Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - D. Protokolli Annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea - Protokoll (Nru 31) dwar ir-relazzjonijiet esterni ta' l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-qsim tal-fruntieri esterni (1997)
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0312 - 0312
Protokoll (Nru 31) dwar ir-relazzjonijiet esterni ta' l-istati membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-qsim tal-fruntieri esterni (1997) IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA, WAQT LI JIEĦDU KONT tal-ħtiġiet ta' l-Istati Membri li jassiguraw il-kontrolli effettivi mal-fruntieri esterni tagħhom, b’kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi skond kif ikun xieraq, FTIEHMU DWAR id-disposizzjoni li ġejja li għandha tkun annessa mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Id-disposizzjonijiet dwar il-miżuri dwar il-qsim ta' fruntieri esterni inklużi fl-Artikolu 62(2)(a) tat-Titolu IV tat-Trattat għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta’ Stati Membri li jinnegozjaw jew li jikkonkludu ftehim ma' pajjiżi terzi sakemm dawn jirrispettaw il-liġi tal-Komunità u ftehim ieħor internazzjonali relevanti. --------------------------------------------------