23.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/24


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9348 — OMERS Infrastructure/Morgan Stanley/VTG)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 142/06)

1.   

Fil-11 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

OMERS Infrastructure European Holdings B.V. (“OMERS Infrastructure”, in-Netherlands),

—

Morgan Stanley (“Morgan Stanley”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

OMERS Infrastructure u Morgan Stanley jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-VTG Aktiengesellschaft (“VTG”, il-Ġermanja).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   OMERS Infrastructure: il-pjattaforma ta’ investiment Ewropea għall-investimenti fl-infrastruttura għal OMERS Administration Corporation, il-Kanada, li tiġġestixxi portafoll dinji diversifikat ta’ stokks u bonds kif ukoll proprjetà immobbli, infrastruttura u investimenti ta’ ekwità privata għal pjan tal-pensjoni Kanadiż,

—   Morgan Stanley: hija kumpanija ewlenija tas-servizzi finanzjarji dinjija li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji ta’ investiment, titoli, servizzi ta’ ġestjoni tal-ġid u ta’ ġestjoni tal-investiment,

—   VTG: fornitur ta’ vaguni għall-kiri u ta’ loġistika tal-ferroviji li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Hamburg, il-Ġermanja, bi flotta estensiva ta’ vetturi, li jikkonsistu l-aktar f’vaguni bit-tankijiet, vaguni intermodali, vaguni tal-merkanzija standard, u vaguni b’ħitan li jiżżerżqu. Minbarra l-kiri ta’ vaguni tal-merkanzija bil-ferrovija, il-VTG tipprovdi servizzi loġistiċi multimodali, li jiffukaw fuq it-trasport bil-ferrovija u t-trasport dinji tal-containers bit-tankijiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9348 — OMERS Infrastructure/Morgan Stanley/VTG

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.