Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta tal-Artikolu 9(3)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 90) - Distribuzzjoni tal-ilma għax-xorb li ma tissodisfax il-valuri parametriċi rikjesti - Sistema ta’ derogi.
Dispożittiv
1) Billi ma ttrasponiex b’mod komplet u korrett l-Artikolu 9(3)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.
2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.