1.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/211

tat-23 ta’ Jannar 2023

li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Saru vakanti żewġ siġġijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta l-ħatra tas-Sa Katy HOFFMEISTER u r-riżenja tas-Sur Boris RHEIN,

(4)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sa Simone OLDENBURG, Ministerin für Bildung und Kindertagesförderung, politische Verantwortung gegenüber dem Landtag Mecklenburg-Vorpommern (Ministru għall-Edukazzjoni u l-Faċilitajiet ta’ Kura għat-Tfal Matul il-Ġurnata, politikament responsabbli quddiem il-Parlament tal-Istat Federali ta’ Mecklenburg-Vorpommern), u s-Sa Astrid WALLMANN, Mitglied des Landtags, Hessischer Landtag (Membru tal-Parlament Reġjonali, Parlament tal-Istat Federali ta’ Hessen),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

—

is-Sa Simone OLDENBURG, Ministerin für Bildung und Kindertagesförderung, politische Verantwortung gegenüber dem Landtag Mecklenburg-Vorpommern (Ministru għall-Edukazzjoni u l-Faċilitajiet ta’ Kura għat-Tfal Matul il-Ġurnata, politikament responsabbli quddiem il-Parlament tal-Istat Federali ta’ Mecklenburg-Vorpommern),

—

is-Sa Astrid WALLMANN, Mitglied des Landtags, Hessischer Landtag (Membru tal-Parlament Reġjonali, Parlament tal-Istat Federali ta’ Hessen).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).