<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0700637301.case.xml"><NO.CASE>C-231/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005C0231</NO.CELEX><NO.SEQ>0005.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>6376</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6392</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-231/05</LEFT><RIGHT>OY AA</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20060912">12 ta' Settembru 2006</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-preżenti talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein Hallinto-Oikeus (Qorti Amministrattiva Suprema tal-Finlandja) hija bba-żata fuq il-leġiżlazzjoni tal-Konserniavutuksesta verotuksessa annetu laki (825/1986) (Liġi dwar it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi fir-rigward tat-tassazzjoni). Skondha, it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi huma trasferimenti finanzjarji li huma, imwettqa fi ħdan il-grupp ta' kumpanniji, jew mill-kumpannija parent lill-kumpannija sussidjarja tagħha jew mill-kumpannija sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha. It-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi jitnaqqsu mid-dħul taxxabbli minn attivitajiet kummerċjali tal-kumpannija li tagħmilhom u jidħlu mad-dħul taxxabbli mill-attivitajiet kummerċjali tal-kumpannija benfiċjarja. Huma madankollu rikonoxxuti bħala deduċibbli biss it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi magħmula bejn kumpanniji b'responsabbiltà limitata nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-loġika wara tali leġiżlazzjoni Finlandiża tikkonsisti f li tqabbel grupp magħmul minn kumpanniji parent u kumpanniji sussidjarji ma' kumpannija li għandha ħafna stabbilimenti. Għal dan l-iskop, trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi magħmul bejn kumpanniji ta' l-istess grupp għandu jiġi ntaxxat darba waħda biss, permezz tat-tnaqqis tiegħu mid-dħul taxxabbli tal-kumpannija li tagħmlu u t-teħid in kunsiderazzjoni tiegħu fid-dħul taxxabbli tal-kumpannija benefiċ-jarja.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali trattament fiskali tat-trattament finanzjarju fi ħdan il-gruppi jippermetti b'mod partikolari l-użu tal-profitti ta' kumpannija relatata, li fihom innifishom huma taxxabbli biex jgħattu telf ta' kumpannija relatata oħra, b'mod li tiġi evitata t-tassazzjoni tal-profitti.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-każ in kwistjoni jista' jitqabbel ma' dak imsemmi fil-kawża Marks &amp; Spencer<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20051213">13 ta' Diċembru 2005</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10837">C-446/03, Ġabra p. I-10837</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F'dak il-każ, il-leġiżlazzjoni Brittannika kienet tippermetti fi ħdan grupp, it-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>trasferiment<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/> tat-telf ta' kumpannija fuq il-profitt ta' kumpannija oħra biex tiġi evitata t-tassazzjoni tal-profitt. Hawnhekk ninsabu<?PAGE NO="I-6377"?> quddiem il-każ oppost, fejn il-profitt ta' kumpannija jista' jiġi <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>ttrasferit<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/> fuq it-telf ta' kumpannija oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fiż-żewġ każijiet, il-problematika tad-dritt Komunitarju tikkonsisti fil-fatt li l-gruppi transfruntieri huma esklużi mill-imsemmi vantaġġ fiskali. Fil-kawża Marks &amp; Spencer, il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet f'dan, restrizzjoni għal-libertà ta' stabbiliment, li pero kienet iġġustifikata, ħlief fil-każ speċjali fejn telf li seħħ fpajjiż barrani ma seta' bl-ebda mod jittieħed in kunsiderazzjoni għall-finijiet ta' taxxa. Il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat il-ġustifikazzjoni ta' l-imsemmija restrizzjoni billi bbażat ruħha fuq evalwazzjoni globali ta' tliet aspetti: il-protezzjoni tat-tqassim ekwilibrat tas-setgħa ta' tassazzjoni bejn l-Istati Membri, il-prevenzjoni tar-riskju tat-teħid in kunsiderazzjoni doppju tat-telf u l-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li fil-proċedimenti preżenti jiġi analizzat fliema miżura l-prinċipji msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Marks &amp; Spencer jistgħu jiġu trasposti fil-każ preżenti. F'dan ir-rigward, tqum ukoll il-kwistjoni dwar liema sinjfikat għandu jingħata lill-prinċipju ta' koerenza tas-sistema fiskali, li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ddiskutietx fil-fond fil-kawża Marks &amp; Spencer.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435/KEE<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Direttiva tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19900723">23 ta' Lulju 1990</DATE> dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="255" DATE.PUB="1990" PAGE.FIRST="6">ĠU L 225, p. 6</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE tat-<DATE ISO="20031222">22 ta' Diċembru 2003</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" DATE.PUB="2003" PAGE.FIRST="41">ĠU 2004, L 7, p. 41</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Meta kumpannija parent jew l-istabbiliment permanenti tagħha jirċievu l-profitti mqassma bis-saħħa ta' l-assoċjazzjoni tal-kumpannija parent mas-sussidjarja tagħha, l-Istat tal-kumpannija parent u l-Istat ta' l-istabbiliment permanenti tagħha għandhom, għajr meta s-sussidjarja tiġi llikwidata, jew</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>iżommu lura milli jintaxxaw dawn il-profitti, jew</P></ITEM><ITEM><P>jintaxxaw dawn il-profitti filwaqt li jawtorizzaw lill-kumpannija parent u lill-istabbiliment permanenti li jnaqqsu mill-ammont mistħoqq tat-taxxa dak ilfrazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jkollu x'jaqsam ma' dawn il-profitti u mħallas mis-sussidjarja u minn kull sussidjarja fi skala iktar baxxa, bla ħsara għall-kondizzjoni illi f'kull skaluna kumpannija u s-sussidjarja ta' l-iskaluna iktar baxxa tagħha jissodisfaw il-ħtiġijiet<?PAGE NO="I-6378"?> ipprowduti fl-Artikolu 2 u 3, sal-limitu ta' l-ammont tat-taxxa mistħoqqa korrispondenti.<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikoli 1 sa 5 tal-Konserniavutuksesta verotuksessa annetu laki 825/1986 (Liġi dwar it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi fir-rigward tat-tassazzjoni) essenzjalment jipprovdu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Art 1</NO.P><TXT>Il-liġi in kwistjoni tirregola t-tnaqqis tat-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi mid-dħul ta' dak li jagħtihom u l-kwalifikazzjoni tagħhom bħala dħul tal-benefiċjarju ma' l-att tat-tassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>Art 2</NO.P><TXT>Trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi jfisser kull trasferiment finanzjarju magħmul minn kumpannija b'responsabbiltà limitata li teżerċita attività kummerċjali lil kumpannija b'responsabbiltà limitata oħra, minħabba l-attività eżerċitata minn din ta' l-aħħar, li mhuwiex trasferiment bħala investiment ta' kapital, li ma jitnaqqasx mid-dħul skond l-Elinkeinotulon verottamisesta annettu laki (Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul li ġej minn attività ta' kumpannija) 360/1968.</TXT></NP><NP><NO.P>Art 3</NO.P><TXT>Jekk kumpannija nazzjonali b'respon-sabbiltà limitata (il-kumpannija parent) għandha mill-anqas disa' deċimi ta' l-ishma ta' kumpannija nazzjonali b'responsabbiltà limitata oħra (il-kumpannija sussidjarja), il-kumpannija parent tista' tnaqqas mid-dħul ta' attività kummerċjali taxxabbli tagħha t-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi magħmul direttament lis-sussidjarja tagħha. Is-somma korrispondenti għat-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi magħmul għandha tiġi meqjusa bħala dħul ta' attività kummerċjali taxxabbli tas-sussidjarja.</TXT><P>Kumpanniji sussidjarji huma wkoll dawk il-kumpanniji b'responsabbiltà limitata fejn il-kumpannija parent flimkien ma' kumpannija sussidjarja jew aktar għandha mill-anqas disa' deċimi ta' l-ishma.</P><P>Id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 1 tapplika wkoll għat-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi li kumpannija sussidjarja tkun għamlet lill-kumpannija parent jew lil kumpannija sussidjarja oħra tal-kumpannija parent.</P></NP><NP><NO.P>Art 4</NO.P><TXT>It-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi għandu jiġi meqjus, fil-każ tat-tassazzjoni ta minn min jagħmlu, bħala nefqa, u fil-każ tat-tassazzjoni ta' benefiċjarju, bħala dħul għas-sena fiskali li fih isir.</TXT></NP><NP><NO.P>Art 5</NO.P><TXT>Il-persuni taxxabbli għandhom id-dritt li jnaqqsu bħala nefqa t-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi magħmul biss jekk linfieq u d-dħul korrispondenti huma mdaħħla fil-kontijiet ta' min jagħmlu u tal-benefiċarju.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6379"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Il-fatti u l-proċedura</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-kumpannija Oy AA rreġistrata fil-Finlandja, tappartjeni lill-grupp AA, li l-kumpannija parent tiegħu AA Ltd., irreġistrata fir-Renju Unit, iżżomm indirettament, permezz ta' żewġ kumpanniji intermedjarji stabbiliti fl-Olanda, il-100% ta' l-ishma ta' Oy AA<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-ismijiet tal-kumpanniji żżammew anonimi fuq talba tagħ-hom.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Għad-differenza ta' AA Ltd., Oy AA għamlet profitti matul l-aħħar snin. Min-ħabba li l-attività kummerċjali ta' AA Ltd. hija essenzjali anki għal Oy AA, ġie previst li l-attività ta' AA Ltd. tiġi sostnuta permezz ta' kontribut ta' Oy AA. Għaldaqstant, Oy AA talbet lill-Keskusverolautakunta (Kummissjoni Fiskali Ċentrali) deċizjoni preliminari fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk tali kontribut jikkostitwixxix trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi skond l-Artikolu 3 tal-Liġi dwar it-Trasferimenti Finanzjarji fi Ħdan il-Gruppi.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni preliminari tagħha relatata mas-snin fiskali 2004 u 2005, <HT TYPE="ITALIC">il-keskusvero-lautakunta</HT> stabbilixxiet li trasferiment finanzjarju ta' Oy AA lil AA Ltd. ma jikkostitwixxix trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi fis-sens tal-liġi relatata u għaldaqstant ma jikkostitwixxix nefqa li tista' titnaqqas fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta' Oy AA dwar it-taxxa fuq id-dħul, peress li AA Ltd. kienet kumpannija barranija.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz ta digriet tat-<DATE ISO="20050523">23 ta' Mejju 2005</DATE>, il-Korkein Hallinto-Oikeus, li quddiemha tressaq ir-rikors ta' Oy AA kontra din id-deċiżjoni preliminari, issospendiet il-proċe-dimenti u ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja skond l-Artikolu 234 KE:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>L-Artikoli 43 u 56 KE, fid-dawl ta' l-Artikolu 58 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, dwar is-sistema komuni tattassazzjoni li tapplika fil-każ ta' kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema stabbilita mil-Liġi Finlandiża dwar it-Trasferimenti Finanzjarji fi Ħdan il-Gruppi, li tissuġġetta t-tnaqqis tat-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi għall-kundizzjoni li kemm min jagħmel it-trasferiment kif ukoll il-benefiċjarju tiegħu jkunu kumpanniji nazzjonali?<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Evalwazzjoni ġuridika</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva 90/435 dwar is-sistema komuni tattassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji parent u sussidjarji ta' Stati Membri differenti mhijiex rilevanti għall-finijiet tad-deċiż-joni tal-każ preżenti. L-imsemmija Direttiva tirregola s-sistema fiskali tat-tqassim tal-profitti lill-kumpannija parent minn kumpannija sussidjarja rreġistrata fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6380"?><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-każ preżenti, ma jikkonċernax, madankollu, it-tqassim ta' profitti ta' kumpannija sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha, proprjetarja ta' ishma diretti, iżda l-għoti ta' kumpannija mill-patrimonju tagħha mhux taxxabbli lill-kumpannija parent li hija proprjetarja ta' ishma indiretti biss fl-ewwel kumpannija. Barra minn hekk, id-Direttiva 90/435 tirregola biss is-sistema fiskali tat-tqassim ta' profitti għall-kumpannija parent, u mhux il-konsegwenzi fiskali li l-operazzjoni għandha fuq il-kumpannija sussidjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għandha mbagħad tiġi mfakkra wkoll il-ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustiz-zja li ssostni li, minkejja li l-qasam tat-taxxa diretta fih innifsu ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Komunità, l-Istati Membri għand-hom jeżerċitaw il-kompetenzi riservati lilhom fir-rispett tad-Dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Marks &amp; Spencer, (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 29), kif ukoll is-sentenzi tat-<DATE ISO="20010308">8 ta' Marzu 2001</DATE>, kawżi magħquda <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-1727">C-397/98 u C-410/98, Metallgesellschaft et, (Ġabra p. I-1727, punt 37)</REF.DOC.ECR>, tas-<DATE ISO="20040907">7 ta' Settembru 2004</DATE> Manninen <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-7477">C-319/02, (Ġabra p. I-7477, punt 19)</REF.DOC.ECR> u tas-<DATE ISO="20060907">7 ta' Settembru 2006</DATE>, N, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-470/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-7409">C-470/04, (Ġabra p. I-7409, punt 33)</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li l-libertà ta' stabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital, it-tnejn suġġetti tad-domanda preliminari jistgħu bħala prinċipju jiġu applikati fl-istess waqt<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="19990601">1 ta' Ġunju 1999</DATE>, Konle (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-302/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-3099">C-302/97, Ġabra p. I-3099, punt 22</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Kif diġà sostnejt fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Bouanich<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Konklużjonijiet ippreżentati fl-<DATE ISO="20050714">14 ta' Lulju 2005</DATE> fil-kawża Bouanich (sentenza tad-<DATE ISO="20060119">19 ta' Jannar 2006</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-265/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-923">C-265/04, Ġabra p. I-923, punt 71</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Alber £l-<DATE ISO="19991014">14 ta' Ottubru 1999</DATE> fil-kawża Baars (sentenza tat-<DATE ISO="20000413">13 ta' April 2000</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-251/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-2787">C-251/98, Ġabra p. I-2787 punti 12</REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq,</HT> b'riferimenti ulterjuri), u l-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Geelhoed fid-<DATE ISO="20060629">29 ta' Ġunju 2006</DATE> fil-kawża Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation C-524/04 (pendenti quddiem il-Qorti tal-Gustizzja, punt 35).</P></NOTE>, libertà fundamentali ma teskludix oħra. Madankollu l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat każijiet li kienu jaqgħu taħt il-kamp ta' l-applikazzjoni taż-żewġ libertajiet fundamentali, u tat prevalenza in parti lill-kriterju ta' moviment liberu tal-kapital<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, per eżempju, l-hekk imsejħa sentenzi dwar il-golden shares ta' l-<DATE ISO="20020604">4 ta' Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-367/98" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-4731">C-367/98 (Ġabra p. I-4731)</REF.DOC.ECR>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-483/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-4781">C-483/99, (Ġabra p. I-4781)</REF.DOC.ECR>, u Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-503/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-4809">C-503/99, (Ġabra p. I-4809)</REF.DOC.ECR>, kif ukoll is-sentenzi tat-<DATE ISO="20030513">13 ta' Mejju 2003</DATE> Il-Kummissjoni vs Spanja <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-463/00" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-4581">C-463/00 (Ġabra p. I-4581)</REF.DOC.ECR>, u Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-98/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-4641">C-98/01 (Ġabra p. I-4641)</REF.DOC.ECR>. Ara wkoll il-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fis-<DATE ISO="20060406">6 ta' April 2006</DATE> fil-kawżi magħquda Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">vs</HT> L-Olanda C-282/04 u C-283/04 (pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, punt 41).</P></NOTE> u in parti lil dak ta' libertà ta' stabbiliment<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi Baars, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-pagna 7; <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-251/98" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2787">C-251/98 (Ġabra p. I-2787)</REF.DOC.ECR>; tal-<DATE ISO="20021121">21 ta' Novembru 2002</DATE>, X u Y <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-436/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-10829">C-436/00 (Ġabra p. I-10829)</REF.DOC.ECR> u tat-<DATE ISO="20060223">23 ta' Frar 2006</DATE> Keller Holding <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-471/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2107">C-471/04 (Ġabra p. I-2107)</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, per eżempju, qieset fis-sentenza X u Y li l-moviment liberu tal-kapital m'għandux valur awtonomu meta leġiżlazzjoni diġà taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-libertà ta' stabbiliment, minħabba li tqum il-kwistjoni ta' xiri ta' sehem fil-kapital li tippermetti li tiġi eżerċi-tatata influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpannija kkonċernata<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 9, punti 37 u 66. L-Avukat Ġenerali Leger esprima ruħu b'mod simili fil-konklużonijiet tiegħu ppreżentati fit-<DATE ISO="20060502">2 ta' Mejju 2006</DATE> fil-kawża Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas C-196/04 (pendenti quddiem il-qorti tal-Ġustizzja, punt 32).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6381"?><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Jidhirli raġonevoli li tiġi vverifikata, b'mod prijoritarju, il-libertà fundamentali li element essenzjali tagħha jirrżulta ppreġudi-kat fid-dawl ta' l-għan tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti u l-fatti tal-kawża prinċi-pali<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Avukat Ġenerali Alber jesprimi ruħu f'termini simili fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Baars (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 7, punti 32-34), li jagħmel distinzjoni skond liema libertà fondamentali hija direttament ippreġudikata u liema hija indirettament ppreġudikata. L-Avukat Ġenerali Geelhoed jaqbel ma' tali impostazzjoni fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 7, punt 35).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali hija bbażata fuq lapplikazzjoni tal-Liġi dwar it-Trasferimenti Finanzjarji fi Ħdan il-Gruppi lil trasferiment finanzjarju minn kumpannija lil kumpannija oħra, li għandha indirettament il-100 % ta' lishma tal-kumpannija li qed tagħmel it-trasferiment. Fil-verità, it-trasferiment finanzjarju ma ntużax għax-xiri ta' sehem fil-kapital. Madankollu, l-operazzjoni saret mill-kumpannija sussidjarja favur il-kumpannija parent prinċipali, u għalhekk hija relatata ma' l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment minn din ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Ir-raġuni tat-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi fil-fatt tikkonsisti fil-kumpens tal-profitti u tat-telf fi ħdan grupp kompost minn kumpanniji differenti. L-istruttura tal-grupp estiża f'aktar minn Stat Membru wieħed inħolqot fl-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment. Konsegwentement, l-element essenzjali tad-domanda jirrigwarda tali libertà u mhux il-moviment liberu tal-kapital, anki jekk l-operazzjoni tidher filforma esterjuri tagħha bħala fluss ta' kapitali transfruntieri.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Ir-restrizzjoni tal-libertà ta' stabbili-ment</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-libertà ta' stabbiliment garantita mill-Artikolu 43 KE tirrikonoxxi liċ-ċittadini ta' l-Istati Membri d-dritt li jibdew jew jeżerċitaw attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom, kif ukoll li jikkostitwixxu u jmexxu impriżi fi Stat Membru ieħor, taħt l-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta' tali Stat. Skond l-Artikolu 48 KE, il-kumpanniji stabbiliti skond il-liġi ta' Stat Membru u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat jew it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali tagħhom ġewwa l-Komunità, għandhom id-dritt li jeżerċitaw l-attività tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat permezz ta' kumpannija sussidjarja, fergħa jew aġenzija<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19980716">16 ta' Lulju 1998</DATE>, ICI <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-264/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-4695">C-264/96 (Ġabra p. I-4695, punt 20)</REF.DOC.ECR>; tal-<DATE ISO="19990921">21 ta' Settembru 1999</DATE>, Saint-Gobain ZN <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-307/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-6161">C-307/97 (Ġabra p. I-6161, punt 35)</REF.DOC.ECR>; Marks &amp; Spencer (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 30) kif ukoll Keller Holding (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 9, punt 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skond ġurisprudenza kostanti, l-Artikolu 43 KE ma jippermettix miżuri nazzjonali li, anki jekk applikabbli mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, jistgħu jostakolaw, jew iwaqqfu, jew jiskoraġġixxu l-eżerċizzju, min-naħa taċ-ċittadini tal-Komunità inklużi ċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li huwa k-awtur tal-miżura, tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat KE<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="19951130">30 ta' Novembru 1995</DATE>, Gebhard <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-55/94" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4165">C-55/94 (Ġabra p. I-4165, punt 37)</REF.DOC.ECR>; tal-<DATE ISO="19930331">31 ta' Marzu 1993</DATE>, Kraus <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-19/92" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-1663">C-19/92 (Ġabra p. I-1663, punt 32)</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<DATE ISO="20050421">21 ta' April 2005</DATE>, IIKummissjoni vs Il-Greċja <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-140/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-3177">C-140/03 (Ġabra p. I-3177, punt 27)</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6382"?><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skond il-Liġi dwar it-Trasferimenti Finanzjarji fi Ħdan il-Gruppi, it-trasferimenti ta' kumpanniji nazzjonali lill-kumpanniji parent tagħhom li huma stabbiliti wkoll flistess Stat biss jistgħu jitnaqqsu, filwaqt li huma esklużi mit-tnaqqis it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi tal-kumpanniji nazzjonali lill-kumpanniji parent irreġistrati fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-gruppi transfruntieri huma żvantaġġati meta mqabbla mal-gruppi nazzjonali. Mill-aspett tal-kumpannija parent, dan jimplika diskriminazzjoni min-ħabba l-uffiċċju reġistrat tagħha, fatt li, fil-każ ta' persuni legali, huwa ekwivalenti għal diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità. Il-ksur ma jonqosx lanqas jekk jittieħed in kunsiderazzjoni d-destinatarju tal-leġiżlaz-zjoni nazzjonali kkontestata, jiġifieri Oy AA. It-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi magħmul minn din lil AA Ltd. jiġi trattat b'mod differenti mit-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi magħmula mill-kumpanniji nazzjonali lill-impriżi nazzjonali ta' l-istess grupp. Skond Oy AA, dan jimplika trattament mhux ugwali ta' l-operazzjonijiet transfruntieri.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-imsemmi trattament fiskali mhux ugwali huwa ta' natura li jimpedixxi l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment mill-kumpanniji parent barranin għaliex, min-ħabba dan, huma jistgħu jkunu skoraġġuti milli jistabbilixxu kumpanniji sussidjarji fil-Finlandja. Għaldaqstant, it-trattament fiskali differenti tat-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi skond jekk isirux lill-kumpanniji parent nazzjonali jew lill-kumpanniji parent stabbiliti fi Stati Membri oħra jostakola l-libertà ta' stabbiliment garantit mill-Artikoli 43 KE u 48 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Ċerti Stati Membri intervenjenti fil-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment sostnew, li l-kumpanniji sussidjarji ta' kumpanniji parent nazzjonali u l-kumpanniji sussidjarji ta' kumpanniji parent barranin mhumiex ma' l-ewwel daqqa t'għajn paragonabbli. Fil-fatt, il-kumpanniji parent stabbiliti barra mill-pajjiż mhumiex suġġetti esklużivament għas-sovranità fiskali ta' l-Istat Finlandiż: għaldaqstant dan ta' l-aħħar ma jistax jinżamm responsabbli għat-trattament differenti li jirriżulta mill-eżerċizzju parallel ta' ħafna sovranitajiet fiskali. B'tali argumentazzjoni, l-Istati Membri għandhom l-għan li jeskludu t-tassazzjoni tal-gruppi transfruntieri skond id-dritt fiskali internazzjonali mill-kamp ta' l-applikazzjoni tallibertajiet fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ma jistax ikun hemm qbil ma' dan l-approċċ. Huwa jikkontradixxi l-essenza fundamentali tal-libertà ta' stabbiliment bħala projbizzjoni ta' kull forma ta' restrizzjoni u diskriminazzjoni. Il-libertà ta' stabbiliment bħala tali titlob preċiżament il-paragun bejn każ purament intern u każ transfruntier, u timponi obbligu ta' ġustifikazzjoni meta jiġi aċċertat trattament mhux ugwali. Għaldaqs-tant, fil-kuntest ta' applikazzjoni tal-libertà ta' stabbiliment, it-transfrontalità bħala tali ma tistax tiġi kkunsidrata bħala element li jostakola l-komparabbiltà tal-każijiet. Il-fatt<?PAGE NO="I-6383"?> neċessarjament inerenti għan-natura transfruntiera li sitwazzjonijiet huma suġġetti għall-poteri sovrani differenti ma jistax iwassal għall-ipoteżi li trattament mhux ugwali ma jeħtieġx li jkun ġustifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Konformement ma' dan, il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Marks &amp; Spencer sostniet li <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>fil-liġi tat-taxxa, ir-residenza tal-persuni taxxabbli tista' tikkostitwixxi fattur li jista jiġġustifika regoli nazzjonali li jimplikaw differenza fit-trattament bejn persuni taxxabbli li jkunu residenti u persuni taxxabbli li ma jkunx residenti. Madankollu, ir-residenza mhijiex dejjem fattur li jiġġustifika distinzjoni. Fil-fatt, jekk jiġi ammess li l-Istat Membru ta' stabbiliment jista' liberament jirriserva trattament differenti minħabba l-fatt biss li s-sede ta' kumpannija tinsab fi Stat Membru ieħor, l-Artikolu 43 KE jitlef issinjifikat tiegħu<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 37, b'referenza għas-sentenza tat-<DATE ISO="19860128">28 ta' Jannar 1986</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="270/83" YEAR="1986" PAGE.ECR="273">270/83, (Ġabra p. 273, punt 18)</REF.DOC.ECR> — krediti fiskali.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Gvern tar-Renju Unit isostni t-teżi li l-gruppi ta' kumpanniji interni u dawk transfruntieri, ma jistgħux jiġu komparati b'refe-renza għas-sentenza Schempp<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20050712">12 ta' Lulju 2005</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-6421">C-403/03 (Ġabra p. I-6421)</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Tali kawża kienet ibbażata fuq it-tnaqqis fiskali ta' manteniment imħallas mis-Sur Schempp lill-ex-konjuġi tiegħu. Skond il-leġiżlazzjoni Ġermaniża applikabbli, l-konjuġi li jħallas il-manteniment seta' jnaqqas il-ħlas jekk il-ħlas kien taxxabbli għall-konjuġi benfiċjarju, kif kien il-każ fil-Ġermanja. Min-naħa l-oħra, tali manteniment ma kienx taxxabbli fl-Awstrija, l-Istat fejn kienet tgħix l-exkonjuġi tas-Sur Schempp.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li m'hemmx trattament diskriminatorju bi ksur ta' l-Artikolu 12 fil-każ fejn is-Sur Schempp jiġi mwaqqaf milli jnaqqas il-manteniment mogħti lil martu fl-Awstrija. Fil-fatt, innuqqas ta' ugwaljanza fit-trattament adottat jirriżulta fil-verità, mill-fatt li s-sistema fiskali applikabbli għall-manteniment fl-Istat Membru ta' residenza ta' l-exkonjuġi tas-Sur Schempp hija differenti minn dik stabbilita fl-Istat Membru li fih huwa jirrisjedi<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Schempp (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 15, punt 32).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-leġiżlazzjoni Finlan-diża kkontestata dwar it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi mhijiex marbuta mat-trattament fiskali tas-somom mogħtija applikat fl-Istat li fih il-kumpannija benefiċjarja tkun irreġistrata. Pjuttost, sa mill-bidu, hija kkunsidrata deduċibbli biss l-għanjuna finanzjarja fi ħdan il-gruppi mogħtija lill-kumpanniji sussidjarji ta' grupp irreġistrati fit-territorju nazzjonali. Il-kwistjoni dwar kif għandha tiġi evalwata leġiżlazzjoni nazzjonali li mhijiex marbuta ma' l-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija benefiċjarja, iżda mat-taxxab-biltà tat-trasferimenti simili fl-Istat tas-sede ta' tali kumpannija ma tikkostitwixxix is-suġġett tal-proċedimenti preżenti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6384"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Restrizzjoni tal-libertà ta stabbiliment ma tistax tiġi aċċettata sakemm ma jkollhiex għan leġittimu kompatibbli mat-Trattat KE u jekk din hija ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali. F'tali ipoteżi l-applikazzjoni tagħha għandha tkun adatta sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta' l-għan in kwistjoni u ma teċċedix dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Marks &amp; Spencer (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 35), sentenzi tal-<DATE ISO="19970515">15 ta' Mejju 1997</DATE>, Futura Participations u Singer <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-250/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-2471">C-250/95 (Ġabra p. I-2471, punt 26)</REF.DOC.ECR>, tal-<DATE ISO="20040311">11 ta' Marzu 2004</DATE>, De Lasteyrie du Saillant <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-9/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-2409">C-9/02 (Ġabra p. I-2409, punt 49)</REF.DOC.ECR>, u N (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punt 40).</P></NOTE>. Barra min hekk, hija għandha tkun proporzjonali f'sens strett</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-Gvernijiet intervenjenti u l-Kummissjoni jżidu serje ta' raġunijiet ta' ġustifikaz-zjoni. Minkejja d-differenza fid-dettall tat-terminoloġija u tal-klassifiki legali użati, wieħed jista' joħroġ essenzjalment l-argumenti li ġejjin kontra l-estenzjoni tat-tnaqqis tat-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi lil kumpanniji li għandhom l-uffiċċju reġis-trat fi Stat Membru ieħor.</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Il-fatt li t-tnaqqis jingħata fil-Finlandja huwa konformi mal-prinċipju ta' koerenza u simmetrija fiskali biss jekk iddipartiment tat-taxxi tal-Finlandja flistess waqt għandu d-dritt li jintaxxa d-dħul tal-kumpannija benefiċjarja.</P></ITEM><ITEM><P>Il-kumpanniji jistgħu jagħżlu liberament fliema Stat jixtiequ li d-dħul tagħhom jiġi ntaxxat, bil-konsegwenza li jiġi evitat it-tqassim tas-sovranità fiskali fost l-Istati Membri.</P></ITEM><ITEM><P>Peress li mhux ċert li t-trasferimenti jiġu effettivament intaxxati fuq il-kumpannija benefiċjarja barra mill-pajjiż, jista' jkun hemm każijiet fejn id-dħul ikun kompletament mhux taxxabbli (immu-nità minn tassazzjoni doppja, jew l-imsemmija <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>weifle Einkunfte<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>,</HT> imsemmija <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>dħul abjad<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>).</P></ITEM></LIST></P></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-koerenza tas-sistema fiskali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment għarfet li n-neċessità li tiġi garantita l-koerenza ta' sistema fiskali tista' tiġġustifika restrizzjoni ta' l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali garantiti mit-Trattat<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="19920128">28 ta' Jannar 1992</DATE>, Bachmann <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/90" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-249">C-204/90 (Ġabra p. I-249, punt 28)</REF.DOC.ECR> u Il-Kummissjoni vs Il-Belġju <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/90" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-305">C-300/90 (Ġabra p. I-305, punt 21)</REF.DOC.ECR>. Ara wkoll is-sentenzi Manninen (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punt 42) u Keller Holding (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 9, punt 40).</P></NOTE>. Madankollu, sabiex argument ibbażat fuq tali ġustifikazzjoni jkun jista' jirnexxi, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-eżistenza ta' rabta diretta bejn il-vantaġġ fiskali kkonċernat u t-tpaċija ta' dan il-vantaġġ permezz ta' impożizzjoni<?PAGE NO="I-6385"?> fiskali determinata<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="19951114">14 ta' Novembru 1995</DATE>, Svensson u Gustavsson, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-484/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-3955">C 484/93, (Ġabra p. I-3955, punt 18)</REF.DOC.ECR>, u ICI, (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 12, punt 29). Sentenzi Manninen, (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punt 42) u Keller Holding (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 9, punt 40).</P></NOTE>. Il-kundizzjoni addizzjonali li għaliha t-tassazzjoni u ttnaqqis tat-taxxi għandhom jikkonċernaw listess persuna taxxabbli<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Għall-kritika tal-ġurisprudenza preċedenti, ara l-konklużjo-nijiet ippreżentati minni fit-<DATE ISO="20040318">18 ta' Marzu 2004</DATE> fil-kawża Manninen (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punti 53 <HT TYPE="ITALIC">et seq).</HT></P></NOTE>, jidher li ġie abbandunat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Manninen<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Dawn l-evalwazzjonijiet huma maqsuma mill-Avukat Ġene-rali Geelhoed fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 7, punt 88).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fil-pratika, il-Qorti tal-Ġustizzja ssuġ-ġettat il-ġustifikazzjoni ta' sistema fiskali nazzjonali applikabbli esklużivament għall-każijiet interni għall-kundizzjoni li tali restrizzjoni hija indispensabbli għall-preservaz-zjoni tal-koerenza u li ma jkunx hemm differenza mingħajr raġuni fit-trattament bejn każijiet nazzjonali u barranin<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara f'dan ir-rigward, is-sentenzi Manninen (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punti 45 u 46) u Keller Holding (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 9, punti 41-43).</P></NOTE>. Fil-fatt, kif sostna ġustament l-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Marks &amp; Spencer, ir-rispett tal-koerenza tas-sistema fiskali nazzjonali jservi biex tkun priżervata l-integrità tas-sistemi in kwistjoni, li l-organizzazzjoni tagħhom hija riżervata għall-kompetenza ta' l-Istati Membri, bil-kundizzjoni li dawn ma jippreġudi-kawx is-suq intern lilhinn minn dak li huwa neċessarju<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Konklużjonijiet ippreżentati fis-<DATE ISO="20050407">7 ta' April 2005</DATE> fil-kawża Marks &amp; Spencer (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 66).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Jekk il-persuni taxxabbli li jkunu għamlu użu mil-libertajiet fundamentali tagħhom jinstabu fsitwazzjoni paragunabbli ma' dik tal-persuni taxxabbli li huma vantaġġati missistema fiskali nazzjonali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiġi applikata anki fil-każijiet transfruntieri, jekk dan ma jippreġu-dikax il-koerenza tas-sistema fiskali nazzjonali. Dan huwa impost mill-obbligu ta' trattament ugwali li jirriżulta mil-libertà ta' stabbiliment<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ġustament l-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 7, punt 89), irrimarka li l-Qorti tal-Ġustizzja, fl-evalwazzjoni tal-koerenza rreferiet ruħha espressament għall-prinċipji fundamentali ta' non-diskriminazzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>F'tali kuntest, il-punt tat-tluq għall-verifika tal-prinċipju ta' trattament ugwali huwa kostitwit mill-għan tal-leġiżlazzjoni nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi De Lasteyrie du Saillant (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punt 67) u Manninen (iċċitat fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punt 43) kif ukoll il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża Marks &amp; Spencer (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 72).</P></NOTE>. Għaldaqstant mhjiex iġġustifi-kata miżura meta l-għan li jrid jintlaħaq mil-leġiżlazzjoni jista' jintlaħaq anki mingħajr ma jiġu ttrattati b'mod differenti każijiet nazzjonali u dawk transfruntieri jew meta trattament li huwa nettament anqas sproporzjonat jista' wkoll jikseb l-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar it-Trasferimenti Finanzjarji fi Ħdan il-Gruppi għandha l-għan li tqis grupp bħala unità ekonomika, jiġifieri li grupp magħmul minn kumpannija parent u sussidjarji jitqies impriża li għandha ħafna stabbilimenti. Il-leġiżlazzjoni, bħal fil-każ ta'<?PAGE NO="I-6386"?> l-eżenzjoni ta' grupp <HT TYPE="ITALIC">(group relief)</HT> in kwistjoni fil-kawża Marks &amp; Spencer, tippermetti li l-profitti u t-telf jiġu kumpensati anki meta dawn isiru minn persuni legali differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Jekk it-telf ta' kumpannija ma jkunx jista' jiġi kumpensat immedjatament bil-profitti ttrasferiti lilha minn kumpannija oħra, tali profitti għandhom jiġu ntaxxati. It-telf tal-kumpannija l-oħra tal-grupp jista' jiġi trasfeit biss fis-sena fiskali ta' wara biex imbagħad jiġi paċut bil-profitti magħmulha minnha. Permezz tat-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi, il-gruppi għalhekk jiksbu l-vantaġġ tal-likwidità li anki impriża bstabbilimenti permanenti jkollha.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi magħmul bejn kumpanniji ta' l-istess grupp għandu jiġi ntaxxat darba waħda biss, billi jitnaqqas mid-dħul taxxabbli tal-kumpannija li qed tagħmlu u jiġi ntaxxat mad-dħul taxxabbli tal-kumpannija benefiċjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' l-interess li jiġu paċuti l-profitti u t-telf tal-kumpanniji differenti tal-grupp, il-gruppi transfruntieri jinsabu sostanzjalment fpożizzjoni simili għal dik tal-gruppi magħmulin biss minn kumpanniji nazzjonali. Għaldaqstant, bħala regola, it-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi għandu jiġi kkunsidrat deduċibbli anki meta jsir lil sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Dan madankollu jkun kompatibbli massistema biss jekk tkun garantita t-tassazzjoni tat-trasferiment fil-livell tal-kumpannija benefiċjarja. F'każ kuntrarju, ikun hemm benefiċċju fiskali mingħajr kumpens korrispondenti li jinkiseb permezz ta' oneru direttament marbut miegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Gvernijiet intervenjenti f'dan il-kuntest irrimarkaw li l-Istat Membru li fih hija stabbilita l-kumpannija li qed tagħmel it-trasferiment m'għandu l-ebda influwenza fuq it-tassazzjoni tal-kumpannija benefiċjarja fl-Istat fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ta' din ta' l-aħħar. Dan ma jwaqqafx l-ewwel Stat milli jassuġġetta t-tnaqqis fiskali tat-trasferiment għall-prova li dan huwa effettivament suġġett għat-taxxa fil-kumpannija benefiċjarja. II-leġiżlazzjoni Finlandiża in kwistjoni ma tippermettix tali prova, iżda teskludi f'kull każ it-tnaqqis tat-trasferimenti lill-kumpanniji barranin. Hija għaldaqstant, teċċedi dak li huwa neċessarju sabiex tiġi ppreservata lkoerenza tas-sistema fiskali nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Kontra tali konklużjoni ma jistax jiġi kkontestat li f'każ tali, trasferimenti finanzjari fi ħdan il-gruppi simili m'għandhomx jiġu ntaxxati fil-Finlandja iżda fpajjiż barrani. Fil-fatt skond ġurisprudenza kostanti,<?PAGE NO="I-6387"?> it-tnaqqis tad-dħul fiskali ma jistax jiġi kkunsidrat bħala raġuni imperattiva ta' interess ġenerali li tista' tiġi invokata biex tiġġustifika miżura li tmur, bħala regola, kontra libertà fundamentali<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Manninen (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punt 49) u Marks &amp; Spencer (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 44).</P></NOTE>. Bħala konsegwenza, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax tiġi kkunsidrata koerenti biss minħabba l-fatt li din timpedixxi it-tnaqqis tad-dħul fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-restrizzjoni tal-libertà ta' stabbiliment li tirriżulta, minn naħa, mittrattament mhux ugwali ta' trasferimenti bejn kumpanniji sussidjarji nazzjonali u barranin u min-naħa l-oħra, mit-trasferimenti bejn kumpanniji nazzjonali, mhijiex għaldaqstant iġġustifikata minn raġunijiet ta' protezzjoni ta' koerenza fiskali. Madankollu, għad irid jiġi werifikat jekk jeżistux raġuni-jiet ġustifikattivi oħra, b'mod partikolari l-ħarsien tat-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni bejn l-Istati Membri.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tat-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni bejn l-Istati Membri</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Marks &amp; Spencer, il-Qorti tal-Ġustizzja identifikat tliet elementi ta' ġustifikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">(éléments justificatifs),</HT> u minn dawn <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>ikkunsidrati flimkien <HT TYPE="ITALIC">(pris ensemble)<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>,</HT> irrilevat <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>li leġiżlazzjoni restrittiva bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, min-naħa, tipprova tilħaq għanijiet leġittimi kompatibbli mat-Trattat li jikkostitwixxu raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali, u min-naħa l-oħra, hija adatta sabiex tassigura li dawn limsemmija għanijiet jiġu milħuqa<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Marks &amp; Spencer (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 51).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>It-tliet elementi ta' ġustifikazzjoni identifikati huma:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Il-protezzjoni tat-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni bejn l-Istati Membri,</P></ITEM><ITEM><P>Ir-riskju li t-telf jittieħed in kunsiderazzjoni darbtejn u</P></ITEM><ITEM><P>Ir-riskju ta' evażjoni fiskali.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Diġà mill-estratt tas-sentenza fuq iċċi-tata, jirriżulta li t-tliet elementi kollha huma strettament konnessi u ma jistgħux jiġu kkunsidrati separatament. L-element ċentrali ta' tali elementi huwa rappreżentat mill-protezzjoni tat-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6388"?><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Kif diġà ġie osservat, l-applikazzjoni tat-tassazzjoni diretta hija, fl-istat attwali tal-liġi Komunitarja, riżervata għall-Istati Membri<NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq, punt 15.</P></NOTE>. Fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni filkuntest Komunitarju, huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-kriterju għat-tqassim tas-setgħat ta' tassazzjoni tagħhom permezz tal-konklużjoni ta' trattati kontra t-tassazzjoni doppja jew permezz ta' miżuri unilaterali<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19980512">12 ta' Mejju 1998</DATE>, Gilly <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-336/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-2793">C-336/96 (Ġabra p. I-2793, punti 24 u 30)</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20021212">12 ta' Diċembru 2002</DATE>, De Groot <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-385/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-11819">C-385/00 (Ġabra p. I-11819, punt 93)</REF.DOC.ECR>; tal-<DATE ISO="20050705">5 ta' Lulju 2005</DATE>, D. <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-376/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-5821">C-376/03 (Ġabra p. I-5821, punti 50 u 51)</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20060223">23 ta' Frar 2006</DATE>, Van Hilten-Van der Heijden <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-513/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1957">C-513/03 (Ġabra p. I-1957, punt 47)</REF.DOC.ECR> u N (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punti 43 u 44).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, mhuwiex illoġiku li sabiex l-Istati Membri jaqsmu s-setgħa ta' tassazzjoni, jispiraw ruħhom mill-prattika internazzjonali u mill-mudelli ta' konvenzjonijiet imħejjija mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD)<NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Futura Participations u Singer (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punt 22), Van Hilten-Van der Heijden (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 29, punt 48) u N (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punt 45).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>B'mod partikolari, huwa konformi mal-prinċipju ta' territorjalità garantit mid-dritt fiskali internazzjonali u rikonoxxut mid-Dritt Komunitarju, il-fatt li, l-Istat Membru li fih hija rreġistrata l-kumpannija parent jintaxxa l-kumpanniji nazzjonali fuq il-profitti li għamlu fuq livell mondjali, u l-kumpanniji barranin esklużivament fuq il-profitti li għamlu mill-attività tagħhom fl-imsemmi Stat<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Marks &amp; Spencer (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 39). Dwar it-tqassim abbażi tal-prinċipju tal-profitti mondjali u tal-prinċipju ta' l-Istat ta' oriġini, ara l-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Geelhoed fit-<DATE ISO="20060223">23 ta' Frar 2006</DATE> fil-kawża Test Claimants in the ACT Group Litigation C-374/04 (pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, punti 49 sa 51).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Marks &amp; Spencer, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat restrizzjoni għat-tqassim tal-kompetenzi ta' tassazzjoni b'dan il-mod: <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>(...) il-possibbiltà li l-kumpanniji jagħżlu li jiġi kkunsidrat it-telf tagħhom fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom jew fi Stat Membru ieħor tikkomprometti b'mod sinifikattiv tqassim bilanċjat tas-setgħa ta' tassazzjoni bejn l-Isati Membri, peress illi l-bażi taxxabbli tiżdied fl-ewwel Stat u titnaqqas fit-tieni wieħed, skond it-telf ittrasfe-rit<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 46.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Tali kunsiderazzjoni tgħodd ukoll fil-każ fejn it-trasferiment tal-profitti, hekk kif previst mil-Liġi dwar it-Trasferimenti Finanzjarji fi Ħdan il-Gruppi, huwa estiż biex jinkludi t-trasferimenti finanzjarji transfruntieri. Dan jikkomprometti wkoll it-tqassim tal-kompetenzi fiskali abbażi tal-prin-ċipju ta' territorjalità jekk il-persuni taxxabbli setgħu jagħżlu b'mod ħieles fliema Stat Membru l-profitti huma suġġetti għat-tas-sazzjoni billi jneħħu l-profitti ta' kumpannija mill-bażi taxxabbli tagħha u jinkluduhom fil-bażi taxxabbli ta' sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6389"?><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>It-tieni element ta' ġustifikazzjoni identifikat fis-sentenza Marks &amp; Spencer, jiġifieri l-prevenzjoni tar-riskju li t-telf jittieħed in kunsiderazzjoni darbtejn, huwa strettament marbut mat-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>It-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni skond elementi tat-territorjalità (sede ta' l-impriżi jew sors tal-profitti fit-territorju nazzjonali) għandu l-għan li jagħti b'mod prijoritarju lil Stat id-dritt li jintaxxa ċerti profitti. Għalhekk, flimkien mar-regoli kontra t-tassazzjoni doppja, teżisti sistema internazzjonali ta' kompetenzi għat-tassazzjoni. Din — għalkemm mhux eżenti minn lakuni fuq aspetti singoli — għandha b'mod ġenerali tiggarantixxi li l-profitti kollha jiġu ntaxxati verament darba waħda biss<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Din it-tassazzjoni unika — per eżempju bl-applikazzjoni talmetodu tal-qtugħ — tista' tiġi effettwata anke minn żewġ Stati skond modalitajiet koordinati.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Kieku t-telf setgħa jiġi kkumpensat għal aktar minn darba bil-profitti, dawn jevitaw kompletament it-tassazzjoni, anki jekk fil-fatt ma jikkorrispondux għal telf effettiv. Dan imur kontra l-prinċipji ta' tassazzjoni unika, li jikkostitwixxu l-bażi tat-tqassim internazzjonali tas-setgħa ta' tassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Anki r-rikonoxximent tattrasferimenti finanzjarji transfruntieri fi ħdan il-gruppi jista' jinvolvi eżenzjoni fiskali (doppja), tal-profitti fil-każ fejn ittrasferimenti jistgħu jitnaqqsu mid-dħul taxxabbli tal-kumpannija li qed tagħmilhom anki jekk mhijiex suġġetta għat-tassazzjoni fil-post fejn il-kumpannija benefiċjarja hija stabbilita.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Skond l-indikazzjonijiet tal-Gvern tar-Renju Unit, dan għandu jgħodd ukoll fil-każ konkret imsemmi fil-kawża prinċipali. Fil-fatt skond il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, ittrasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi ma jaqaw taħt l-ebda tip ta' dħul taxxabbli u għaldaqstant ma jistgħux jiġu intaxxati firrigward tal-kumpannija benefiċjarja AA Ltd., fatt li Oy AA qegħda tikkuntesta.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Minkejja t-trattament konkret tattrasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi mwettqa favur kumpanniji Brittanniċi, għandu jiġi rilevat li leġiżlazzjoni li tiddikjara b'mod ġenerali li jistgħu jitnaqqsu mit-taxxa biss trasferimenti finanzjarji bejn kumpanniji nazzjonali hija potenzjalment ta' natura li timpedixxi l-immunità fiskali doppja. Fil-fatt fil-każ ta' trasferimenti purament nazzjonali, Stat Membru jista' f'kull każ jiggarantixxi li ttrasferiment jiġi suġġett għat-tassazzjoni. IIkwistjoni ulterjuri dwar jekk il-miżura taħt din il-forma teċċediex dak li huwa neċessarju għall-kisba ta' l-għan, għandha tiġi kkjarifikata immedjatament<NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq punt 67.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6390"?><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Anki r-riskju ta' evażjoni fiskali, bħala ttielet element ta' ġustifikazzjoni huwa strettament marbut mat-tnejn l-oħra. Is-sempliċi fatt li t-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi jsiru lill-kumpanniji rreġistrati fi Stati Membri fejn trasferimenti simili mhumiex intaxxati jista' jiġi kkunsidrat bħala evażjoni fiskali. Taħt dawn il-kundizzjonijiet, limsemmi element ta' ġustifikazzjoni jaqbel mat-tieni.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fis-sentenza Marks &amp; Spencer, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala każ ta' evażjoni fiskali s-sitwazzjoni li fiha l-kumpanniji, billi jittrasferixxu t-telf minn pajjiżi b'rata ta' taxxa baxxa għal pajjiżi b'rata ta' taxxa għolja, <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>jaħarbu<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> fl-Istat li fih it-telf għandu l-għola valur, u b'hekk inaqqsu kemm jista jkun ir-rata ta' taxxa. F'dan is-sens għandu jiġi kkunsidrat bħala evażjoni fiskali anki t-trasferiment intenzjonat ta' profitti taħt forma ta' trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi lil kumpanniji stabbiliti fpajjiżi b'rata ta' taxxa baxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Madankollu, li titwaqqaf tali tip ta' <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>evażjoni fiskali<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>, mhijiex fil-veru sens talkelma, raġuni ta' ġustifikazzjoni li fiha nfisha tista' tiġġustifika r-restrizzjoni ta' libertà fundamentali. Il-fatt li l-impriżi jipprovaw jieħdu vantaġġ mid-differenza bejn is-sistemi fiskali nazzjonali jikkostitwixxi forma leġit-tima ta' aġir ekonomiku u huwa inevitabbli f'suq intern fejn it-tassazzjoni tal-kumpanniji mhijiex armonizzata. Konsegwentement, per eżempju, impriża ma tistax tiġi impedita milli tittrasferixxi s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor li joffri kundizzjonijiet fiskali ġenerali aktar vantaġġużi<NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, dwar il-kwistjonijiet dwar <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>fiscal shopping<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> li jitqajmu f'dan il-kuntest is-sentenza reċenti N (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Ir-restrizzjonijiet tal-libertajiet fundamentali jistgħu jiġu ġġustifikati biss meta tali <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>ottimizzazzjoni fiskali<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> tippreġudika fl-istess ħin it-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni ta' l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Ir-rikonoxximent tat-tqassim tas-setgħa ta tassazzjoni skond il-prinċipju ta' territorjalità bħala element ta' ġustifikazzjoni lanqas ma jmur kontra l-prinċipju li jsostni li r-restrizzjonijiet tal-libertajiet fundamentali ma jistgħux jiġu ġġustifikati mill-għan li jiġi evitat it-tnaqqis tad-dħul fiskali<NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Manninen (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punt 49) u Marks &amp; Spencer (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punt 44)</P></NOTE>. Tali prin-ċipju jeskludi sempliċiment restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali abbażi ta' kunsiderazzjonijiet li huma purament fiskali. Madankollu, fil-każ preżenti, il-kwistjoni hija bba-żata fuq l-interess fundamentali li tiġi rrikonoxxuta b'mod assolut lill-Istati Membri possibbiltà ta' tassazzjoni b'mod konformi mal-prinċipju ta' territorjalità.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fil-qosor, għandu jiġi rrilevat li r-restrizzjoni tat-tnaqqis tat-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi għal dawk magħmula lill-kumpanniji<?PAGE NO="I-6391"?> nazzjonali tirrapreżenta strument addattat sabiex jiggarantixxi t-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni fost l-Istati Membri, sabiex jimpedixxi l-immunità fiskali tal-profitti trasferiti u sabiex jiġġieled kontra l-evażjoni fiskali. Huwa jiggarantixxi li d-dħul magħmul minn kumpanniji ta' grupp fil-Finlandja jkunu suġġetti għat-tassazzjoni skond il-prinċipju ta' territorjalità.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għad irid jiġi werifikat jekk il-leġiżlaz-zjoni teċċedix dak li huwa neċessarju għall-imsemmija għanijiet u jekk hijiex, fis-sens strett tal-kelma, proporzjonata.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Kieku kien biss il-każ li jiġu impediti l-immunità fiskali tal-profitti ttrasferiti u l-evażjoni fiskali, ir-restrizzjoni ġenerali tat-tnaqqis tat-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi għat-trasferimenti magħmula lillkumpanniji nazzjonali tkun wiesa' wisq. Filfatt, dawn iż-żewġ għanijiet jistgħu jintlaħqu anki permezz ta' leġiżlazzjoni anqas restrittiva tal-libertà ta' stabbiliment. Kif diġà sostnejt, it-tnaqqis tat-trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi jista jiġi ssuġġettat għall-prova li l-profitti jiġu effettivament intaxxati fuq il-kumpannija benefiċjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tat-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni, li magħha ż-żewġ elementi l-oħra huma marbutin direttament, ma tistax tint-laħaq permezz ta' leġiżlazzjoni nazzjonali anqas restrittiva. Leġiżlazzjoni li ssostni li l-Istat fejn tkun irreġistrata l-kumpannija li tagħmel trasferiment finanzjarju fi ħdan il-gruppi għandu jippermetti t-tnaqqis jekk dan jiġi intaxxat fuq il-kumpannija benefiċjarja, bl-ebda mod ma teskludi it-trasferiment tas-setgħa ta' tassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' l-interessi differenti, leġiż-lazzjoni bħal dik prevista mil-Liġi Finlandiża dwar it-Trasferimenti Finanzjarji fi Ħdan il-Gruppi b'hekk tidher, fis-sens strett tal-kelma, proporzjonata.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Marks &amp; Spencer<NOTE NOTE.ID="E0037" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2, punti 53 sa 56).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja, anki fsitwazzjoni eċċez-zjonali partikolari bħal dik fl-imsemmija kawża, ikkunsidrat bħala sproporzjonat innuqqas ta' rikonoxximent tat-trasferiment transfruntieri tat-telf, u b'mod partikolari fil-każ fejn il-kumpannija sussidjarja barranija tkun ezawriet il-possibbiltajiet kollha li jiġi kkunsidrat it-telf u dan ma jistax jittieħed iktar in kunsidrazzjoni fil-futur. F'tali ċirkus-tanzi, l-interess għall-protezzjoni tat-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni jitwarrab quddiem il-libertà ta' stabbiliment u t-trasferiment tat-telf<?PAGE NO="I-6392"?> lill-kumpannija parent barranija għandu jiġi permess.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Madankollu, abbażi taċ-ċirkustanzi talfatti esposti fit-talba għal deċiżjoni preliminari, ma jirriżultax li fil-każ Oy AA teżisti sitwazzjoni eċċezzjonali bħal dik msemmija fil-kawża Marks &amp; Spencer. Konsegwentement m'hemmx raġunijiet biex jiġi werifikat jekk, għal raġunijiet ta' proporzjonalità, hemmx bżonn li wieħed jeskludi b'mod eċċezzjonali l-prinċipju tat-tqassim tas-segħ-tat fiskali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT>Dwar il-moviment liberu tal-kapital</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi jistgħu fil-fatt jiġu walutati, minbarra fid-dawl tal-libertà ta stabbiliment, anki abbażi tal-kriterju tal-moviment liberu tal-kapital garantit mill-Artikoli 56 KE u 58 KE. Madankollu, indipendentement mill-kuntesti ta' validità territorjali u temporali, li mhumiex rilevanti fil-każ preżenti, jistgħu jiġu applikati l-istess prinċipji użati għall-verifika tal-libertà ta' stabbiliment. Konsegwentement, huma ġus-tifikati anki r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-kapital marbuta mar-regoli dwar it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi, sabiex jiġi protett it-tqassim tas-setgħa ta' tassazzjoni ta' l-Istati Membri.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti nissuġġerixxi li d-domanda preliminari mqajma mill-Korkein Hallinto-Oikeus tingħata r-risposta li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P>&#x201C;L-Artikoli 43 KE u 48 KE, 56 KE u 58 KE, kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-<DATE ISO="19900723">23 ta' Lulju 1990</DATE>, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE tat-<DATE ISO="20031222">22 ta' Diċembru 2003</DATE>, ma jipprekludux, fiċ-ċirkustanzi indikati fit-talba għal deċiżjoni preliminari, sistema stabbilita mil-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi (825/1986), li tissuġġetta t-tnaqqis tat-trasferimenti finanzjarji fi ħdan il-gruppi għall-kundiz-zjoni li kemm min jagħmel it-trasferiment kif ukoll il-benefiċjarju tiegħu jkunu kumpanniji stabbiliti fil-Finlandja.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>