1977L0799 — MT — 01.01.2007 — 009.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
►C1 DIRETTIVA TAL-KUNSILL 77/799/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-taxxi fuq premiums ta' l-assigurazzjoni (ĠU L 336, 27.12.1977, p.15) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 331 |
8 |
27.12.1979 |
||
|
L 76 |
1 |
23.3.1992 |
||
|
L 264 |
23 |
15.10.2003 |
||
|
L 127 |
70 |
29.4.2004 |
||
|
L 359 |
30 |
4.12.2004 |
||
|
L 363 |
129 |
20.12.2006 |
||
Emendat bi:
|
L 291 |
17 |
19.11.1979 |
||
|
L 302 |
23 |
15.11.1985 |
||
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
||
|
L 236 |
17 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut b'
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 77/799/KEE
tad-19 ta' Diċembru 1977
dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-taxxi fuq premiums ta' l-assigurazzjoni
(77/799/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Billi l-prattiċi ta' evażjoni tat-taxxa u evitar tat-taxxa li jestendu matul il-fruntieri ta' l-Istati Membri jwasslu għal telf fil-budget u vjolazzjonijiet tal-prinċipju ta' tassazzjoni ġusta u huma soġġetti li jġibu tgħawwiġ tal-movimenti tal-kapital u tal-kondizzjonijet tal-kompetizzjoni; billi dawn għalhekk jaffettwaw l-operat tas-suq intern;
Billi, għal dawn ir-raġunijiet il-Kunsill adotta fl-10 ta' Frar 1975 riżoluzzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Komunità sabiex tkun miġġielda l-evażjoni u l-evitar internazzjonali tat-taxxa ( 3 );
Billi n-natura internazzjonali tal-problema tfisser li miżuri nazzjonali, li l-effett tagħhom ma jestendix lil hinn minn fruntieri nazzjonali, mhumiex suffiċjenti; billi l-kollaborazzjoni bejn amministrazzjonijiet abbażi ta' ftehim bilaterali hu inkapaċi li jiġġieled forom ġodda ta' evażjoni u evitar ta' taxxa, li qegħdin jikbru fil-karattru multinazzjonali tagħhom;
Billi l-kollaborazzjoni bejn amministrazzjonijiet tat-taxxa ġewwa l-Komunità għandha għalhekk tissaħħaħ skond il-prinċipji u regoli komuni;
Billi l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jibdlu informazzjoni dwar każijiet partikolari; fejn l-Istat hekk ħtieġlu jagħmel għandu jagħmel it-talbiet meħtieġa biex jikseb dik l-informazzjoni:
Billi l-Istati Membri għandhom jiskambjaw, anke mingħajr ma ssir l-ebda talba, xi informazzjoni li tidher rilevanti għall-istima korretta ta' taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital, b'mod partikolari fejn jidher li jkun hemm trasferiment artifiċjali ta' profitti bejn impriżi fi Stati Membri differenti jew fejn dawk it-transazzjonijiet ikunu magħmula bejn impriżi f'żewġ Stati Membri permezz ta' pajjiż terz sabiex jinkiseb vantaġġ dwar taxxi, jew fejn it-taxxa ġiet jew tista' ma titħallasx jew evitata għal xi raġuni tkun liema tkun;
Billi hu importanti li uffiċjali ta' l-amministrazzjoni tat-taxxa f'xi Stat Membru jitħalla li jkun preżent fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jekk iż-żewġ Stati in kwistjoni jikkunsidraw dan mixtieq;
Billi għandha tingħata attenzjoni biex jiġi assigurat li informazzjoni mogħtija fil-kors ta' dik il-kollaborazzjoni ma tkunx żvelata lil persuni mhux awtorizzati, sabiex id-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini u impriżi jkunu salvagwardati; billi hu għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri li jirċievu dik l-informazzjoni ma jużawhiex, mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Istat Membru li jforniha, minbarra għall-finijiet ta' tassazzjoni jew biex ikunu ffaċilitati proċeduri legali għal nuqqas ta' osservanza tal-liġijiet tat-taxxa; billi hu wkoll meħtieġ li l-Istati li jirċevuha jagħtu lil din l-informazzjoni l-istess grad ta' kunfidenzjalità li din kellha fl-Istat li pprovdiha, jekk dan ta' l-aħħar hekk jitlob;
Billi Stat Membru li jkun mitlub li jagħmel inkjesti jew li jipprovdi informazzjoni għandu jkollu l-jedd li jirrifijuta li jagħmel hekk meta l-liġijiet tiegħu jew prattiċi amministrattivi jipprevjenu l-amministrazzjoni tiegħu tat-taxxa milli jagħmlu dawn l-inkejsti jew milli jiġbru jew jużaw din l-informazzjoni għall-għanijiet tagħha nnifsiha, jew fejn l-għoti ta' dik l-informazzjoni tista' tkun kontra l-politika pubblika jew tista' twassal għal svelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew meta l-Istat Membru li għalih tkun maħsuba l-informazzjoni ma jkunx kapaċi għal raġunijiet prattiċi jew legali li jipprovdi informazzjoni simili;
Billi kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni hi meħtieġa għall-istudju kontinwui ta' proċeduri ta' koperazzjoni u l-ġbir flimkien ta' esperjenzi fl-oqsma kunsidrati, u b'mod partikolari fil-qasam tat-trasferiment artifiċjali ta' profitti fi gruppi ta' impriżi, bil-għan li jitjiebu dawk il-proċeduri u li jippreparaw regoli tal-Komunità xierqa,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Disposizzjonijiet ġenerali
1. Skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni li tista' tippermettilhom li jwettqu valutazzjoni korretta tat-taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital, u kwalunkwe informazzjoni dwar l-istabbiliment ta' taxxi fuq premiums ta' assikurazzjoni msemmija fis-sitt inċinż ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta' Marzu 1976 dwar assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra ( 4 ).
2. Għandhom ikunu kkunsidrati bħala taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital, irrispettivament mil-mod li bih dawn ikunu mitluba, it-taxxi kollha imposti fuq id-dħul kollu, fuq il-kapital kollu, jew fuq l-elementi ta' dħul jew ta' kapital, inklużi taxxi fuq qliegħ mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammonti ta' pagi jew salarji mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq apprezzament tal-kapital.
3. It-taxxi kollha previsti fil-paragrafu 2 huma bħalissa, partikolarment:
fil-Belġju:
Impôt des personnes physiques/Personenbelasting
Impôt des sociétés/Vennotschapsbelasting
Impôt des personnes morales/REChtspersonenbelasting
Impôt des non-résidents/Belasting der niet-verblijfhouders
fid-Danimarka:
Indkomstskat til staten
Selskabsskat
Den kommunale indkomstskat
Den amtskommunale indkomstskat
Folkepensionsbidragene
Sømandsskat
Den saerlige indkomstskat
Kirkeskat
Formueskat til staten
Bidrag til dagpengefonden
fil-Ġermanja:
Einkommensteuer
Körperschaftsteuer
Vermögensteuer
Gewerbesteuer
Grundsteuer
fil-Greċja:
Φόρος εισοδήματος φυσικών προσώπων
Φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων
Φόρος ακινήτου περιουσίας
fi Spanja:
Impuesto sobre la Renta de las Personas Físicas
Impuesto sobre Sociedades
Impuesto Extraordinario sobre el Patrimonio de las Personas Físicas
fi Franza:
Impôt sur le revenu
Impôt sur les sociétés
Taxe professionnelle
Taxe foncière sur les propriétés bâties
Taxe foncière sur les propriétés non bâties
fl-Irlanda:
Income tax
Corporation tax
Capital gains tax
Wealth tax
fl-Italja:
Imposta sul reddito delle persone fisiche
Imposta sul reddito delle persone giuridiche
Imposta locale sui redditi
fil-Lussemburgu:
Impôt sur le revenu des personnes physiques
Impôt sur le revenu des collectivités
Impôt commercial communal
Impôt sur la fortune
Impôt foncier
fl-Olanda:
Inkomstenbelasting
Vennotschapsbelasting
Vermogensbelasting
fl-Awstrija:
Einkommensteuer
Körperschaftsteuer
Grundsteuer
Bodenwertabgabe
Abgabe von land- und forstwirtschaftlichen Betrieben
fil-Portugall:
Contribuição predial
Imposto sobre a indústria agrícola
Contribuição industrial
Imposto de capitais
Imposto profissional
Imposto profissional
Imposto complementar
Imposto de mais-valias
Imposto sobre o rendimento do petróleo
Os adicionais devidos sobre os impostos precedents
fil-Finlandja:
Valtion tuloverot/de statliga inkomstskatterna
Yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund
Kunnallisvero/kommunalskatten
Kirkollisvero/kyrkoskatten
Kansaneläkevakuutusmaksu/folkpensionsförsäkringspremien
Sairausvakuutusmaksu/sjukförsaekringspremien
Korkotulon lähdevero/källskatten paa raenteinkomst
Rajoitetusti verovelvollisen lähdevero/kaellskatten för begränsat skattskyldig
Valtion varallisuusvero/den statliga förmögenhetsskatten
Kiinteistövero/fastighetsskatten
fl-Isvezja:
Den statliga inkomstskatten
Sjömansskatten
Kupongskatten
Den särskilda inkomstskatten för utomlands bosatta
Den särskilda inkomstskatten för utomlands bosatta artister m.fl.
Den statliga fastighetsskatten
Den kommunala inkomstskatten
Förmögenhetsskatten
fir-Renju Unit:
Income tax
Corporation tax
Capital gains tax
Petroleum revenue tax
Development land tax'
fir-Repubblika Ċeka:
Daně z příjmů
Daň z nemovitostí
Daň dědická, daň darovací a daň z převodu nemovitostí
Daň z přidané hodnoty
Spotřební daně
fl-Estonja:
Tulumaks
Sotsiaalmaks
Maamaks
f'Ċipru:
Φόρος Εισοδήματος
'Εκτακτη Εισφορά για την Άμυνα της Δημοκρατία
Φόρος Κεφαλαιουχικών Κερδών
Φόρος Ακίνητης Ιδιοκτησίας
fil-Latvja:
iedzīvotāju ienākuma nodoklisn
nekustamā īpašuma nodoklis
uzņēmumu ienākuma nodoklis
fil-Litwanja:
Gyventojų pajamų mokestis
Pelno mokestis
Įmonių ir organizacijų nekilnojamojo turto mokestis
Žemės mokestis
Mokestis už valstybinius gamtos išteklius
Mokestis už aplinkos teršimą
Naftos ir dujų išteklių mokestis
Paveldimo turto mokestis
fl-Ungerija:
személyi jövedelemadó
társasági adó
osztalékadó
általános forgalmi adó
jövedéki adó
építményadó
telekadó
f'Malta:
Taxxa fuq l-income
fil-Polonja:
Podatek dochodowy od osób prawnych
Podatek dochodowy od osób fizycznych
Podatek od czynności cywilnoprawnych
fis-Slovenja:
Dohodnina
Davki občanov
Davek od dobička pravnih oseb
Posebni davek na bilančno vsoto bank in hranilnic
fis-Slovakkja:
daň z príjmov fyzických osôb
daň z príjmov právnických osôb
daň z dedičstva
daň z darovania
daň z prevodu a prechodu nehnuteľností
daň z nehnuteľností
daň z pridanej hodnoty
spotrebné dane
fil-Bulgarija:
данък върху доходите на физическите лица
корпоративен данък
данъци, удържани при източника
алтернативни данъци на корпоративния данък
окончателен годишен (патентен) данък
fir-Rumanija:
impozitul pe venit
impozitul pe profit
impozitul pe veniturile obținute din România de nerezidenți
impozitul pe veniturile microîntreprinderilor
impozitul pe clădiri
impozitul pe teren
4. Paragrafu 1 japplika wkoll għal kull taxxi identiċi jew simili imposti sussegwentement, kemm jekk biż-żieda ma' jew minflok it-taxxi elenkati fil-paragrafu 3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawk it-taxxi.
5. L-espressjoni “awtorità kompetenti” tfisser:
fil-Belġju:
De Minister van financiën jew rappreżentant awtoriżżat
Le Ministre des finances jew rappreżentant awtoriżżat
fid-Danimarka:
Skatteministeren jew rappreżentant awtoriżżat
fil-Ġermanja:
Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtoriżżat
fil-Greċja:
Το Υπουργείο Οικονομικών jew rappreżentant awtoriżżat
fi Spanja:
El Ministro de EConomía y Hacienda jew rappreżentant awtoriżżat
fi Franza:
Le ministre de l'économie jew rappreżentant awtoriżżat
fl-Irlanda:
TheRevenue Commissioners jew ir-rappreżentant awtoriżżat tagħhom
fil-Lussemburgu:
Le ministre de finance jew rappreżentant awtoriżżat
fl-Olanda:
De minister van financiën jew rappreżentant awtoriżżat
fl-Awstrija:
Der Bundesminister fuer Finanzen jew rappreżentant awtoriżżat
fil-Portugall:
O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtoriżżat
fil-Finlandja:
Valtiovarainministeriö jew rappreżentant awtoriżżat
Finansministeriet jew rappreżentant awtoriżżat
fir-Renju Unit:
Il-Kummissjunarji tad-Dwana u s-Sisa jew rappreżentant awtorizzat għall-informazzjoni meħtieġa rigward taxxi fuq premiums ta' assigurazzjoni u dazju tas-sisa
Il-Kummissjonarji ta' l-Inland Revenue jew rappreżentant awtorizzat għall-informazzjoni l-oħra kollha
fir-Repubblika Ċeka:
Ministr financí jew rappreżentant awtorizzat
fl-Estonja:
Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat
f'Ċipru:
Υπουργός Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat
fil-Latvja:
Finanšu ministrs jew rappreżentant awtorizzat
fil-Litwanja:
Finansų ministras jew rappreżentant awtorizzat
fl-Ungerija:
A pénzügyminiszter jew rappreżentant awtorizzat
f'Malta:
Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jew rappreżentant awtorizzat
fil-Polonja:
Minister Finansów jew rappreżentant awtorizzat
fis-Slovenja:
Minister za financií jew rappreżentant awtorizzat
fis-Slovakkja:
Minister financií jew rappreżentant awtorizzat
fil-Bulgarija:
Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите
fir-Rumanija:
Ministerul Finanțelor Publice jew rappreżentant awtorizzat
Artikolu 2
Bdil fuq talba
1. L-awtorità kompetenti ta' xi Stat Membru tista' titlob lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) f'xi każ partikolari. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat mitlub m'għandhiex għalfejn tikkonforma mat-talba jekk jidher li l-awtorità kompetenti ta' l-Istat li jagħmel it-talba ma tkunx eżawriet is-sorsi tas-soltu tagħha ta' l-informazzjoni, li hi setgħet utilizzat, skond iċ-ċirkostanzi, biex tikseb l-informazzjoni mitluba mingħajr ma tinkorri r-riskju li tipperikola l-ksib tar-riżultat li tkun qed tfittex.
2. Għall-fini li tkun mibgħuta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru mitlub għandha tirranġa t-tmexxija sabiex isiru l-inkjesti meħtieġa biex tinkiseb dik l-informazzjoni.
Sabiex tinkiseb l-informazzjoni mfittxa, l-awtorità mitluba jew l-awtorità amministrattiva li għandha użu għaliha għandha tipproċedi qisu qed jaġixxi f'ismu jew fuq talba ta' awtorità oħra fis-Stat Membru tagħha stess.
Artikolu 3
Bdil awtomatiku ta' informazzjoni
Għall-kategoriji ta' każijiet li huma jistabilixxu skond il-proċedura ta' konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jibdlu b'mod regolari l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) mingħajr ma ssir talba minn qabel.
Artikolu 4
Bdil spontanju ta' informazzjoni
1. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha mingħajr talba minn qabel tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), li dwarha jkollha tagħrif, lill-awtorità kompetenti ta' xi Stat membru ieħor interessat, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed li jkollha raġunijiet li taħseb li jista' jkun hemm telf ta' taxxa fi Stat Membru ieħor;
(b) persuna suġġetta għal taxxa tikseb tnaqqis fi jew eżenzjoni minn taxxa fi Stat Membru wieħed li jista' jwassal għal żieda fit-taxxa jew għal debitu fit-taxxa fi Stat Membru ieħor;
(ċ) trattamenti kummerċjali bejn xi persuna soġġetta li tħallas it-taxxi fi Stat Membru u persuna soġġetta għat-taxxa fi Stat Membru ieħor isiru permezz ta' pajjiż wieħed jew aktar b'tali mod li ffrankar fit-taxxa jista' jirriżulta f'wieħed mill-Istati Membri jew l-ieħor jew fit-tnejn;
(d) l-awtorita kompetenti ta' xi Stat Membru jkollha raġunijiet biex taħseb li frankar fit-taxxa jista' jirriżulta minn trasferimenti artifiċjali ta' profitti fi gruppi ta' impriżi;
(e) informazzjoni mogħtija lil Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor tkun ippermettiet li tinkiseb l-informazzjoni li tista' tkun rilevanti biex issir stima tad-debitu tat-taxxa fl-Istat Membru ta' l-aħħar.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu, taħt il-proċedura ta' konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9, jestendu l-bdil ta' informazzjoni provdut fil-paragrafu 1 għal każijiet minbarra dawk speċifikati hemmhekk.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jibagħtu lil xulxin f'kull każ ieħor, mingħajr talba minn qabel, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) li huma jkunu jafu biha.
Artikolu 5
Limitu tal-ħin biex tintbgħat informazzjoni
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li, skond l-Artikoli preċedenti, tkun mitluba li tagħti informazzjoni, għandha tibgħata kemm jista' jkun malajr possibbli. Jekk din tiltaqa' ma' ostakoli fl-għoti ta' l-informazzjoni jew jekk din tirrifjuta li tagħti l-informazzjoni, din għandha minnufih tinforma lill-awtorità li titlobha b'dan, fejn tindika n-natura tal-ostakoli jew ir-raġunijiet għar-rifjut tagħha.
Artikolu 6
Kollaborazzjoni minn uffiċjali ta' l-Istat interessat
Għall-fini li jkunu applikati d-Disposizzjonijiet preċedenti, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni u l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li għalih tkun maħsuba l-informazzjoni jistgħu jiftiehmu, taħt il-proċedura ta' konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9, li jawtorizzaw il-preżenza fl-ewwel Stat Membru ta' uffiċjali tal-amministrazzjoni tat-taxxa ta' l-Istat Membru l-ieħor. Id-dettalji biex tkun applikata din id-disposizzjoni għandhom ikunu stabbiliti taħt l-istess proċedura.
Artikolu 7
Disposizzjonijiet dwar segretezza
1. Kull informazzajoni li titgħarraf lil Stat Membru taħt din id-Direttiva għandha tinżamm sigrieta f'dak l-Istat bl-istess manjiera kif tiġi rċevuta nformazzjoni taħt il-legislazzjoni nazzjonali tiegħu. F'kull każ, din l-informazzjoni:
— tista' tiġi għad-disposizzjoni biss lill-persuni direttament involuti fis-stima tat-taxxa jew fil-kontroll amministrattiv ta' din l-istima,
— tista' tiġi magħrufa biss dwar proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri amministrattivi li jinvolvu sanzjonijiet li jorbtu bil-għan, jew relatati ma', li jagħmlu u jirrevedu l-istima tat-taxxa u biss lil persuni li huma direttament involuti f'dawn il-proċeduri; din l-informazzjoni tista, madankollu, tiġi żvelata waqt seduti pubbliċi jew f'sentenzi jekk l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li tipprovdi l-informazzjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fil-bidu waqt il-ħin meta hi tipprovdi l-informazzjoni,
— ma għandha taħt l-ebda ċirkustanzi tiġi wżata barra minn finijiet ta' tassazzjoni jew f'konnessjoni ma proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri amministrattivi li jinvolvu sanzjonijiet li jorbtu bil-għan, jew relatati ma', li jagħmlu u jirrevedu l-istima tat-taxxa.
Barra dan, Stati Membri jistgħu jipprovdu għall-informazzjoni riferuta fl-ewwel subparagrafu li tintuża għal stima ta' imposti oħra, dazji u taxxi koperti bl-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/308/KEE ( 5 ).
2. Paragrafu 1 m'għandux jobbliga xi Stat Membru li l-leġiżlazzjoni jew il-prassi amministrattiva tiegħu tistabbilixxi, għall-finijiet domestiċi, limiti aktar ristretti minn dawk li jinsabu fid-disposizzjonijiet ta' dak il-paragrafu, sabiex tkun mogħtija informazzjoni jekk l-Istat iinteressat ma jobbligax ruħu li jirrispetta dawk il-limiti aktar ristretti.
3. Minkejja l-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħti l-informazzjoni jista' jipperemtti li din tkun użata għal għanijiet oħra fl-Istat li jitlobha, jekk, skond il-leġislazzjoni fl-Istat li jinforma, l-informazzjoni tista', f'ċirkostanzi simili, tkun użata fl-Istat li jinforma għal għanijiet simili.
4. Fejn awtorità kompetenti ta' xi Stat Membru tikkonsidra li l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor x'aktarx li tkun ta' utilità għall-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, din tista' tgħaddiha lill-awtorità kompetenti ta' l-aħħar mal-ftehim ta' l-awtorità kompetenti li tkun tat l-informazzjoni.
Artikolu 8
Limiti għal bdil ta' informazzjoni
1. Din id-Direttiva ma timponi l-ebda obbligu fuq Stat Membru minn fejn informazzjoni hi mitluba biex jitwettqu nkjesti jew biex jikkomunika nformazzjoni, jekk din tkun kontra l-legislazzjoni jew prattiċi amministrattivi tagħha għall-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat li jwettaq dawn l-inkjesti jew li jiġbor l-informazzjoni mfittxa.
2. L-għoti ta' informazzjoni jista' jkun irrifjutat meta dan jista' jwassal għall-iżvelar ta' xi sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' xi proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun kontra l-politika pubblika.
3. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tirrifjuta trasmissjoni ta' informazzjoni meta l-Istat Membru li jitlobha m'huwiex kapaċi, għal raġunijiet ta' fatti jew liġi, li jipprovdi l-istess tip ta' informazzjoni.
L-Artikolu 8a
In-Notifika
1. Fuq talba ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor għanda, skond ir-regoli li jirregolaw in-notifika ta' istrument simili fl-Istat Membru mitlub, tinnotifika d-destinatarju fuq kull instrument u deċiżjonijiet li jemanaw mill-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istat Membru li jressaq it-talba, u tikkonċerna l-applikazzjoni fit-territorju tiegħu ta' leġislazzjoni fuq taxxi koperti minn din id-Direttiva.
2. It-talb għal notifika għandhom jindikaw is-suġġett ta' l-istrument jew deċiżjoni li għandhom jiġu notifikati u għandhom jispeċifikaw l-isem u indirizz tad-destinatarju, flimkien ma' kull informazzjoni oħra li tista tiffaċilita l-identifikazzjoni tad-destinatarju.
3. L-awtorità mitluba għandha tinforma l-awtorità li tressaq it-talba immedjatament fuq ir-risposta tagħha għat-talba għal notifika u għandha tinnotifikha, b'mod partikolari, bid-data tan-notifika tad-deċiżjoni jew strument lid-destinatarju.
Artikolu 8b
Kontrolli simultanji
1. Fejn is-sitwazzjoni tat-taxxa ta' wieħed jew iktar persuni responsabbli għat-taxxa hija nteress komuni u komplementari, għal tnejn jew iktar Stati Membri, dawk l-Istati jistaw jaqblu biex iwettqu kontrolli simultanji, fit-territorju tagħhom stess, bil-ħsieb li jiskambjaw l-informazzjoni hekk miksuba, kull fejn jidhru li huma iktar effettivi minn kontrolli li jitwettqu minn Stat Membru wieħed waħdu.
2. L-awtorità kompetenti f'kull Stat Membru għandha tidentifika b'mod indipendenti l-persuni responsabbli għat-taxxa li għalihom hi għandha l-intenzjoni li tipproponi għal kontrolli simultanji. Għandha tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti rispettivi fl-Istati Membri l-oħra ikkonċernati bil-każijiet li, fil-fhema tagħha, għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli simultanji. Għandha tagħti raġunijiet għall-għażla tagħha, sakemm huwa possibli, billi tipprovdi l-informazzjoni li ġabet għad-deċiżjoni tagħha. Għandha tispeċifika l-perjodu ta' żmien li fih dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu.
3. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru kkonċernat għandha tiddeċiedi jekk tixtieqx tieħu sehem fil-kontrolli simultanji. Mar-riċeviment tal-proposta għal kontroll simultanju, l-awtorità kompetenti għandha tikkonferma l-ftehim tagħha jew tikkomunika r-rifjut raġunat lill-awtorità kontroparti tagħha.
4. Kull awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaħtru rappreżentant bir-responsabbilità li jissorvelja u jikkordina l-operazzjoni tal-kontroll.
Artikolu 9
Konsultazzjonijiet
1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, konsultazzjonijiet għandhom isiru, jekk meħtieġ fil-Kumitat, bejn:
— l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri iinteressati fuq talba tat-tnejn, għar-rigward ta' kwistjonijiet bilaterali,
— l-awtoritajiet komptenti ta' l-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni, fuq talba ta' waħda mill-awtoritajiet tal-Kummissjoni, safejn il-materji involuti mhumiex biss ta' interess bilaterali.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw direttament ma' xulxin. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu permezz ta' ftehim reċiproku jippermettu lill-awtoritajiet nominati minnhom li jikkomunikaw direttament ma' xulxin f'każijiet speċifiċi jew f'ċerti kategoriji ta' każijiet.
3. Billi l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu arranġamenti fuq materji bilaterali koperti b'din id-Direttiva minbarra għar-rigward każijiet individwali, dawn għandhom kemm jista' jkun malajr jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha min-naħa tagħha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 10
Ġbir flimkien ta' l-esperjenzi
L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni, jissorveljaw kontinwament il-proċedura ta' koperazzjoni li tinsab f'din id-Direttiva u għandhom jaqsmu flimkien l-esperjenza tagħhom, fil-qasam ta' trasferiment ta' prezzijiet ġewwa gruppi ta' impriżi, bil-għan li titjieb dik il-koperazzjoni u, meta jkun xieraq, jistabilixxu entita ta' regoli fl-oqsma in kwistjoni.
Artikolu 11
Applikabbilità ta' disposizzjonijiet ta' għajnuna aktar wiesgħa
Id-disposizzjonijiet t'hawn aktar qabel m'għandhomx jimpedixxu l-osservanza ta' xi obbligazzjonijiet aktar wesgħin biex ikun hemm bdil ta' informazzjoni li tista' toħroġ minn atti legali oħrajn.
Artikolu 12
Disposizzjonijiet finali
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet neċessarji, regolamenti u Disposizzjonijiet amministrattivi sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1979 u għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi ta' xi disposizzjonijiet importanti tal-liġi nazzjonali li huma sussegwentement jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 13
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU C 293, tat-13.12.1976, p. 34.
( 2 ) ĠU C 56, tas-7.3.1977, p. 66.
( 3 ) ĠU C 35, ta' l-14.2.1975, p. 1.
( 4 ) ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l- 2003.
( 5 ) ĠU L 73, 19.03.1976, p. 18.