|
13.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1011
tat-2 ta’ Lulju 2020
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2020)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2430 (2), li ħatret lis-Sur Günther FREISLEBEN bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah mill-4 ta’ Diċembru 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018. |
|
(3) |
Fit-3 ta’ Lulju 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1004 (3), li estendiet il-mandat tas-Sur Günther FREISLEBEN bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019. |
|
(4) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1115 (4), li estendiet il-mandat ta’ EUBAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020. |
|
(5) |
Fit-2 ta’ Lulju 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1164 (5) li estendiet il-mandat tas-Sur Günther FREISLEBEN bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020. |
|
(6) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/955 (6), li testendi l-Mandat ta’ EU BAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
(7) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Günther FREISLEBEN bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Rafah sat-30 ta’ Ottubru 2020, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Günther FREISLEBEN bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ottubru 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2020.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2017/2430 tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntiera għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/2/2017) (ĠU L 344, 23.12.2017, p. 9).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2018/1004 tat-3 ta’ Lulju 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2018) (ĠU L 180, 17.7.2018, p. 22).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1115 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EUBAM Rafah) (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 6).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/1164 tat-2 ta’ Lulju 2019 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2019) (ĠU L 182, 8.7.2019, p. 41).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/955 tat-30 ta’ Ġunju 2020 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 212, 3.7.2020, p. 18).