Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq /* KUMM/2010/0505 finali - COD 2010/0258 */
[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 24.9.2010 KUMM(2010) 505 finali 2010/0258 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq (Riformulazzjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr. 2. Il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta’ Mejju 1998 dwar prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq[2] inbdiet mill-Kummissjoni. Ir-Regolament il-ġdid kellu jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih[3]; il-kontenut kollu tagħhom kellu jinżamm u għalhekk kulma kellu jagħmel ir-Regolament il-ġdid kien li jgħaqqadhom filwaqt li jagħmel biss l-emendi formali meħtieġa mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 3. Fil-frattemp, daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona. Skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-leġiżlatur jista’ jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. 4. Tali delega ta’ setgħa tista’ tkun xierqa għal ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1172/98. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-kodifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 tiġi ttrasformata f’riformulazzjoni sabiex jiġu introdotti l-emendi neċessarji. 5. Il-proposta ta’ riformulazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari fl-ilsna uffiċjali kollha tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament irriformulat. ê 1172/98 (adattat) 2010/0258 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq (Riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 338(1) Õ tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4], Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: ò ġdid (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta’ Mejju 1998 dwar prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq[5] ġie emendat kemm-il darba[6] b’mod sostanzjali. Peress li jridu jsiru iżjed emendi, huwa għandu jiġi rriformulat għall-finijiet ta’ ċarezza. ê 1172/98 Premessa 1 (adattat) (2) Sabiex twettaq ix-xogħlijiet mogħtija lilha fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport, il-Kummissjoni għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha dejta statistika komparabbli, ta' min jorbot fuqha, sinkronizzata, regolari u komprensiva fuq l-iskala u l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi rreġistrati Ö fl-Unjoni Õ, u fuq il-grad ta' utilizzazzjoni tal-vetturi li jwettqu dan it-trasport. ê 1172/98 (adattat) (3) Huwa neċessarju li jiġu kkompilati statistiċi reġjonali komprensivi kemm rigward it-trasport tal-merkanzija kif ukoll rigward il-vjaġġi tal-vetturi. (4) Hu għalhekk xieraq li tiġi assigurata d-deskrizzjoni tal-oriġini u d-destinazzjoni reġjonali tat-trasport Ö fi ħdan l-Unjoni Õ fuq l-istess bażijiet tat-trasport nazzjonali, u li tiġi pprovduta rabta bejn it-trasport tal-merkanzija u l-vjaġġi tal-vetturi billi jitkejjel il-grad tal-utilizzazzjoni tal-vetturi li jwettqu dan it-trasport. (5) Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-ħolqien ta’ standards statistiċi komuni li jippermettu l-produzzjoni ta’ informazzjoni armonizzata jista' jsir b'mod effiċjenti biss fil-livell Ö tal-Unjoni Õ, filwaqt li d-dejta tinġabar f'kull Stat Membru taħt l-awtorità tal-entitajiet u l-istituzzjonijiet inkarigati mill-kompilazzjoni tal-istatistiċi uffiċjali. ê 1172/98 (6) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej[7] jipprovdi qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, b'mod partikulari dawk relatati mal-aċċess għas-sorsi tad-dejta amministrattivi, ma' kemm il-prezz tar-riżorsi disponibbli jkun ekonomiku u mal-kunfidenzjalità statistika. (7) Il-komunikazzjoni tad-dejta individwali, ladarba ssir anonima, tkun neċessarja sabiex tiġi stmata l-preċiżjoni globali tar-riżultati. (8) Huwa importanti li jiġi assigurat li l-informazzjoni statistika tixxerred kif suppost. ê 399/2009 Premessa 1 (adattat) (9) Ö Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament Õ għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[8]. ê 399/2009 Premessa 4 (adattat) ð ġdid (10) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa ð li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat f’dak li jirrigwarda ï Ö l-adozzjoni tal- Õ karatteristiċi tal-ġbir tad-dejta u Ö tal- Õ kontenut tal-annessi u Ö l-adozzjoni ta’ Õ rekwiżiti minimi ta’ preċiżjoni għall-prospetti tal-istatistika trażmessi mill-Istati Membri u Ö tal- Õ proċeduri ta’ implimentazzjoni ta’ Ö dan Õ ir-Regolament, inklużi miżuri għall-adattament tiegħu għall-progress ekonomiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dak Ö dan Õ ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, ê 1172/98 (adattat) ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni 1. Kull Stat Membru għandu jikkompila statistiċi Ö għall-Unjoni Õ dwar it-trasport ta' merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi tat-triq għat-trasport tal-merkanzija li jkunu rreġistrati f'dak l-Istat Membru, u dwar il-vjaġġi li jsiru minn vetturi bħal dawn. ê 1172/98 2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta': (a) vetturi tat-triq għat-trasport tal-merkanzja li l-piż awtorizzat jew id-dimensjonijiet tagħhom jaqbżu l-limiti normalment permessi fl-Istati Membri kkonċernati; (b) vetturi agrikoli, vetturi militari u vetturi li jkunu tal-amministrazzjonijiet ċentrali jew pubbliċi lokali, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi tat-triq għat-trasport tal-merkanzija li jkunu ta' impriżi pubbliċi, u b'mod partikulari ta' impriżi ferrovjarji. Kull Stat Membru jista' jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament il-vetturi tat-triq għat-trasport tal-merkanzija li l-kapaċità tat-tagħbija tagħhom jew il-piż permissibbli tagħhom meta bit-tagħbija jkun anqas minn ċertu limitu. Dan il-limitu ma jistax jaqbeż kapaċità tat-tagħbija ta' 3,5 tunnellata metrika jew piż permissibbli meta bit-tagħbija ta' 6 tunnellati metriċi fil-każ ta' vetturi b'mutur wieħed. Artikolu 2 Id-definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu: (a) “trasport tal-merkanzija bit-triq”: it-trasport kollu tal-merkanzija permezz ta’ vettura tat-triq għat-trasport tal-merkanzija; (b) “il-vettura tat-trasport bit-triq”: vettura tat-trasport bit-triq li tkun mgħammra b'mutur li jkun il-mezz waħdieni għall-propulsjoni tagħha, li hi normalment użata għat-trasport tal-persuni jew tal-merkanzija bit-triq, jew għall-ġbid, bit-triq, ta' vetturi użati għat-trasport ta' persuni jew merkanzija; (ċ) “vettura tat-triq għat-trasport tal-merkanzija”: vettura tat-triq iddisinjata esklużivament jew primarjament għat-trasport tal-merkanzija (trakk, karru, nofs-karru); (d) “vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq”: kwalunkwe vettura singola tat-triq għat-trasport (trakk), jew kombinazzjoni ta' vetturi tat-triq, jiġifieri tren (trakk ma' karru) jew vettura artikolata (żiemel ma' nofs-karru) iddisinjati għat-trasport tal-merkanzija; (e) “trakk”: vettura tat-triq riġida ddisinjata esklużivament jew primarjament għat-trasport al-merkanzija; (f) “żiemel”: vettura tat-triq għat-trasport iddisinjata esklużivament jew primarjament biex tiġbed vetturi oħra tat-triq li ma jkunux misjuqa minn mutur (b'mod ewlieni nofs-karru); (g) “karru”: vettura tat-triq għat-trasport tal-merkanzija ddisinjata biex tinġibed minn vettura tat-trasport bit-triq; (h) “nofs-karru”: vettura tat-triq għat-trasport tal-merkanzija mingħajr fus fuq quddiem iddisinjata b'dan il-mod biex parti mill-vettura u parti sostanzjali tal-piż mgħobbi tagħha tistrieħ fuq iż-żiemel; (i) “vettura artikolata”: żiemel flimkien ma' nofs-karru; (j) “tren tat-triq”: vettura tat-triq għat-trasport tal-merkanzija imqabbda ma' karru. Din il-kategorija tinkludi wkoll vettura artikolata b'karru ieħor imqabbad magħha; (k) “irreġistrat”: l-istat ta' meta vettura titniżżel f'reġistru ta' vetturi tat-triq għat-trasport, miżmum minn entità uffiċjali fi Stat Membru, sew jekk ir-reġistrazzjoni tkun akkumpanjata mill-ħruġ tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni sew jekk le. Fil-każ ta' trasport permezz ta' kombinazzjoni ta' vetturi tat-triq għat-trasport, jiġifieri tren (trakk ma' karru) u jew vettura artikolata (żiemel ma' nofs-karru), fejn il-vettura tat-triq għall-merkanzija (trakk jew żiemel) u l-karru jew in-nofs-karru jkunu rreġistrati f'pajjiżi differenti, il-vettura sħiħa għandha titqies bħala li tkun irreġistrata fil-pajjiż fejn il-vettura tat-triq għall-merkanzija tkun irreġistrata; (l) “il-kapaċità għat-tagħbija”: il-piż massimu tal-merkanzija ddikjarata permessibbli mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vettura. Meta l-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq ikun tren magħmul minn trakk b'karru, il-kapaċità tat-tagħbija tat-tren tkun it-total tal-kapaċità tat-tagħbija tat-trakk u tal-karru; (m) “il-piż massimu permissibbli”: il-piż totali tal-vettura (jew il-kombinazzjoni tal-vetturi) meta din tkun wieqfa u lesta għat-triq flimkien mal-piż tat-tagħbija iddikjarat permissibbli mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vettura; ê 1172/98 (adattat) (n) “Eurostat”: id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq tax-xogħlijiet li jaqgħu fuq dik l-istituzzjoni fis-settur tal-produzzjoni tal-istatistiċi Ö tal-Unjoni Õ. ê 1172/98 Artikolu 3 Il-ġbir tad-dejta 1. L-Istati Membri għandhom jikkompilaw dejta statistika li jkollha x'taqsam mas-setturi li ġejjin: ê 1172/98 (adattat) (a) Ö il- Õvetturi; (b) Ö il- Õvjaġġ; (ċ) Ö il- Õmerkanzija. 2. It-tagħrif varjabbli fl-istatistiċi ta' kull żona, id-definizzjoni tagħhom u l-livelli fil-klassifikazzjoni użata għall-analiżi jidhru fl-Annessi Ö I sa VII Õ. ê 1172/98 3. Meta jkun qed jiġi deċiż il-metodu li għandu jiġi użat għall-kompilazzjoni tad-dejta statistika, l-Istati Membri għandhom jieqfu milli jwettqu kwalunkwe formalità fuq il-fruntieri ta' bejn l-Istati Membri. ê 399/2009 Art. 1(1) (adattat) ð ġdid 4. ð Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 sabiex tadotta ï l-karatteristiċi tal-ġbir tad-dejta u l-kontenut tal-Annessi I sa VII. Din il-miżura, mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3). ê 399/2009 Art. 1(2) (adattat) ð ġdid Artikolu 4 Il-preċiżjoni tar-riżultati Il-metodi għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta għandhom ikunu mfassla sabiex jiżguraw li r-riżultati statistiċi trażmessi mill-Istati Membri jilħqu standards minimi ta' preċiżjoni, b'kont meħud tal-karatteristiċi strutturali tat-trasport bit-triq fl-Istati Membri. ð Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 sabiex tadotta ï r-rekwiżiti ta' preċiżjoni. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3). ê 1172/98 Artikolu 5 It-trażmissjoni tar-riżultati lill-Eurostat 1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Eurostat kull tliet xhur id-dejta individwali vverifikata kif suppost li tkun tikkorrispondi mat-tibdiliet imsemmija fl-Artikolu 3 u elenkati fl-Anness I, mingħajr l-indikazzjoni tal-isem, l-indirizz jew in-numru tar-reġistrazzjoni. Trażmissjoni bħal din għandha, fejn ikun xieraq, tinkludi d-dejta li għandha x'taqsam ma' termini trimensili preċedenti li għalihom id-dejta trażmessa kienet proviżorja. ê 399/2009 Art. 1(3) 2. L-arranġamenti għat-trażmissjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, inklużi, fejn xieraq, l-iskedi statistiċi bbażati fuq dik id-dejta, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 11(2). ê 1172/98 3. It-trażmissjoni għandha sseħħ fi żmien ħames xhur mill-aħħar ta' kull perjodu ta' tliet xhur ta' osservazzjoni. L-ewwel trażmissjoni għandha tkopri l-ewwel tliet xhur tal-1999. ê 399/2009 Art. 1(4) Artikolu 6 Disseminazzjoni tar-riżultati Id-dispożizzjonijiet dwar id-disseminazzjoni tar-riżultati statistiċi dwar it-trasport ta' merkanzija bit-triq, inklużi l-istruttura u l-kontenut tar-riżultati li għandhom jiġu disseminati, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 11(2). ê 1172/98 Artikolu 7 Ir-rapporti 1. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Eurostat, fid-data jew qabel id-data li fiha l-informazzjoni tal-ewwel tliet xhur tiġi mgħoddija, rapport dwar il-metodi użati għall-kompilazzjoni tad-dejta. L-Istati Membri għandhom ukoll jgħaddu lill-Eurostat id-dettalji ta' kwalunkwe tibdil sostanzjali fil-metodi użati għall-ġbir tad-dejta. 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Eurostat bl-informazzjoni ta' kull sena dwar id-daqsijiet tal-kampjuni, ir-rati ta' dawk li ma weġbux u, fil-forma ta' żball normali jew intervalli tal-kunfidenza, kemm ikunu ta' min jorbot fuqhom ir-riżultati ewlenija. ò ġdid Artikolu 8 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal tul indeterminat. 2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 3. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9 u 10. Artikolu 9 Revoka tad-delega 1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. 2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn xahar qabel ma tieħu tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet għal revoka. 3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Artikolu 10 Oġġezzjonijiet għall-atti delegati 1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perijodu għandu jiżdied b’xahar. 2. Jekk, meta jiskadi dan il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, jew jekk, qabel din id-data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx, l-att delegat għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fid-dispożizzjonijiet tiegħu. 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tesprimi oġġezzjonijiet għall-att delegat għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet. ê 399/2009 Art. 1(6) (adattat) Artikolu 11 Proċedura ta' Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Ö tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika Õ stabbilit Ö bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 Õ. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(a) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. ê Artikolu 12 Tħassir Ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 huwa mħassar. Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX. ê 1172/98 Artikolu 13 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi [...], Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ê 1172/98 (adattat) ANNESSI Anness I | IL-LISTA TAL-VARJABBLI | Anness II | IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KONFIGURAZZJONIJIET TAL-FUS | Anness III | IL-KLASSIFIKAZZJONI TAT-TIPI TAL-VJAĠĠI | Anness IV | IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-MERKANZIJA | Anness V | IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KATEGORIJI TAL-MERKANZIJA PERIKOLUŻA | Anness VI | IL-KLASSIFIKAZZJONI TAT-TIPI TAL-MERKANZIJA | Anness VII | IL-KODIFIKA Ö TAL-PAJJIŻI U R-REĠJUNI Õ | Ö Anness VIII Õ | Ö REGOLAMENT IMħASSAR FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDI SUċċESSIVI TIEGħU Õ | Ö Anness IX Õ | Ö TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Õ | ________________ ANNESS I IL-LISTA TAL-VARJABBLI L-informazzjoni li għandha tingħata għal kull vettura għandha tinqasam hekk: A1. id-dejta li għandha x'taqsam mal-vettura; A2. id-dejta li għandha x'taqsam mal-vjaġġ; A3. id-dejta li għandha x'taqsam mal-merkanzija (fl-operazzjoni bażika tat-trasport). ê 1172/98 (adattat) è1 1893/2006 Art. 13 A1. IL-VARJABBLI RELATATI MAL-VETTURA Skont id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2, vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq għandha tkun kwalunkwe vettura singola għat-trasport (trakk) tat-triq jew kombinazzjoni ta' vetturi tat-triq, jiġifieri tren tat-triq (trakk bil-karru) jew vettura artikulata (żiemel ma' nofs-karru) iddisinjati għall-trasport tal-merkanzija. Id-dejta li għandha x'taqsam mal-vettura li għandha tingħata hija din li ġejja: 1. il-possibbiltà tal-użu tal-vetturi għat-trasport ikkombinat (volontarju); 2. il-konfigurazzjoni tal-fus skont l-Anness II (volontarja); 3. kemm għandha żmien (fi snin) il-vettura għat-trasport bit-triq (it-trakk jew iż-żiemel) (mill-ewwel reġistrazzjoni tagħha); 4. il-piż massimu permissibbli, f'100 kg; 5. il-kapaċità għat-tagħbija, f'100 kg; 6. l-operatur tal-vettura è1 NACE Rev. 2 ç il-kategorija tal-attività (livell sa erba' ċifri) (volontarju)[9]; 7. it-tip ta' trasport (b'kiri jew bi premju/għal rasu); 8. it-total ta' kilometri misjuqa matul il-perjodu tas-sondaġġ; 8.1. imgħobbi; 8.2. vojt (inklużi l-vjaġġi taż-żwiemel mingħajr in-nofs-karri) (volontarju); 9. il-vettura piżata, li għandha tintuża biex jinkisbu r-riżultati kompleti mid-dejta individwali jekk id-dejta tkun inġabret fuq il-bażi ta' kampjuni kif jiġu. ê 1172/98 Il-konfigurazzjonijiet suċċessivi Meta l-vettura għat-trasport bit-triq magħżula tkun trakk waħdu, jiġifieri mingħajr karru, matul il-perjodu tas-sondaġġ, din tkun tikkonstitwixxi fiha nfisha l-vettura tat-triq għat-trasportazzjoni tal-merkanzija. Madanakollu, meta l-vettura tat-trasport bit-triq li tintgħażel għas-sondaġġ tkun żiemel tat-triq - li f'dak il-każ ikollu nofs-karru mehmuż miegħu - jew meta jkun trakk li miegħu jkun mehmuż karru, id-dejta meħtieġa taħt ir-Regolament tkun dwar il-vettura għat-trasport tal-merkanzija tat-triq meħuda bħala ħaġa intiera. F'dan il-każ, jista' jkun hemm bidla fil-konfigurazzjoni matul il-perijodu tas-sondaġġ (bi trakk li jżid karru miegħu jew ibiddel il-karru matul il-perjodu, jew żiemel tat-triq ibiddel in-nofs-karru tiegħu). F'każ bħal dan, dawn il-konfigurazzjonijiet suċċessivi għandhom jiġu rreġistrati, u d-dejta dwar l-vettura għandha tiġi fornuta għal kull vjaġġ. Madanakollu, jekk ma jkunx possibbli li dawn il-konfigurazzjonijiet suċċessivi jiġu rreġistrati, hemm qbil li, fil-każ tal-varjabbli relatati mal-vetturi, dawk li jikkorrispondu mal-konfigurazzjoni fil-bidu tal-ewwel vjaġġ li jkun sar bit-tagħbija matul il-perjodu tas-sondaġġ jew mal-konfirgurazzjoni l-aktar użata matul dak il-perjodu jiġu rreġistrati. It-tibdil fit-tip tat-trasport Bl-istess mod, waqt li jiddependi mill-vjaġġ, it-trasport jista' jsir għal rasu, għall-kiri jew għall-kumpens, u t-tip ta' trasport għandu jiġi rreġistrat għal kull vjaġġ. Madanakollu, jekk ma jkunx possibbli li jiġu rreġistrati dawn il-bidliet, hemm qbil li t-tip ta' trasport irreġistrat ikun dak li jikkorrispondi mal-mod prinċipali tal-utilizzazzjoni. A2. IL-VARJANTI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAL-VJAĠĠ Matul il-perijodu tas-sondaġġ, il-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq tagħmel vjaġġi, jew bla tagħbija (ma jkun hemm ebda merkanzija jew kontenituri vojta fit-trakk, il-karru jew in-nofs-karru, li jkunu għalhekk “kompletament vojta”) jew bit-tagħbija (ikun hemm jew merkanzija inkella kontenituri vojta fit-trakk, il-karru jew in-nofs-karru, filwaqt li l-kontenituri vojta jkunu ta' tip partikolari ta' merkanzija). Id-distanza tal-vettura tat-triq għat-trasport tal-merkanzija meta mgħobbija hija d-distanza bejn l-ewwel post tat-tagħbija u l-aħħar post tat-ħatt (fejn il-vettura għat-trasport tal-merkanzija tkun kompletament żvojtata). Vjaġġ bit-tagħbija jista' għalhekk ikopri ħafna operazzjonijiet bażiċi ta' trasport. Id-dejta li għandha tingħata għal kull vjaġġ hija kif ġej: 1. it-tip tal-vjaġġ skont in-nomenklatura fl-Anness III; 2. il-piż tal-merkanzija li nġarret matul il-vjaġġ jew matul kull stadju tal-vjaġġ, il-piż gross f'100 kg; 3. il-post tat-tagħbija (tal-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq, għal vjaġġ bit-tagħbija): - id-definizzjoni : il-post tat-tagħbija huwa l-ewwel post li minnu l-merkanzija titgħabba fuq il-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq, li qabel kienet kompletament vojta (jew fejn iż-żiemel tat-triq jiġi mehmuż ma' nofs-karru mgħobbi). Għal vjaġġ bla tagħbija, dan huwa l-post tal-ħatt tal-vjaġġ bit-tagħbija preċedenti (l-idea ta' “il-post fejn jibda l-vjaġġ bla tagħbija”), - il-kodifika : il-post tat-tagħbija jiġi kkodifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII; 4. il-post tal-ħatt (tal-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq, għal vjaġġ bit-tagħbija): - id-definizzjoni : il-post tal-ħatt huwa l-aħħar post li fih il-merkanzija tiġi maħtuta minn fuq il-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq, li wara tkun kompletament vojta (jew fejn iż-żiemel tat-triq ikun sġanċjat minn man-nofs-karru). Għall-vjaġġ bla tagħbija, huwa l-post tat-tagħbija tal-vjaġġ bit-tagħbija li jkun imiss (l-idea ta' “il-post fejn jispiċċa l-vjaġġ bla tagħbija”), - il-kodifika : il-post tal-ħatt jiġi kkodifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII; 5. id-distanza vvjaġġata: id-distanza attwali bl-esklużjoni tad-distanza misjuqa mill-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq waqt il-trasport b'mezz ieħor ta' trasport; 6. it-tunnellati-kilometri vvjaġġati matul il-vjaġġ; ê 2691/1999 Art. 1 pt. 1 7. Il-pajjiżi (mhux aktar minn 5), li minn ġo fihom iseħħ it-transitu, ikkodifikati skont l-Anness VII; ê 1172/98 8. il-post tat-tagħbija, jekk ikun hemm, tal-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq fuq mezz ieħor ta' trasport skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII (volontarju); 9. il-post tal-ħatt, jekk ikun hemm, tal-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq minn mezzi oħra ta' trasport skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII (volontarju); 10. is-sitwazzjoni “mgħobbi totalment” (il-proċedura 2) jew “mhux mgħobbi totalment” (il-proċedura 2) tal-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq matul il-vjaġġ inkwestjoni, f'termini tal-volum massimu ta' spazju użat matul il-vjaġġ (il-proċedura 0 = skont il-konvenzjoni għal vjaġġi bla tagħbija) (volontarju). A3 . IL-VARJABBLI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAL-MERKANZIJA (FL-OPERAZZJONI BAżIKA TAT-TRASPORT) Matul vjaġġ bit-tagħbija, jistgħu jitwettqu bosta operazzjonijiet bażiċi tat-trasport, filwaqt li operazzjoni bażika tat-trasport tkun tfisser trasport ta' tip wieħed ta' merkanzija (definita b'referenza għal livell partikulari tan-nomenklatura) bejn il-post fejn titgħabba u l-post fejn tinħatt. Id-dejta li għandha tingħata rigward operazzjoni bażika tat-trasport matul vjaġġ bit-tagħbija hija din: 1. it-tip tal-merkanzija, skont il-gruppi li jirreferu għal klassifikazzjoni xierqa (ara l-Anness IV); 2. il-piż tal-merkanzija: il-piż gross, f'100 kg; 3. jekk ikun meħtieġ, il-klassifikazzjoni tal-merkanzija bħala perikoluża skont il-kategorji ewlenija tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10] mogħtija fl-Anness V; 4. it-tip tat-tagħbija kif mogħtija fl-Anness VI (volontarju); 5. il-post tat-tagħbija tal-merkanzija, ikkodifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII; 6. il-post tal-ħatt tal-merkanzija, kkodifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII; 7. id-distanza vvjaġġata, id-distanza attwali bl-esklużjoni tad-distanza misjuqa mill-vettura għat-trasport tal-merkanzija bit-triq waqt li tkun qed tiġi ttrasportata minn mezzi oħra tat-trasport. L-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa matul vjaġġ tat-tip “dawra jew ġbir jew distribuzzjoni” (vjaġġ tat-tip 3) Għal dan it-tip ta' vjaġġ, b'ħafna postijiet ta' tagħbija u/jew ħatt, tkun ħaġa prattikament impossibbli li wieħed jitlob lill-operaturi tat-trasport biex jiddeskrivu l-operazzjonijiet bażiċi tat-trasport. Fil-każ ta' dawn il-vjaġġi, meta dawn jiġu identifikati bħala tali, operazzjoni tat-trasport bażika, singola u nominali tinħoloq ġeneralment fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar il-vjaġġ. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tiegħu għal dan it-tip ta' vjaġġ u jispjega l-assunzjonijiet simplifikanti li hu jiġi obbligat li japplika fil-ġbir tad-dejta dwar l-operazzjonijiet ta' trasport korrispondenti. L-appendiċi metodoloġika Il-vjaġġi bit-tagħbija u l-operazzjonijiet bażiċi tat-trasport Waqt li jiddependi mill-Istat Membru kkonċernat, l-informazzjoni dwar it-trasport tinġabar fuq il-bażi ta': - jew deskrizzjoni ta' kull operazzjoni bażika ta' trasport ta' merkanzija (b'dettalji addizzjonali dwar vjaġġi bla tagħbija), - jew deskrizzjoni tal-vjaġġi magħmula mill-vettura fit-twettiq ta' dawn l-operazzjonijiet bażiċi għat-trasport tal-merkanzija. Fil-maġġoranza tal-każijiet, meta jsir vjaġġ bit-tagħbija dan ikun jirrappreżenta operazzjoni bażika waħda ta' trasport ma': ê 1172/98 (adattat) - tip wieħed ta' merkanzija mgħobbija (b'referenza għall-klassifikazzjoni tal-merkanzija użata, f'dan il-każ l- Ö 20 Õ grupp derivati mill-klassifikazzjoni tal-NST)[11], ê 1172/98 - post wieħed għat-tagħbija tal-merkanzija, - post wieħed għall-ħatt tal-merkanzija. F'dan il-każ iż-żewġ metodi użati jkunu kompletament ekwivalenti, u l-informazzjoni miġbura miż-żewġ metodi tiddeskrivihom it-tnejn: - it-trasport tal-merkanzija (l-operazzjonijiet bażiċi kollha għat-trasport tal-merkanzija), - il-vjaġġi li jsiru mill-vetturi fit-twettiq ta' dawn l-operazzjonijiet, bid-dettalji tal-kapaċitajiet tal-vetturi u l-utilizzazzjoni ta' dawn il-kapaċitajiet (il-vjaġġ bit-tagħbija bil-ko-effiċjent tal-utilizzazzjoni; il-vjaġġ bla tagħbija). Taħt dan ir-Regolament, tl-trasport tal-merkanzija u l-vjaġġi li jsiru mill-vetturi għandhom jiġu deskritti t-tnejn, imma ma huwiex mixtieq li l-operaturi tat-trasport jitgħabbew b'żieda eċċessiva fil-piż tal-istatistiċi billi dawn jintalbu jiddeskrivu fid-dettall it-trasport tal-merkanzija u l-vjaġġi tal-vetturi. Għalhekk, l-NSOs fl-Istati Membri, waqt il-kodifika tal-kwestjonarji, għandhom jikkostitwixxu mill-ġdid id-dejta li ma tkunx espliċitament meħtieġa mill-operaturi tat-trasport mid-dejta li dawn jiġbru fuq il-bażi jew tal-“operazzjoni bażika tal-ġarr”, jew ta' “il-vjaġġ tal-vettura”. Il-problema tqum meta ħafna operazzjonijiet bażiċi tat-trasport isiru matul vjaġġ wieħed bit-tagħbija, li jista' jkun minħabba: - li jkun hemm ħafna postijiet tat-tagħbija u/jew tal-ħatt tal-merkanzija (imma jkunu limitati fil-għadd, inkella dawn ikunu dawriet ta' ġbir jew distribuzzjoni, li jkunu jeħtieġu trattament speċjali). F'dan il-każ dawn id-diversi postijiet ta' tagħbija u/jew ta' ħatt jiġu rreġistrati, biex jiġu kkalkulati korrettament it-tunnellati -kilometri li jkunu saru matul il-vjaġġ, u l-uffiċju tal-istatistika jkun jista' jikkostitwixxi mill-ġdid l-operazzjonijiet bażiċi tal-ġarr, - u/jew il-fatt li jkun hemm ħafna tipi ta' merkanzija ttrasportati matul il-vjaġġ bit-tagħbija, fatt li ġeneralment ma jitniżżilx fl-istatistiċi, ġaladarba tip wieħed biss ta' merkanzija (singola jew prinċipali) jintalab. F'dan il-każ it-telf tal-informazzjoni jiġi aċċettat u l-Istati Membri li jwettqu din it-tip ta' simplifikazzjoni għandhom jagħmlu referenza espliċita għaliha lill-Kummissjoni. _____________ ANNESS II Il-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KONFIGURAZZJONJIET TAL-FUS Meta tintuża kombinazzjoni ta' vetturi, il-konfigurazzjoni tal-fus tgħodd l-għadd totali ta' fusien, jiġifieri l-fusien tat-trakk jew iż-żiemel tat-triq, flimkien ma' dawk tal-karru jew in-nofs-karru. Il-kategoriji tal-fusien huma dawn li ġejjin: Il-Kodifika | 1. L-għadd tal-fusien fil-każ tal-vetturi singoli (trakkijiet): | 2 | 120 | 3 | 130 | 4 | 140 | Oħrajn | 199 | 2. In-numru ta' fusien fil-każ ta' kombinazzjoni ta' vetturi: trakk u karru: | 2 + 1 | 221 | 2 + 2 | 222 | 2 + 3 | 223 | 3 + 2 | 232 | 3 + 3 | 233 | Oħrajn | 299 | 3. L-għadd tal-fusien fil-każ ta' kombinazzjonijiet ta' vetturi: żiemel tat-triq u n-nofs-karru: | 2 + 1 | 321 | 2 + 2 | 322 | 2 + 3 | 323 | 3 + 2 | 332 | 3 + 3 | 333 | Oħrajn | 399 | 4. Żiemel tat-triq biss | 499 | _________________ ANNESS III IL-KLASSIFIKAZZJONI TAT-TIPI TA' VJAĠĠI 1. Il-vjaġġ bit-tagħbija li jinvolvi operazzjoni bażika waħda ta' ġarr. 2. Il-vjaġġ bit-tagħbija li jinvolvi ħafna operazzjonijiet ta' ġarr, imma li ma jkunx ikkunsidrat bħala dawra ta' ġbir jew distribuzzjoni. 3. Il-vjaġġ bit-tagħbija tat-tip ta' dawra ta' ġbir jew distribuzzjoni. 4. Il-vjaġġi bla tagħbija. ________________ ê 1304/2007 Art. 2 ANNESS IV IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-MERKANZIJA NST 2007 Diviżjoni | Deskrizzjoni | 01 | Prodotti tal-agrikoltura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd | 02 | Faħam u lignite; żejt mhux raffinat u gass naturali | 03 | Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri; pit; uranju u Torju | 04 | Prodotti tal-ikel, xorb u tabakk | 05 | Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda | 06 | Injam u prodotti ta’ l-injam u tas-sufra (għajr għamara); oġġetti magħmulin mittiben u materjal tal-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal irrekordjat | 07 | Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat | 08 | Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti talplastik; fjuwil nukleari | 09 | Prodotti oħra minerali li m’humiex metalliċi | 10 | Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, għajr makkinarju u tagħmir | 11 | Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju tal-uffiċċji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta’ preċiżjoni u ottiċi; arloġġi | 12 | Tagħmir ta’ trasport | 13 | Għamara; oġġetti oħra mmanifatturati n.e.c. | 14 | Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tip ieħor ta’ skart | 15 | Posta, pakketti postali | 16 | Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija | 17 | Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c. | 18 | Merkanzija raggruppata: taħlita ta’ tipi ta’ merkanzija li huma ttrasportati flimkien | 19 | Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 1 – 16. | 20 | Merkanzija oħra n.e.c. | _______________________ ê 1172/98 (adattat) ANNESS V IL-KLASSIFIKAZZJONI TA' KATEGORIJI TA' MERKANZIJA PERIKOLUŻA 1 | L-esplossivi | 2 | Il-gassijiet, ikkumpressati, likwifikati jew imdewba taħt pressjoni | 3 | Il-likwidi li jieħdu n-nar | 4.1 | Is-solidi li jieħdu n-nar | 4.2 | Is-sostanzi li jaqbdu weħidhom | 4.3 | Is-sostanzi li, f'kuntatt mal-ilma, jarmu gassijiet li jaqbdu | 5.1 | Is-sostanzi ossidanti | 5.2 | Il-perossidi organiċi | 6.1 | Is-sostanzi tossiċi | 6.2 | Is-sostanzi li jistgħu jikkaġunaw infezzjonijiet | 7 | Il-materjal radjuattiv | 8 | Il-korrużivi | 9 | Is-sostanzi perikolużi mixxellanji | _______________________ ê 1172/98 ANNESS VI KLASSIFIKAZZJONI TAT-TIPI TA' TAGHBIJA * 0 | Il-merkanzija likwida mhux stivata (bla unità ta' tagħbija) | 1 | Il-merkanzija solida mhux stivata (bla unità ta' tagħbija) | 2 | Il-kontenituri l-kbar tal-merkanzija | 3 | Il-kontenituri l-oħra tal-merkanzija | 4 | Il-merkanzija li tinġarr fuq pallets | 5 | Il-merkanzija qabel ma tiġi mbragata | 6 | L-unitajiet mobbli awtomoventi | 7 | Unitajiet mobbli oħra | 8 | (Riservat) | 9 | Tipi oħra ta' merkanzija | (*) | Il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa — Kodiċi għat-tipi ta' merkanzija, pakketti u materjali tal-imballaġġ, ir-Rakkomandazzjoni 21 adottata mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Iffaċilitar tal-Proċeduri għall-Kummerċ Internazzjonali, Ġinevra, Marzu 1986. | _________________ ê 2691/1999 Art. 1 pt. 2 u Anness (adattat) L- ANNESS VII IL-KODIFIKA TAL-POSTIJIET FEJN ISSIR IT-TAGĦBIJA U L-ĦATT TAL-PAJJIŻI U R-REĠJUNI 1. Il-postijiet fejn issir it-tagħbija u l-ħatt għandhom jiġu kkodifikati kif ġej: (a) analiżi reġjonali fi gruppi sal-Livell 3 tan-Nomenklatura tal-Entitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS), għall-Istati Membri; (b) listi ta' reġjuni amministrattivi mogħtijin mill-pajjiż terz ikkonċernat, rigward Stati li ma humiex membri iżda li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), jiġifieri l-Islanda, Liechtenstein u n-Norveġja; (ċ) għal pajjiżi terzi oħra, suppost li jintużaw il-kodiċi 2-alpha ISO-3166. L-aktar kodiċi li jintużaw ta' spiss qed jidhru fit-tabella Ö tal-punt 2(b) ta’ dan l-Anness Õ. 2. Għall-kodifika ta' pajjiżi li jaqsmu minn ġo fihom waqt it-transitu (punt 7 ta' Anness I, parti A2), dawn il-kodiċi tal-pajjiżi għandhom jintużaw: (a) il-parti 2-alpha tal-kodiċi NUTS, kif jidhru fit-tabella ta' hawn isfel, għall-Istati Membri; (b) għall-pajjiżi l-oħrajn kollha, il-kodiċi 2-alpha ISO-3166 għandhom jintużaw. L-aktar kodiċi li jintużaw ta' spiss jidhru fit-tabella ta' hawn taħt. It-tabella tal-kodiċi tal-pajjiżi a) Stati Membri (li jikkorrispondu għall-kodiċi tal-pajjiżi 2-alpha NUTS Nota: pajjiżi b’ordni uffiċjali tal-UE ê 1791/2006 Anness, pt. 8.5.a) (adattat) Il-Pajjiż | Kodiċi | Belġju | BE | Bulgarija | BG | Repubblika Ċeka l | CZ | Danimarka | DK | Ġermanja | DE | Estonja | EE | Ö Irlanda Õ | Ö IE Õ | Greċja | GR | Spanja | ES | Franza | FR | Italja | IT | Cipru | CY | Latvja | LV | Litwanja | LT | Lussemburgu | LU | Ungerija | HU | Malta | MT | Olanda | NL | Awstrija | AT | Polonja | PL | Portugal | PT | Rumanija | RO | Slovenja | SI | Slovakkja | SK | Finlandja | FI | Sveżja | SE | Renju Unit | UK | ê 2691/1999 Art. 1 pt. 2 u Anness (adattat) (b) Pajjiżi oħra (b'kodiċi 2-alpha ISO-3166) Nota: pajjiżi b’ordni tal-kodiċi Il-Pajjiż | Kodiċi | L-Albanija | AL | Il-Bosnja-Herzegovina | BA | Il-Belarus | BY | L-Isvizzera | CH | Il-Kroazja | HR | L-Islanda | IS | Liechtenstein | LI | Ö Ir-Repubblika ta' Moldova Õ | MD | Ö Montenegro Õ | Ö ME Õ | Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | MKÖ [12] Õ | In-Norveġja | NO | Il-Federazzjoni Russa | RU | Ö Serbja Õ | Ö RS Õ | It-Turkija | TR | L-Ukraina | UA | ______________ é ANNESS VIII Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 (ĠU L 163, 6.6.1998, p. 1) | Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2691/1999 (ĠU L 326, 18.12.1999, p. 39) | Punt 10.15 tal-Anness II ta' l-Att tal-Adeżjoni tal-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 561) | Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) | l-Anness II, punt 27 biss | Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1) | l-Anness, punt 8.5 biss | Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1) | l-Artikolu 13 biss | Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 (ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14) | l-Artikolu 2 biss | Regolament (KE) Nru 399/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 9) | _____________ ANNESS IX TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Regolament (KE) Nru 1172/98 | Dan ir-Regolament | Artikolu 1 | Artikolu 1 | Artikolu 2, l-ewwel sa l-erbatax-il inċiż | Artikolu 2, punti (a) sa (n) | Artikolu 3 | Artikolu 3 | Artikolu 4 | Artikolu 4 | Artikolu 5(1), (2) u (3) | Artikolu 5(1), (2) u (3) | Artikolu 5(4) | ________ | Artikolu 5(5) | ________ | Artikolu 6 | Artikolu 6 | Artikolu 7(1) u (2) | Artikolu 7(1) u (2) | Artikolu 7(3) | ________ | Artikolu 8 | ________ | ________ | Artikolu 8 | ________ | Artikolu 9 | ________ | Artikolu 10 | Artikolu 10(1) u (2) | Artikolu 11(1) u (2) | Artikolu 10(3) | ________ | Artikolu 11 | ________ | ________ | Artikolu 12 | Artikolu 12 | Artikolu 13 | Annessi A sa G | Annessi I sa VII | ________ | Anness VIII | ________ | Anness IX | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Magħmula skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni tal- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali. [3] Ara l-Anness VIII għal din il-proposta. [4] ĠU C [...], [...], p. [...]. [5] ĠU L 163, 6.6.1998, p. 1. [6] Ara l-Anness VIII. [7] ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164. [8] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [9] Il-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi Ö fl-Unjoni Ewropea Õ. [10] ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13. [11] NST: In-nomenklatura uniformi tal-merkanzija għall-istatistiċi tal-ġarr. [12] Kodiċi provviżorju mingħajr ħsara għall-isem definittiv tal-pajjiż, li għandu jiġi miftiehem fil-konklużjonijiet tan-negozjati li huma għaddejjin bħalissa f’dan ir-rigward fil-kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti.