Prunus persica L. għandu jintuża, eskluż iċ-ċiprisk.” |
|
26 |
B’hekk, sa fejn prodotti oħra barra minn dawk imsemmija fl-Anness I tar-Regolament Nru 2201/96 jistgħu jaqgħu taħt il-kodiċijiet indikati, il-prefiss “ex” li jiġi qabel dawn tal-aħħar għandu l-għan li jippreċiża liema huma dawk, fosthom, li huma kkonċernati mill-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni. |
|
27 |
Dan jirriżulta barra minn hekk minn diversi regolamenti. B’hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 899/2007, tas-27 ta’ Lulju 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustament tal-kodiċi NM għal ċerti sostanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u taħlitiet li jkun fihom sostanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu biex jitqiesu l-emendi għan-Nomenklatura Magħquda stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 196, p. 24), jgħid li “‘ex’ qabel il-kodiċi tfisser li taħt dik is-subintestatura jista’ jkun hemm ukoll sustanzi oħra minbarra dawk imsemmija fil-kolonna ‘Deskrizzjoni’”. Mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1329/2003, tal-21 ta’ Lulju 2003, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 992/95 fir-rigward ta’ kwoti ta’ tariffi għal ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 459-462) jirriżulta wkoll li “Meta l-kodiċi ex NM huma ndikati, l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrespondenti meħuda flimkien.” |
|
28 |
Isegwi li prodott li, minn naħa, jaqa’ taħt il-kodiċi NM li jidher fl-Anness I tar-Regolament Nru 2201/96 u li, min-naħa l-oħra, jikkorrispondi għad-deskrizzjoni tal-prodotti indikati fir-rigward tal-imsemmi kodiċi, jista’ jibbenefika mill-iskema ta’ għajnuna mwaqqfa permezz tal-Artikolu 2(1) tal-istess regolament. |
|
29 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1535/2003 li jippreċiża li, fis-sens tar-Regolament Nru 2201/96, b’“ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott” wieħed għandu jifhem il-ħawħ sħiħ jew biċċiet tal-ħawħ, mingħajr il-qoxra, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikament b’kisja likwida tax-xiropp taz-zokkor jew tal-meraq naturali tal-frott u li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM ex 20087061, ex 20087069, ex 20087071, ex 20087079, ex 20087092, ex 20087094 u ex 20087099. |
|
30 |
Għandu jintqal ukoll li l-Artikolu 6ċ(4)(b) tar-Regolament 2201/96 jipprevedi li l-għajnuna għall-produzzjoni għandha tingħata biss lil proċessuri għal prodotti proċessati li “jissodisfaw rekwiżiti minimi ta’ kwalità”. Ir-Regolament Nru 2320/89, li jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi ta’ kwalità għall-ħawħ fil-ġulepp u l-ħawħ fis-sugu naturali tal-frott, kif inhuma ddefiniti mir-Regolament Nru 1535/2003, fl-Artikolu 3 tiegħu jispeċifika l-mod kif għandhom jiġu ppreżentati, jiġifieri fil-forma ta’ frotta sħiħa, nofsijiet, kwartijiet, flieli, jew dadi. |
|
31 |
Mill-kunsiderazzjonijiet li ntqal jirriżulta li l-“ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott” li jissodisfa mhux biss id-definizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1535/2003, imma wkoll l-eżiġenzi minimi ta’ kwalità stabbiliti mir-Regolament Nru 2320/89, jista’ jitqies li huwa prodott ipproċessat fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 2201/96. |
|
32 |
Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata lill-ewwel sar-raba’ domandi għandha tkun li l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 2201/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott li, minn naħa, jaqa’ taħt wieħed mill-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament, inkluż il-kodiċi NM 20087092, u li, min-naħa l-oħra, jikkorrispondi għad-definizzjoni ta’ “ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott”, fis-sens ta’ dan ir-regolament, moqri mar-Regolamenti Nri 1535/2003 u 2320/89, huwa eliġibbli għall-iskema ta’ għajnuna msemmija minn din id-dispożizzjoni. |
Fuq il-ħames domanda
|
33 |
Bil-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, sostanzjalment, jekk il-prodott miksub wara kull fażi ta’ pproċessar tal-ħawħ u li jista jiġi kkummerċjalizzat b’mod indipendenti għandux jitqies li huwa prodott lest fis-sens tar-Regolamenti Nri 2201/96 u 1535/2003. |
|
34 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, bis-saħħa tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 2201/96, huma b’mod partikolari eliġibbli għall-iskema ta’ għajnuna msemmija f’din id-dispożizzjoni l-prodotti pproċessati li jidhru fl-Anness I tal-imsemmi regolament, li tagħhom huma parti l-“ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott”. |
|
35 |
Ir-Regolament Nru 1535/2003, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament Nru 2201/96, jinkludi l-Artikolu 2, intitolat “Il-prodotti mlestija [lesti]”, li bis-saħħa tiegħu l-prodotti msemmija fl-Anness I ta’ dan l-aħħar regolament għandhom ikollhom ċerti karatteristiċi. B’hekk, il-“ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott”, għandhom jiġu ppreżentati taħt forma ta’ ħawħ sħiħ jew biċċiet tal-ħawħ, mingħajr il-qoxra, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikament u li jaqgħu taħt wieħed mill-kodiċijiet MN indikati fl-Artikolu 2(1). |
|
36 |
Isegwi li l-prodotti li jkollhom il-karatteristiċi indikati fl-Artikolu 2 tar- Regolament Nru 1535/2003 għandhom jitqiesu li huma prodotti pproċessati fis-sens tar-Regolament Nru 2201/96. |
|
37 |
Min-naħa l-oħra, mill-formulazzjoni tar-Regolamenti Nri 2201/96 u 1535/2003, kif ukoll mill-istruttura tagħhom, ma jirriżultax li l-prodotti miksuba biss mill-aħħar fażi tal-proċess ta’ produzzjoni u intiżi għall-konsumaturi finali jistgħu jibbenefikaw mill-iskema ta’ għajnunna stabbilita mir-Regolament Nru 2201/96. |
|
38 |
Mill-istruttura tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1535/2003, u b’mod partikolari mill-paragrafi (9) u (11) sa (15) tiegħu, dwar il-prodotti tat-tadam, jirriżulta bil-kontra li l-prodott miksub mid-diversi fażijiet tal-ipproċessar jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitqies li huwa prodott lest fis-sens ta’ dan ir-regolament. |
|
39 |
Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata lill-ħames domanda għandha tkun li l-prodott miksub mid-diversi fażijiet tal-ipproċessar jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitqies li huwa prodott lest fis-sens tar-Regolamenti Nri 2201/96 u 1535/2003, bil-kundizzjoni li jkollu l-karatteristiċi ddefiniti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1535/2003. |
Fuq l-ispejjeż
|
40 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.