<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑554/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0554</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:377">EU:C:2015:377</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150611">11.6.2015</DATE> — KAWŻA C‑554/13</P><P>ZH. U O.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(4)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Ċirkustanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jżommu mill-jagħtu terminu ta’ tluq volontarju jew jagħtu terminu inqas minn sebat ijiem</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑554/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20131023">23 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20131028">28 ta’ Ottubru 2013</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Z. Zh.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris voor Veiligheid en Justitie</HT></P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris voor Veiligheid en Justitie</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">I. O.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Ó Caoimh (Relatur), C. Toader, E. Jarašiūnas u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Z. Zh., minn J.J.D. van Doleweerd, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman, B. Koopman u C. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet u M. Jacobs, kif ukoll minn T. Materne, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčíl, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Repubblika Ellenika, minn M. Michelogiannaki, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u F.‑X. Bréchot, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna kif ukoll minn K. Pawłowska u M. Pawlicka, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou‑Durande u G. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2008">ĠU L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn, minn naħa, Z. Zh., ċittadin ta’ pajjiż terz, u l-Minister voor Immigratie en Asiel (Ministru tal-immigrazzjoni u l-Ażil), li għalih issuċċeda l-iStaatssecretaris voor Veiligheid en Justitie (Segretarju tal-Istat għas-Sigurtà u l-Ġustizzja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>iStaatssecretaris<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u, min-naħa l-oħra, l-iStaatssecretaris u M. O., ċittadin ta’ pajjiż terz, dwar is-suġġett ta’ deċiżjonijiet li jirrifjutaw li jagħtu lil dawn iċ-ċittadini terminu ta’ tluq volontarju u li jobbligawhom li jitilqu mingħajr dewmien it-territorju tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4, 6, 10, 11, 20 u 24 tad-Direttiva 2008/115 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(2)</NO.P><TXT>Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell ta’ l-4 u l-<DATE ISO="20041105">5 ta’ Novembru 2004</DATE> sejjaħ għat-twaqqif ta’ politika effettiva ta’ tneħħija u ripatrijazzjoni, mibnija fuq standards komuni, għar-ritorn ta’ persuni b’mod uman u b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet fundamentali u tad-dinjità tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tmiem ta’ soġġorn illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jitwettaq permezz ta’ proċedura ġusta u trasparenti. Skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi ta’ l-UE, deċiżjonijiet meħuda skond din id-Direttiva għandhom jiġu adottati fuq bażi ta’ każ b’każ u abbażi ta’ kriterji oġġettivi, li jimplika li l-konsiderazzjoni għandha tmur lil hinn mis-sempliċi fatt ta’ soġġorn illegali. Meta jużaw forom standard għal deċiżjonijiet relatati mar-ritorn, jiġifieri deċiżjonijiet ta’ ritorn u, jekk maħruġa, deċiżjonijiet li jipprojbixxu d-dħul u deċiżjonijiet dwar it-tneħħija, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw dak il-prinċipju u jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha ta’ din id-Direttiva.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Fejn ma jkun hemm l-ebda raġuni għal xiex wieħed għandu jaħseb li ritorn volontarju ser jimmina l-għan tal-proċedura tar-ritorn, għandu jkun ippreferut ir-ritorn volontarju iktar milli r-ritorn bil-forza, u għandu jingħata żmien għat-tluq volontarju. Għandha tingħata estensjoni tal-perijodu tat-tluq volontarju meta din titqies meħtieġa minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ każ individwali. [...]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Għandu jiġi stabbilit sett minimu ta’ salvagwardji legali dwar deċiżjonijiet relatati mar-ritorn biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva ta’ l-interessi ta’ l-individwi konċernati. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/50, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi standards u proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment [irregolarment], skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Din id-Direttiva tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat membru.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jgħid jew jiddikjara li s-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz hija illegali u li jimponi jew jiddikjara l-obbligu ta’ ritorn;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>tluq volontarju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser konformità ma’ l-obbligu ta’ ritorn fi żmien l-iskadenza ffissata għal dak l-iskop fid-deċiżjoni ta’ ritorn;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Disposizzjonijiet iktar favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jistabbilixxi fil-paragrafu (3) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-persuni li għalihom tapplika dment li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115 intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Non-refoulement, l-aħjar interessi tat-tfal, il-ħajja tal-familja u l-istat tas-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-aħjar interessi tat-tfal,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-ħajja familjari,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-istat tas-saħħa taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat u,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni ta’ ritorn għal ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jissoġġorna illegalment fit-territorju tagħhom, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 sa 5.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jissoġġornaw illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru u għandhom permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta’ soġġorn maħruġa minn Stat Membru ieħor, għandhom jintalbu jmorru fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru minnufih. Fil-każ ta’ non-konformità miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat ma’ din il-ħtieġa, jew fejn it-tluq immedjat taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà nazzjonali, għandu japplika l-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni ta’ ritorn għandha tipprevedi perijodu adegwat għat-tluq volontarju ta’ bejn sebat ijiem u tletin jum, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu fil-leġislazzjoni nazzjonali li tali perijodu għandu jingħata biss wara applikazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jinformaw liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi konċernati dwar il-possibbiltà li jippreżentaw tali applikazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-perijodu ta’ żmien previst fl-ewwel subparagrafu ma jeskludix il-possibbiltà li ċ-ċittadini ta’ pajjiż terz konċernati jitilqu qabel.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom, fejn neċessarju, jestendu l-perijodu għat-tluq volontarju għal perijodu adegwat, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ individwali, bħat-tul tas-soġġorn, l-eżistenza ta’ tfal li jattendu l-iskola u l-eżistenza ta’ rabtiet familjari u soċjali oħrajn.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ċerti obbligi maħsuba biex jevitaw ir-riskju ta’ ħarba, bħal ma huma r-rappurtar regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja adegwata, il-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew l-obbligu li wieħed jibqa’ f’ċertu post, jistgħu jiġu imposti għat-tul tal-perijodu ta’ tluq volontarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ikun hemm riskju ta’ ħarba, jew jekk applikazzjoni għal soġġorn legali tkun ġiet miċħuda għax kienet bla bażi jew ibbażata fuq frodi jew jekk il-persuna konċernata tippreżenta riskju għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-sigurtà nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu ma jagħtux perijodu ta’ żmien għat-tluq volontarju, jew jistgħu jagħtu perijodu iqsar minn sebat ijiem.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-parti introduttiva u l-punt (d) tal-Artikolu 12(1) tal-Liġi tal-2000 dwar iċ-Ċittadini Barranin (Vreemdelingenwet 2000), fil verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Liġi dwar iċ-Ċittadini Barranin<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), iċ-ċittadin barrani li waqt il-wasla tiegħu, jissodisfa l-obbligi li għalihom persuna hija suġġetta waqt il-qsim tal-fruntieri huwa awtorizzat li jissoġġorna fil-Pajjiżi l-Baxxi għal perijodu fiss permezz ta’ miżura ġenerali ta’ amministrazzjoni sakemm ma jippreżentax riskju għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 61(1) ta’ din il-liġi, iċ-ċittadin barrani li ma huwiex, jew li ma għadux iktar, f’sitwazzjoni ta’ soġġorn legali għandu jitlaq mill-Pajjiżi l-Baxxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess fit-termini prefiss fl-Artikolu 62 ta’ din il-liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 62(1) tal-imsemmija liġi, iċ-ċittadin barrani għandu, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn kontra tiegħu, jitlaq mill-Pajjiżi l-Baxxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess fi żmien erba’ ġimgħat. Din id-dispożizzjoni ġiet adottata sabiex tittrasponi fid-dritt Olandiż l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 62(2) ta’ din l-istess liġi, is-Segretarju tal-Istat jista’ jqassar it-terminu applikabbli lil ċittadin barrani msemmi fil-paragrafu 1 jew, b’deroga għall-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, jiddeċiedi li ċittadin barrani għandu jħallu l-Pajjiż l-Baxxi immedjatament jekk:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>hemm riskju li ċ-ċittadin l-barrani jevadi din is-sorveljanza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b.</NO.P><TXT>it-talba taċ-ċittadin barrani għall-għoti ta’ permess ta’ soġġorn jew il-proroga tat-tul tal-validità ta’ permess ta’ soġġorn ġiet miċħuda bħala manifestament infondata jew minħabba l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni ineżatta jew inkompleta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c.</NO.P><TXT>iċ-ċittadin barrani jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 62(2) tal-Liġi dwar iċ-Ċittadini Barranin ġie adottat sabiex jittrasponi fid-dritt Olandiż l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 62a(1) tal-Liġi dwar iċ-Ċittadini Barranin, is-Segretarju tal-Istat jinforma bil-miktub liċ-ċittadin barrani li ma huwiex ċittadin tal-Unjoni li ma għadux f’sitwazzjoni ta’ soġġorn legali bl-obbligu li jħalli l-Pajjiż l-Baxxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess kif ukoll bit-terminu li fih għandu jissodisfa dan l-obbligu.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>B’effett mid-<DATE ISO="20120209">9 ta’ Frar 2012</DATE>, huwa indikat fil-paragrafu A3/3 taċ-Ċirkolari tal-2000 dwar iċ-Ċittadini Barranin (Vreemdelingencirculaire 2000, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Ċirkolari dwar iċ-Ċittadini Barranin<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), li, abbażi tal-Artikolu 62(2) tal-Liġi dwar iċ-Ċittadini Barranin, it-terminu ta’ tluq jista’ jitqassar, jew ma jingħatax, jekk iċ-ċittadin barrani huwa ta’ riskju għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali. Skont dan il-paragrafu A3/3, kull persuna ssuspettata jew misjuba ħatja inkonnessjoni ma’ att punibbli bħala reat fid-dritt nazzjonali huwa kklassifikat bħala ta’ riskju għall-ordni pubbliku. L-aċċettazzjoni ta’ tranżazzjoni relatata ma’ reat huwa wkoll ikklassifikat bħala ta’ riskju għall-ordni pubbliku. Suspett għandu jkun jista’ jiġi kkonfermat mill-kap tal-korp tal-Pulizija.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-fatti relatati ma</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Z. Zh.</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Zh., ċittadin ta’ pajjiż terz, kien arrestat fit-<DATE ISO="20110608">8 ta’ Ġunju 2011</DATE> fl-ajruport ta’ Schiphol (il-Pajjiżi l-Baxxi), waqt li kien intranżitu lejn il-Kanada, peress li kien qed jivvjaġġa b’dokument tal-ivvjaġġar falz. B’sentenza tal-Politierechter te Haarlem (Imħallef tal-Pulizija ta’ Haarlem) tal-<DATE ISO="20110621">21 ta’ Ġunju 2011</DATE>, huwa ġie kkundannat, abbażi tal-Artikolu 231(2) tal-Kodiċi Kriminali Olandiż (Wetboek van Strafrecht), għal sentenza ta’ priġunerija ta’ xahrejn għal żamma ta’ dokument tal-ivvjaġġar li kien jaf li kien iffalsifikat. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110804">4 ta’ Awwissu 2011</DATE>, l-iStaatssecretaris ordna li Z. Zh. jitlaq immedjatament mit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Fil-<DATE ISO="20110805">5 ta’ Awwissu 2011</DATE>, wara s-sentenza ta’ priġunerija, Z. Zh tqiegħed, skont il-parti introduttiva u l-punt (a) tal-Artikolu 59(1) tal-Liġi dwar iċ-Ċittadini Barranin, f’detenzjoni għall-finijiet ta’ tkeċċija.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110902">2 ta’ Settembru 2011</DATE>, l-iStaatssecretaris ċaħad l-ilment imressaq minn Z. Zh. kontra d-deċiżjoni ta’ ritorn tal-<DATE ISO="20110804">4 ta’ Awwissu 2011</DATE>, billi bbaża ruħu fuq il-fatt li l-ksur imwettaq minnu jimponi li ma jingħatax terminu ta’ tluq volontarju. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, ir-Rechtbank ’s-Gravenhage (qorti distrettwali ta’ Den Haag) iddikjarat li r-rikors ippreżentat mill-persuna kkonċernata kontra din id-deċiżjoni huwa infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont ir-Rechtbank 's-Gravenhage, peress li Z. Zh. kien jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru, ma kellu l-ebda rabta ma’ ċittadin tal-Unjoni u kien barra minn hekk ingħata sentenza ta’ priġunerija ta’ xahrejn għal żamma ta’ dokument tal-ivvjaġġar li kien jaf li kien iffalsifikat, l-iStaatssecretaris seta’ jikkunsidra li l-persuna kkonċernata kienet tikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115. Għalkemm ir-Rechtbank 's-Gravenhage indikat li tali konstatazzjoni ma kinitx tali li tiddispensa lill-iStaatssecretaris mill-obbligu li jispjega r-raġunijiet li għalihom l-ebda terminu ta’ ritorn volontarju ma kien ingħata lil Z. Zh., din l-istess qorti madankollu qieset li ċ-ċirkustanzi invokati minn dan tal-aħħar ma jiġġustifikawx li l-iStaatssecretaris iwarrab il-prinċipju li bih terminu ta’ tluq volontarju ma jingħatax jekk jeżisti riskju għall-ordni pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Z. Zh. ippreżenta appell mis-sentenza tar-Rechtbank 's-Gravenhage quddiem ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20111214">14 ta’ Diċembru 2011</DATE>, il-miżura ta’ detenzjoni imposta fuq Z. Zh. tneħħiet peress li dan tal-aħħar kien suġġett ta’ ordni ta’ tneħħija.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-fatti relatati ma</HT><HT TYPE="ITALIC">’ I. O.</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>I. O., ċittadin ta’ pajjiż terz, kien daħal fil-Pajjiżi l-Baxxi fis-<DATE ISO="20110116">16 ta’ Jannar 2011</DATE> b’viża għal soġġorn qasir validu għal 21 jum. Fit-<DATE ISO="20111123">23 ta’ Novembru 2011</DATE>, I. O. ġie arrestat abbażi tal-Artikoli 300(1) u 304(1) tal-Kodiċi Kriminali Olandiż, peress li kien issuspettat li wettaq abbuż domestiku fuq mara. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, l-iStaatssecretaris ordna lil I. O. li jħallu immedjatament it-territorju tal-Unjoni. L-istess jum, il-persuna kkonċernata tqiegħed f’detenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120117">17 ta’ Jannar 2012</DATE>, l-iStaatssecretaris ċaħad bħala inammissibbli, prinċipalment, u infondat, sussidjarjament, l-ilment imressaq minn I. O. kontra d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>. L-iStaatssecretaris ibbaża ruħu fuq il-fatt li I. O. kien ġie arrestat fit-<DATE ISO="20111123">23 ta’ Novembru 2011</DATE> abbażi tal-Artikoli 300(1) u 304(1) tal-Kodiċi Kriminali Olandiż, peress li kien issuspettat li wettaq abbuż domestiku fuq mara. L-iStaatssecretaris b’hekk qies li M. O. kien ta’ riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 u li l-ebda terminu ta’ tluq volontarju ma seta’, għal din ir-raġuni, jingħata.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20120201">1 ta’ Frar 2012</DATE>, il-voorzieningenrechter van de Rechtbank ’s-Gravenhage (qorti ta’ miżuri provviżorji tal-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag) iddikjarat fondat ir-rikors ippreżentat minn I. O. kontra d-deċiżjoni tal-iStaatssecretaris tas-<DATE ISO="20120117">17 ta’ Jannar 2012</DATE>, annullat din id-deċiżjoni u stiednet lill-iStaatssecretaris jadotta deċiżjoni ġdida waqt li jittieħed inkunsiderazzjoni dak li kien deċiż f’dan id-digriet. B’mod partikolari, din il-qorti, fl-ewwel lok, qieset li I. O. kellu interess iġġustifikat sabiex jingħata deċiżjoni dwar l-ilment li kien ressaq u li kien b’mod żbaljat li l-iStaatssecretaris kien iddikjara inammissibbli dan l-ilment. Fit-tieni lok, l-imsemmija qorti kkonstatat li linji gwida ġenerali dwar it-tqassir ta’ terminu ta’ tluq volontarju fl-interess tal-ordni pubbliku kienu nieqsa u li l-iStaatssecretaris ma mmotivax b’mod suffiċjenti għaliex I. O. kien ta’ riskju għall-ordni pubbliku. Skont din l-istess qorti, il-proċess verbal, li fih ġie ddikjarat, essenzjalment, li M. O. kien ġie arrestat minħabba abbuż, ma huwiex suffiċjenti sabiex jistabbilixxi li l-ordni pubbliku kien jiġġustifika li ma jingħata l-ebda terminu ta’ tluq volontarju. F’dan ir-rigward, ir-Rechtbank 's-Gravenhage ħadet ukoll inkunsiderazzjoni l-fatt li l-iStaatssecretaris ma kellu l-ebda dokument li jsostni l-abbuż li bih ġie kkritikat M. O.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-iStaatssecretaris ippreżenta appell minn dan id-digriet tal-voorzieningenrechter van de Rechtbank ’s-Gravenhage quddiem ir-Raad van State.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE>, il-miżura ta’ detenzjoni imposta fuq I. O. tneħħiet peress li dan tal-aħħar kien suġġett ta’ ordni ta’ tneħħija.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għaqqdet il-kawżi li jikkonċernaw lil Z. Zh. u lil I. O. fis-seduta li saret quddiem din il-qorti fl-<DATE ISO="20130710">10 ta’ Lulju 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tosserva li d-Direttiva 2008/115 ma fiha ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li jinsab fl-Artikolu 7(4) ta’ din id-direttiva u żżid li l-oriġini ta’ dan il-kunċett ma tagħti l-ebda indikazzjoni dwar il-portata tiegħu. Hija tirrileva li, peress li din id-dispożizzjoni barra minn hekk ma għandha l-ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri, l-imsemmi kunċett għandu jingħata, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Ekro, 327/82, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:11">EU:C:1984:11</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 11, u Brouwer, C‑355/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:353">EU:C:2012:353</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36), interpretazzjoni awtonoma u uniformi, skont il-tifsira abitwali ta’ dan l-istess kunċett fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jitqies il-kuntest li fih huwa jintuża u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li jagħmel parti minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddeduċi mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti li, kuntrarjament għal dak li jsostni l-iStaatssecretaris, ma huwiex permess għall-Istati Membri li jagħtu lill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, previst fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115, l-interpretazzjoni tagħhom, ibbażata esklużivament fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Din il-qorti tosserva li, abbażi tal-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46), tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272), u tal-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224), Stat Membru jista’, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, jirrestrinġu l-libertà ta’ moviment u ta’ soġġorn ta’ ċittadin tal-Unjoni jew ta’ membru tal-familja tiegħu, jirrifjuta li jagħti l-istatus ta’ resident fit-tul, jiċħad talba għal dħul u għal soġġorn ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin<?PAGE NO="8"?> tal-Unjoni u jirtira l-permess ta’ soġġorn ta’ membru ta’ din il-familja jew jirrifjuta li jġeddu. Hija tirrileva madankollu li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>raġunijiet ta’ ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> huwa interpretat b’mod differenti f’kull wieħed minn dawn id-direttivi, peress li l-elementi li Stat Membru huwa marbut li jieħu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha ta’ dan il-kunċett ivarjaw.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinnota, barra minn hekk, li l-għan, il-kuntest u l-formulazzjoni tal-imsemmija direttivi huma differenti sostanzjalment mill-għan, mill-kuntest u mill-formulazzjoni tad-Direttiva 2008/115. Fil-fatt, filwaqt li d-Direttivi 2004/38, 2003/1109 u 2003/86 jikkonċernaw is-soġġorn legali fl-Unjoni taċ-ċittadini tagħha u l-membri tal-familja tagħhom, kif ukoll ir-residenti għat-tul u l-membri tal-familja tagħhom, id-Direttiva 2008/115 hija relatata mar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissoġġornaw illegalment fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni. In-nuqqas li jingħata perijodu ta’ tluq volontarju lil ċittadini ta’ pajjiż terz, li diġà ġie stabbilit li jissoġġornaw illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru, jikkostitwixxi, skont din il-qorti, miżura inqas restrittiva minn deċiżjoni li għandha l-konsegwenza li tirrifjuta, li tillimita jew ittemm soġġorn legali fit-territorju ta’ Stat Membru abbażi tad-Direttivi 2004/38, 2003/86 u 2003/109.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra għaldaqstant li, minħabba d-differenzi sostanzjali bejn dawn it-tliet direttivi, minn naħa, u d-Direttiva 2008/115, min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ordni pubbliku fis-sens tad-Direttivi 2004/38, 2003/109 u 2003/86 ma għandhiex tkun il-bażi għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ordni pubbliku fis-sens tad-direttiva inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>B’mod partikolari, din il-qorti tqis li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li jinsab fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115, jista’ jiġi interpretat b’mod usa’ mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>raġunijiet ta’ politika pubblika [ordni pubbliku]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li jinsab fid-Direttivi 2004/38, 2003/109 u 2003/86, bil-konsegwenza li s-sempliċi suspett li ċittadin ta’ pajjiż terz wettaq att punibbli bħala reat fid-dritt nazzjonali huwa biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dak iċ-ċittadin jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115. Madankollu, minħabba li għandha dubji dwar dan, l-imsemmija qorti tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk din id-dispożizzjoni għandhiex tingħata tali interpretazzjoni jew jekk ikunx meħtieġ li tingħata sentenza finali u <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> kontra l-persuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll fuq il-kwistjoni dwar liema ċirkustanzi, minbarra l-fatt li ċittadin ta’ pajjiż terz huwa ssuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt nazzjonali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtorità nazzjonali, meta hija tevalwa jekk dan iċ-ċittadin jikkostitwixxix riskju għall-ordni pubbliku fis-sens al-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tippreċiża li, matul is-seduta fil-kuntest tat-tqegħid tiegħu f’detenzjoni għall-finijiet tat-tkeċċija tiegħu, Z. Zh. iddikjara li kien intranżitu lejn il-Kanada u li huwa qatt ma kellu l-intenzjoni li jissoġġorna fit-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. Fir-rigward ta’ I. O., dan tal-aħħar sostna, fil-kuntest tar-rikors tiegħu li, b’mod żbaljat, l-ebda bbilanċjar individwali tal-interessi inkwistjoni ma sar f’dak li jikkonċerna l-kwistjoni tal-eżistenza ta’ riskju għall-ordni pubbliku. L-imsemmija qorti hija tal-fehma li jista’ eventwalment jiġi dedott mis-sentenza El Dridi (C‑61/11 PPU, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:268">EU:C:2011:268</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), mid-Direttiva 2008/115, kif ukoll mid-Direttivi 2003/109 u 2003/86 li l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi bħan-natura u l-gravità tal-att punibbli bħala reat fid-dritt nazzjonali, iż-żmien li għadda wara t-twettiq ta’ dan l-att u l-intenzjoni tal-persuna kkonċernata li tħalli t-territorju tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, l-eżitu tal-kawżi li hija adita bihom jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Raad van State ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1)</NO.P><TXT>Ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-[Direttiva tar-Ritorn] sempliċement minħabba l-fatt li jkun issuspettat li wettaq reat kriminali taħt id-dritt nazzjonali, jew huwa neċessarju li jkun instab ħati f’qorti kriminali li wettaq tali reat u, f’dan l-aħħar każ, tali kundanna għandha tkun saret irrevokabbli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jikkostitwixxix riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva [2008/115], minbarra suspett jew kundanna, fatti jew ċirkustanzi oħra tal-każ għandhom rwol, bħall-gravità u n-natura tar-reat kriminali taħt id-dritt nazzjonali, iż-żmien li ddekorra jew l-intenzjoni tal-persuna kkonċernata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-kawża li huma rilevanti għall-evalwazzjoni msemmija fit-tieni domanda għandhom ukoll rwol fir-rigward tal-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva [2008/115], fil-każ fejn il-persuna kkonċernata tikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-imsemmi artikolu, tal-għażla bejn, minn naħa, li ma jingħatax il-perijodu ta’ tluq volontarju u, min-naħa l-oħra, li jingħata perijodu ta’ tluq volontarju ta’ inqas minn sebat ijiem?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha ċittadin ta’ pajjiż terz, li jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru, għandu jitqies li jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-motiv biss li dan iċ-ċittadin ikun issuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt nazzjonali jew kien suġġett ta’ sentenza kriminali għal tali att. Hija talbet barra minn hekk, fil-każ fejn jitqies li sentenza kriminali hija neċessarja, jekk din tal-aħħar għandhiex tkun waħda finali u <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’din il-kawża, mill-informazzjoni pprovduta mill-gvern Olandiż matul is-seduta jirriżulta li, fiż-żmien tal-fatti inkwistjoni tal-kawża prinċipali, il-prattika tal-iStaatssecretaris kienet tikkonsisti f’li ssegwi l-approċċ li issa huwa essenzjalment spjegat, essenzjalment, fiċ-Ċirkolari dwar iċ-Ċittadini Barranin, li tipprovdi, kif jirriżulta mill-punt 17 ta’ din is-sentenza, li kwalunkwe suspett ikkonfermat mill-kap tal-korp tal-Pulizija jew kwalunkwe sentenza relatata ma’ att punibbli bħala reat fid-dritt nazzjonali jitqies bħala riskju għall-ordni pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu qabel kollox jiġi osservat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ma huwiex wieħed minn dawk iddefiniti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115, u lanqas ma huwa ddefinit fid-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li d-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ kliem li ma jingħataw ebda definizzjoni fid-dritt Komunitarju għandha tiġi stabbilita skont it-tifsira komuni tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha jifformaw parti. Meta dawn il-kliem jidhru f’dispożizzjoni li tikkostitwixxi deroga minn prinċipju, huma għandhom jinqraw b’mod li din id-dispożizzjoni tiġi interpretata b’mod strett. Barra minn hekk, il-preambolu ta’ att tal-Unjoni jista’ jippreċiża l-kontenut tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Wallentin‑Hermann, C‑549/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:771">EU:C:2008:771</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>B’hekk, hemm lok li jiġi rrilevat li, taħt il-Kapitolu II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Terminazzjoni ta’ soġġorn illegali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, id-Direttiva 2008/115 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom is-soġġorn illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru jintemm. Id-dispożizzjonijiet relatati mat-tluq volontarju ta’ dawn iċ-ċittadini, li jinsabu fl-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, isegwu direttament dawk relatati mad-deċiżjoni ta’ ritorn, stabbiliti fl-Artikolu 6 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 10 tad-direttiva 2008/115, għandha tingħata prijorità, ħlief f’xi eċċezzjonijiet, għall-eżekuzzjoni volontarja tal-obbligu li jirriżulta minn din id-deċiżjoni ta’ ritorn, peress li l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi terminu xieraq li jmur minn seba’ sa tletin jum għat-tluq volontarju (ara s-sentenza El Dridi, C‑61/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:268">EU:C:2011:268</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2008/115, l-Istati Membri għandhom jestendu, fejn neċessarju, il-perijodu għat-tluq volontarju għal perijodu adegwat, b’kont meħud taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ individwali, bħat-tul tas-soġġorn, l-eżistenza ta’ tfal li jattendu l-iskola u l-eżistenza ta’ rabtiet familjari u soċjali oħrajn.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li huwa biss f’ċirkustanzi partikolari, bħall-eżistenza ta’ riskju għall-ordni pubbliku, li l-Istati Membri jistgħu jagħtu terminu ta’ tluq volontarju inferjuri għal sebat ijiem, jew iżommu milli jagħtu tali terminu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza El Dridi, C‑61/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:268">EU:C:2011:268</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37). Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 43 tal-konklużjonijiet tagħha, sabiex jibbażaw irwieħhom fuq id-deroga prevista f’din id-dispożizzjoni, Stat Membru għandu jkun jista’ juri li l-persuna kkonċernata tikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku ta’ dan l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Insegwitu, meta jipprovdi li l-Istati Membri huma, fil-prinċipju, obbligati li jagħtu terminu ta’ tluq volontarju liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissoġġornaw illegalment, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/11 huwa intiż li jiżgura, b’mod partikolari, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali ta’ dawn iċ-ċittadini matul l-implementazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn meħuda taħt l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, skont l-Artikolu 79(2) TFUE, l-għan segwit mill-imsemmija direttiva, kif jirriżulta mill-premessi 2 u 11 tagħha, huwa li tiġi stabbilita politika effettiva ta’ tneħħija u ta’ ripatrijazzjoni bbażata fuq regoli u fuq garanziji ġuridiċi komuni, sabiex il-persuni kkonċernati jkunu rripatrijati b’mod uman u b’osservanza sħiħa tad-drittijiet fundamentali u tad-dinjità tagħhom (ara s-sentenza Mahdi, C‑146/14 PPU, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1320">EU:C:2014:1320</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, għalkemm, essenzjalment, l-Istati Membri jibqgħu liberi li jistabbilixxu, konformement mal-ħtiġijiet nazzjonali tagħhom li jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn żmien għal ieħor, ir-rekwiżiti tal-ordni pubbliku, xorta jibqa’ l-fatt li, fil-kuntest tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, bħala ġustifikazzjoni għal deroga għal obbligi maħsuba li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz meta jitkeċċew mill-Unjoni, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu interpretati b’mod strett, b’tali mod li l-portata tagħhom ma tistax tiġi ddeterminata unilateralment minn kull wieħed mill-Istati Membri mingħajr kontroll mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza Gaydarov, C‑430/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:749">EU:C:2011:749</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont il-premessa 6 tad-Direttiva 2008/115, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tmiem ta’ soġġorn illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jitwettaq permezz ta’ proċedura ġusta u trasparenti. Dejjem skont din il-premessa u skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet meħuda skont din id-direttiva għandhom jiġu adottati fuq bażi ta’ każ b’każ u abbażi ta’ kriterji oġġettivi, li jimplika li l-kunsiderazzjoni għandha tmur lil hinn mis-sempliċi fatt ta’ soġġorn illegali (ara s-sentenza Mahdi, C‑146/14 PPU, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1320">EU:C:2014:1320</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40). B’mod partikolari, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandha tiġi dejjem żgurata matul l-istadji kollha tal-proċedura ta’ ritorn stabbilita mill-imsemmija direttiva, inkluż l-istadju relatat mal-proċedura ta’ ritorn, li fil-kuntest tiegħu l-Istat Membru kkonċernat għandu jippronunzja ruħu dwar l-għoti ta’ terminu ta’ tluq volontarju taħt l-Artikolu 7 ta’ din l-istess direttiva d-Direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza El Dridi, C‑61/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:68">EU:C:2011:68</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jitqies li Stat Membru huwa obbligat li jevalwa l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115, każ b’każ, sabiex jivverifika jekk il-kondotta personali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat hijiex riskju reali u attwali għall-ordni pubbliku. Meta jibbaża fuq prattika ġenerali jew kwalunkwe preżunzjoni sabiex jikkonstata tali riskju, mingħajr ma jkun ħa debitament inkunsiderazzjoni l-kondotta personali taċ-ċittadin u tar-riskju li din il-kondotta tirrappreżenta għall-ordni pubbliku, Stat Membru jinjora r-rekwiżiti li jirriżultaw minn eżami individwali tal-każ inkwistjoni u mill-prinċipju ta’ proporzjonalità. Minn dan jirriżulta li l-fatt li ċittadin ta’ pajjiż terz huwa ssuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt nazzjonali jew kien suġġett ta’ sentenza kriminali għal tali att ma jistax, waħdu, jiġġustifika li dan iċ-ċittadin jitqies ta’ riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jkun ippreċiżat li Stat Membru jista’ jikkonstata l-eżistenza ta’ riskju għall-ordni pubbliku meta jkun hemm sentenza kriminali, anki jekk ma saritx finali u <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, meta din is-sentenza, meħuda flimkien ma’ ċirkustanzi oħra relatati mas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata, tiġġustifika tali konstatazzjoni. Il-fatt li sentenza kriminali ma hijiex finali u <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> għaldaqstant ma jipprekludix li Stat Membru jista’ juża d-deroga fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115. Fil-fatt, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tagħha, tali kundizzjoni ma ssib ebda bażi fil-formulazzjoni ta’ din id-direttiva u tmur kontra l-għan segwit mill-Artikolu 7 ta’ din tal-aħħar li jikkonsisti f’terminu speċifiku għat-tluq volontarju, peress li t-terminu previst jirriskja li jinqabeż f’diversi każijiet minħabba t-tul tal-proċeduri ġudizzjarji nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sempliċi suspett li ċittadin ta’ pajjiż terz wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt nazzjonali jista’, flimkien ma’ fatturi oħra relatati mal-każ partikolari, jibbaża konstatazzjoni ta’ riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115, peress li, kif jirriżulta mill-punt 48 ta’ din is-sentenza, l-Istati Membri jibqgħu essenzjalment liberi li jiddeterminaw ir-rekwiżiti tal-kunċett ta’ ordni pubbliku, konformement mal-ħtiġijiet nazzjonali tagħhom, u li la l-Artikolu 7 u lanqas kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din id-direttiva ma jippermettu li jitqies li sentenza kriminali tkun neċessarja f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’din il-kawża, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, kif jidher li jirriżulta mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, l-evalwazzjonijiet tal-iStaatssecretaris fil-każijiet ta’ Z. Zh. u ta’ I. O., li skonthom dawn tal-aħħar jirrappreżentaw kull wieħed minnhom riskju għall-ordni pubbliku tal-Pajjiż l-Baxxi, kienu bbażati, fil-każ ta’ Z. Zh., fuq l-unika motiv li huwa kien ġie kkundannat talli wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat jew delitt fid-dritt Olandiż u, fil-każ ta’ M. O., għall-motiv biss li kien issuspettat li wettaq tali att.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandha tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha ċittadin ta’ pajjiż terz, li jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru, għandu jitqies li jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-motiv biss li dan iċ-ċittadin ikun issuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt nazzjonali jew kien suġġett għal sentenza kriminali għal tali att.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandux jiġi interpretat fis-sens, li fil-każ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa ssuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt kriminali u kien suġġett għal sentenza kriminali għal tali att, elementi oħra, bħan-natura u l-gravità ta’ dan l-att, iż-żmien li jkun għadda mit-twettiq tiegħu, kif ukoll il-fatt li dan iċ-ċittadin kien qed jitlaq mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru meta kien arrestat mill-awtoritajiet nazzjonali, jistgħux ikunu rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ jekk l-imsemmi ċittadin jikkostitwixxix riskju għall-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi rrilevat li l-fatturi rilevanti għad-determinazzjoni ta’ jekk hemmx riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 ma humiex essenzjalment l-istess bħal dawk li huma rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju ta’ ħarba fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, peress li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>riskju ta’ ħarba<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> huwa distinta minn dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>riskju ta’ ħarba<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, ara, b’mod partikolari, is-sentenza Mahdi, C‑146/14 PPU, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1320">EU:C:2014:1320</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 65 sa 74).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Sussegwentement, kif jirriżulta mill-punt 50 ta’ din is-sentenza, meta wieħed jevalwa l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115, għandha ssir evalwazzjoni każ b’każ sabiex jiġi vverifikat jekk il-kondotta personali taċ-ċittadin ikkonċernat tikkostitwixxix riskju reali u attwali għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 ma huwiex ifformulat b’mod identiku fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha, peress li xi wħud jużaw il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>perikolu<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, filwaqt li oħrajn jużaw il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> għandu, fi kwalunkwe każ, jittieħed inkunsiderazzjoni s-sens abitwali tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>perikolu<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fil-lingwa ta’ kuljum, u fid-dawl tal-kuntest li fih huma użati u tal-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li minnha jifformaw parti, kif imsemmija fil-punti 43 sa 49 ta’ din is-sentenza, li dawn il-kliem jinftiehmu bħala fis-sens ta’ theddida.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, evalwazzjoni speċifika tal-interessi inerenti fis-salvagwardja tal-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 ma tikkoinċidix neċessarjament mal-evalwazzjonijiet li jifformaw il-bażi ta’ sentenza kriminali (ara, b’analoġija, is-sentenza Bouchereau, 30/77, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:172">EU:C:1977:172</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, kif previst fl-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva, jippresupponi, fi kwalunkwe każ, l-eżistenza, minbarra t-tfixkil tal-ordni soċjali li jikkostitwixxi kull ksur tal-liġi, ta’ perikolu reali, attwali u suffiċjentement serju, li jaffettwa interess fundamentali tas-soċjetà (ara, b’analoġija, is-sentenza Gaydarov, C‑430/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:749">EU:C:2011:749</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li huwa rilevanti, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni ta’ dan il-kunċett, kull punt ta’ fatt jew ta’ liġi relatat mas-sitwazzjoni taċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz li jista’ jiċċara l-kwistjoni dwar jekk il-kondotta personali ta’ dan tal-aħħar jikkostitwixxix tali perikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-każ ta’ ċittadin li huwa ssuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt nazzjonali jew li kien suġġett għal sentenza kriminali għal tali att, fost l-elementi rilevanti f’dan ir-rigward jinsabu n-natura u l-gravità ta’ dan l-att kif ukoll iż-żmien li jkun għadda mit-twettiq tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dan il-każ, mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Z. Zh. kien intranżitu lejn il-Kanada meta kien arrestat mill-awtoritajiet Olandiżi. Iċ-ċirkustanza li huwa kien qed jitlaq mit-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi meta kien arrestat tista’ tkun rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx jikkostitwixxi, meta ttieħdet id-deċiżjoni ta’ ritorn kontrih, riskju għall-ordni pubbliku ta’ dan l-Istat Membru, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan. F’dan ir-rigward, hija din tal-aħħar li għandha tevalwa kwalunkwe element fattwali u, b’mod partikolari, tevalwa l-piż li għandu jingħata lill-imsemmi fatt fil-kuntest tal-kawża li biha hija adita.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ I. O., mit-talba għal deċiżjoni preliminari jidher li l-iStaatssecretaris ma kellu l-ebda dokument li jissostanzja l-allegat abbuż li bih ġiet ikkritikata l-persuna kkonċernata. Din iċ-ċirkustanza hija rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk il-persuna kkonċernata kinitx tikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115, peress li l-imsemmija ċirkustanza tirrigwarda l-affidabbiltà tas-suspett tal-att li bih ġie kkritikat I. O. u li huwa, konsegwentement, jista’ jiċċara l-kwistjoni dwar jekk il-kondotta personali tiegħu tikkostitwixxix riskju għall-ordni pubbliku fil-Pajjiżi l-Baxxi fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni ta’ ritorn kontra tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet premessi, għandha tingħata risposta għat-tieni domanda li l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa ssuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt kriminali jew kien suġġett għal sentenza kriminali għal tali att, elementi oħra, bħan-natura u l-gravità ta’ dan l-att, iż-żmien li jkun għadda mit-twettiq tiegħu, kif ukoll iċ-ċirkustanza li dan iċ-ċittadin kien qed jitlaq mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru meta kien arrestat mill-awtoritajiet nazzjonali, jistgħu jkunu rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ jekk l-imsemmi ċittadin jikkostitwixxix riskju għall-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, huwa wkoll rilevanti, jekk ikun il-każ, kull element li jirrigwarda l-affidabbiltà tas-suspett tar-reat li bih ġie kkritikat iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-użu mill-possibbiltà, offruta minn din id-dispożizzjoni, li jinżamm milli jingħata terminu ta’ tluq volontarju meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku jeħtieġx eżami mill-ġdid tal-elementi li diġà ġew eżaminati sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ dan ir-riskju.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi spjega li, fil-prattika, il-konstatazzjoni ta’ riskju għall-ordni pubbliku hija, bħala regola ġenerali, motiv għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex ma jagħtux lill-persuna kkonċernata terminu ta’ tluq volontarju, iżda li dawn l-awtoritajiet jistgħu jevitaw din ir-regola jekk iċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża jiġġustifikaw li jingħata terminu ta’ 28 jum.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva jipprovdi li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>jistgħu ma jagħtux perijodu ta’ żmien għat-tluq volontarju, jew jistgħu jagħtu perijodu iqsar minn sebat ijiem<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, mingħajr madankollu ma jispeċifika b’liema mod din l-għażla għandha ssir.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Insegwitu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, mid-dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn jirriżulta l-obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jippermettu l-persuna kkonċernata li tesprimi l-perspettiva tagħha dwar il-modalitajiet tar-ritorn tagħha, jiġifieri t-terminu għal tluq u n-natura volontarja jew vinkolanti tar-ritorn (ara s-sentenza Boudjlida, C‑249/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2431">EU:C:2014:2431</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51). Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-premessi 2, 6, 11 u 24 tad-Direttiva 2008/115, kif ukoll mill-Artikolu 5 tagħha, u trasparenti, skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet meħuda skont din id-direttiva għandhom jiġu adottati fuq bażi ta’ każ b’każ u jieħdu debitament inkunsiderazzjoni d-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li Stat Membru ma jistax iżomm awtomatikament, b’leġiżlazzjoni jew bi prattika, milli jagħti terminu ta’ tluq volontarju fil-każ fejn il-persuna kkonċernata tikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku. L-eżerċizzju xieraq tal-possibbiltà prevista għal dan il-għan fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 jirrikjedi li jiġi vverifikat każ b’każ jekk l-assenza ta’ dan il-perijodu jkunx kompatibbli mad-drittijiet fundamentali ta’ din il-persuna.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina sa liema punt il-proċedura ta’ ritorn fis-seħħ fil-Pajjiżi l-Baxxi tissodisfax ir-rekwiżiti spjegati fil-p-punt preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm, kif jirriżulta mill-punt 47 ta’ din is-sentenza, l-Istati Membri huma, fil-prinċipju, obbligati li jagħtu terminu ta’ tluq volontarju liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/11, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali ta’ dawn iċ-ċittadini waqt l-implementazzjoni ta’ tali deċiżjoni, madankollu mill-formulazzjoni tal-Artikolu 7(4) ta’ din id-direttiva, kif ukoll mill-istruttura ġenerali ta’ dan l-artikolu, jirriżulta li d-deroga prevista minn dan il-paragrafu 4 hija intiża wkoll sabiex tippermetti lill-Istat Membru kkonċernat li jissorvelja l-osservanza tal-ordni pubbliku tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta jiġri li, abbażi tal-eżami li fuqhom ġew ippreċiżati r-rekwiżiti fil-kuntest tal-ewwel u tat-tieni domanda preliminari, li l-persuna kkonċernata tikkostitwixxi riskju reali u attwali għall-ordni pubbliku, l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 jipprovdi għall-possibbiltà li ma jingħatax terminu għat-tluq volontarju lill-persuna kkonċernata. Dan id-dritt huwa l-konsegwenza tal-eżistenza ta’ dan ir-riskju u jista’ għaldaqstant, permezz tal-osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u tad-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, jintuża mill-Istat Membru kkonċernat, mingħajr ma jinħtieġ eżami ġdid tal-elementi li tqiesu li huma rilevanti sabiex tkun ikkonstatata l-eżistenza tal-imsemmi riskju.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Madankollu, huwa permess għall-Istat Membru kkonċernat li jieħu inkunsiderazzjoni l-imsemmija elementi, li jistgħu b’mod partikolari jkunu rilevanti meta dan l-Istat Membru jevalwax jekk hemmx lok li jingħata terminu għat-tluq volontarju ta’ inqas minn sebat ijiem.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandha tingħata risposta għat-tielet domanda li l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu mill-opportunità, offruta minn din id-dispożizzjoni, li jinżamm milli jingħata terminu ta’ tluq volontarju meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku ma jeħtieġx eżami mill-ġdid tal-elementi li diġà ġew eżaminati sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ dan ir-riskju. Kwalunkwe leġiżlazzjoni jew prattika ta’ Stat Membru fil-qasam għandha madankollu tiggarantixxi li jiġi vverifikat każ b’każ jekk l-assenza ta’ terminu ta’ tluq volontarju jkunx kompatibbli mad-drittijiet fundamentali ta’ dan iċ-ċittadin.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha ċittadin ta’ pajjiż terz, li jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru, għandu jitqies li jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-motiv biss li dan iċ-ċittadin ikun issuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt nazzjonali jew kien suġġett għal sentenza kriminali għal tali att.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa ssuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt kriminali jew kien suġġett għal sentenza kriminali għal tali att, elementi oħra, bħan-natura u l-gravità ta’ dan l-att, iż-żmien li jkun għadda mit-twettiq tiegħu, kif ukoll iċ-ċirkustanza li dan iċ-ċittadin kien qed jitlaq mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru meta kien arrestat mill-awtoritajiet nazzjonali, jistgħu jkunu rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ jekk l-imsemmi ċittadin jikkostitwixxix riskju għall-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, huwa wkoll rilevanti, jekk ikun il-każ, kull element li jirrigwarda l-affidabbiltà tas-suspett tar-reat li bih ġie kkritikat iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu mill-opportunità, offruta minn din id-dispożizzjoni, li jinżamm milli jingħata terminu ta’ tluq volontarju meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku ma<?PAGE NO="15"?> jeħtieġx eżami mill-ġdid tal-elementi li diġà ġew eżaminati sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ dan ir-riskju. Kwalunkwe leġiżlazzjoni jew prattika ta’ Stat Membru fil-qasam għandha madankollu tiggarantixxi li jiġi vverifikat każ b’każ jekk l-assenza ta’ terminu ta’ tluq volontarju jkunx kompatibbli mad-drittijiet fundamentali ta’ dan iċ-ċittadin.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>