<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0600479301.case.xml"><NO.CASE>C-434/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0434</NO.CELEX><NO.SEQ>0018.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>4821</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4840</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TA' L-<DATE ISO="20070614">14.6.2007</DATE> — KAWŻA C-434/05</LEFT><RIGHT>HORIZON COLLEGE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20070614">14 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-434/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda), permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20051202">2 ta' Diċembru 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Stichting Regionaal Opleidingen Centrum Noord-Kennemerland/West-Friesland (Horizon College),</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Staatssecretaris van Financien,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, President ta' l-Awla, J. Klučka, J. N. Cunha Rodrigues, A. Ó Caoimh (Relatur) u P. Lindh, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-4822"?><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta ta' l-<DATE ISO="20061214">14 ta' Diċembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Stichting Regionaal Opleidingen Centrum Noord-Kennemerland/West-Friesland (Horizon College), minn G. C Bulk, avukat, u A. van Dongen, adviser,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn H. G. Sevenster u P. van Ginneken, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn E. Mamouna, O. Patsopoulou u S. Trekli, kif ukoll minn K. Georgiadis u S. Spyropoulos, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn D. Triantafyllou u A. Weimar, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20070308">8 ta Marzu 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-4823"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13A(1) (i) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq larmonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn Stichting Regionaal Opleidingen Centrum Noord-Kennemerland/West-Friesland (Horizon College), stabbilit f'Alkmaar (l-Olanda) (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Horizon College<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u Staatssecretaris van Financien (Segretarju ta' l-Istat għal Finanzi) wara awiż ta' aġġustament tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>) maħruġ kontra tiegħu minn dan ta' l-aħħar.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva jipprovdi li:</TXT><?PAGE NO="I-4824"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>A.</NO.P><TXT>Eżenzjonijet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħrajn tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġejjin taħt kondizzjonijet li huma għandhom jistabilixxu għal skopijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara tat-tali eżenzjonijet u talprevenzjoni ta' kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, skola jew edukazzjoni ta' l-università, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid, inklużi l-provvista ta' servizzi u ta' oġġetti li huma relatati mill-qrib magħhom, [ipprovduti minn] l-entitajiet regolati mid-dritt pubbliku li għandhom [i]t-tali għan tagħhom jew minn organizzazzjonijiet definiti mill-Istat Membru konċernat [bħala] li għandhom oġġettifvi] simili;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti lill-entitjajiet għajr dawk regolati mid-dritt pubbiku ta' kull eżenzjoni pprovduta f(l) (b) (g), (h), (i), (1), (m) u (n) ta' dan l-Artikolu soġġett [f']kull każ individwali għal [waħda] jew iżjed mill-kondizzjonijet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>huma m'għandhomx [sistematikament] jimmiraw biex jagħmlu profitt, imma kwalunkwe profitti li mandanakollu jirriżultaw m'għandhomx jiġu mqassma, imma għandhom ikunu assenjati għall-kontinwament u għat-titjib tas-servizzi pprovduti,</P></ITEM><?PAGE NO="I-4825"?><ITEM><P>huma għandhom ikunu mmaniġjati [u] amministrati fuq bażi essenzjalment volontarja minn persuni li m'għandhomx interess dirett jew indirett, jew huma nfushom jew b'intermedji, fir-riżultati ta' l-attivitajiet konċernati,</P></ITEM><ITEM><P>huma għandhom iżommu prezzijiet approvati mill-awtoritajiet pubbliċi jew li ma jeċċedux it-tali prezzijiet approvati jew, fir-rigward ta' dawk isservizzi li m'humiex soġġetti għall-approvazzjoni, prezzijiet inqas minn dawk miżmuma għal servizzi simili minn [im]priżi kummerċjali soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud,</P></ITEM><ITEM><P>eżenzjoni tas-servizzi konċernati m'għandiex toħloq tfixkil ta' kompetizzjoni b'tali mod li tpoġġi fi żvantaġġ lill-impriżi kummerċjali responsabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Il-provvista ta' servizzi jew oġġetti m'għandhomx jagħtu eżenzjoni kif ipprovduti f'(1) (b), (g), (h), (i), (1), (m) u (n) mq jekk:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>m'huwiex essenzjali għat-transazzjonijiet eżenti,</P></ITEM><ITEM><P>l-iskop bażiku tiegħu h[u] li tikseb id-dħul addizzjonali għall-organizzaz-zjoni billi twettaq tranżazzjonijet li huma b'kompetizzjoni diretta ma' dawk l-impriżi responsabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4826"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tal-Liġi ta' l-1968 dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ (Wet op de omzetbelasting 1968) tat-<DATE ISO="19680628">28 ta' Ġunju 1968</DATE> (Staatsblad 1968, Nru 329), jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>1</NO.P><TXT>la ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti permezz ta' regolament ta' l-amministrazzjoni pubblika, is-segwenti għandhom ikunu eżenti mit-taxxa:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>o.</NO.P><TXT>il-provvista ta':</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>servizzi ta' tagħlim, minn stabbilimenti mwaqqfa għal dan il-għan, kif iddefiniti minn jew b'applikazzjoni ta' liġijiet li jirregolaw l-edukazzjoni suġġetti, skond kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, għall-ispezzjoni nazzjonali ta' l-iskola jew għal kontroll ieħor li jsir mill-Ministru inkarigat mis-servizzi ta' tagħlim ikkonċernati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>servizzi ta' tagħlim li jiġu indikati permezz ta' regolament ta' l-amministrazzjoni pubblika, li jista jispeċifika li l-eżenzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta' imprendituri li m'għandhomx għan ta' li jagħmlu profitt minn tagħlim bħal dan;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4827"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skond id-deċiżjoni tar-rinviju, Horizon College huwa <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>stabbiliment edukattiv<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Matul is-snin rilevanti fir-rigward tal-kawża prinċipali, Horizon College ipprovda wħud mill-għalliema tiegħu lil stabbilimenti edukattivi oħra (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>istabbilimenti benefiċjarji<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>) fejn huma eżerċitaw il-professjoni tagħhom taħt ir-responsabbiltà ta' kull wieħed minn dawn l~istabbilimenti.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Għal kull sekondar, ġie konkluż kuntratt bejn Horizon College, l-għalliem ikkonċernat u l-istabbiliment benefiċjarju. Skond it-termini tal-kuntratti, kien l-istabbiliment benefiċjarju li kellu jiddefinixxi x-xogħol ta' l-għalliem ikkonċernat billi jieħu in kunsiderazzjoni t-tul tas-sekondar u l-funzjoni ta' l-għalliem f'Horizon College. L-istabbiliment benefiċjarju kien ukoll obbligat iħallas l-assigurazzjoni għar-responsabilità ċivili għall-perijodu li matulu l-għalliem ikkonċernat kien issekondat Is-salarju ta' dan l-għalliem kompla jiġi mħallas minn Horizon College. L-istabbiliment benefiċjarju kien obbligat li jirrimborża dan il-ħlas, mingħajr żieda, lil Horizon College, li ma talabx VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ispettur tat-taxxi kompetenti nnotifika lil Horizon College b'awiż ta' aġġustament fir-rigward tal-VAT dovuta għas-snin 1995 sa 1999, għal ammont ta' NLG <FT TYPE="NUMBER">463828</FT>, somma li ġiet imnaqqsa għal NLG <FT TYPE="NUMBER">299308</FT> b'deċiżjoni ta' l-ispettur meħuda fuq talba ta' dan l-istabbiliment</TXT></NP><?PAGE NO="I-4828"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Horizon College appella minn din id-deċiżjoni quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam, li ċaħad dan l-appell bħala infondat bsentenza tat-<DATE ISO="20031103">3 ta' Novembru 2003</DATE>, minħabba li, bħala prinċipju, isservizzi in kwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqgħux taħt l-eżenzjoni tal-VAT prevista fl-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Horizon College appella fil-kassazzjoni quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden (Qorti Suprema).</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li kkunsidrat li s-soluzzjoni tal-kawża li tressqet quddiemha tiddependi millinterpretazzjoni tas-Sitt Direttiva u, b'mod partikolari, mill-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>edukazzjoni<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> imsemmi fl-Artikolu 13A(l)(i) ta' din id-Direttiva, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja ddomandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser li l-provvista ta' l-edukazzjoni tinkludi l-fatt li għalliem jiġi pprovdut, bi ħlas, lil istituzzjoni edukattiva sabiex ikun jista jipprovdi, temporanjament, servizzi ta' tagħlim taħt ir-responsabbiltà ta' dik l-istutizzjoni edukattiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għal din id-domanda hija fin-negattiv, il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>servizzi relatati mill-qrib ma' l-edukazzjoni<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> jista' jiġi interpretat bħala li jinkludi sservizz deskritt fl-ewwel domanda?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Ir-risposti għal dawn iddomandi huma affettwati mill-fatt li l-entità li tipprovdi l-għalliem hija wkoll istituzzjoni edukattiva?<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4829"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta' l-ewwel domanda tagħha, moqrija flimkien mat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kliem <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, skola jew edukazzjoni ta' l-università, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> li jinsabu f'din id-dispożizzjoni, jirrigwardaw is-sitwazzjoni ta' stabbiliment edukattiv fis-sens ta' din l-istess dispożizzjoni li jipprovdi, bi ħlas, għalliem lil stabbiliment benefiċjarju fejn dan l-għalliem jipprovdi, temporanjament, servizzi ta' tagħlim taħt ir-responsabbiltà ta' dan l-istabbiliment ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Horizon College jikkunsidra li r-risposta għal din id-domanda għandha tkun fil-pożittiv, peress li t-trasferiment effettiv ta' għarfien u ta' kompetenzi, li jseħħ direttament bejn għalliem u l-istudenti indipendentement mill-istruttura ġuridika li fiha jsir tali trasferiment, jikkostitwixxi l-essenza stess ta' l-edukazzjoni. Il-Gvern Grieg u l-Gvern Olandiż, kif ukoll il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew, isostnu li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun fin-negattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 13A tas-Sitt Direttiva huwa intiż sabiex jeżenta ċerti attivitajiet ta' interess ġenerali mill-VAT. Madankollu, din l-eżenzjoni ma tikkonċernax l-attivitajiet kollha ta' interess ġenerali, iżda dawk biss li huma elekati fih u deskritti b'mod dettaljat ħafna (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19981112">12 ta' Novembru 1998</DATE>, Institute of the Motor Industry, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/97" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-7053">C-149/97, Ġabra p. I-7053, punt 18</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="20051201">1 ta Diċembru 2005</DATE>, Ygeia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-394/04+C-395/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10373">C-394/04 u C-395/04, Ġabra p. I-10373, punt 16</REF.DOC.ECR>, u ta' l-<DATE ISO="20061214">14 ta Diċembru 2006</DATE>, VDP Dental Laboratory, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-401/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-12121">C-401/05, Ġabra p. I-12121, punt 24</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4830"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt Komunitarju li għandhom l-għan li jevitaw diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT minn Stat Membru għal ieħor (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19990225">25 ta' Frar 1999</DATE>, CPP, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-349/96" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-973">C-349/96, Ġabra p. I-973, punt 15</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20010308">8 ta' Marzu 2001</DATE>, Skandia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-240/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-1951">C-240/99, Ġabra. p. I-1951, punt 23</REF.DOC.ECR>, u Ygeia, iċċitata iktar 'il fuq, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>It-termini użati sabiex jiġu indikati dawn l-eżenzjonijiet għandhom jiġu interpretati b'mod strett, peress li huma eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali li jistabbilixxi li l-VAT għandha tinġabar fuq is-servizzi kollha pprovduti bi ħlas minn persuna taxxabbli (ara s-sentenzi ta' l-<DATE ISO="20020620">20 ta' Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-287/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-5811">C-287/00, Ġabra p. I-5811, punt 43</REF.DOC.ECR>, u ta' l-<DATE ISO="20031120">20 ta' Novembru 2003</DATE>, Taksatorringen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-8/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-13711">C-8/01, Ġabra p. I-13711, punt 36</REF.DOC.ECR>). Madankollu, l-interpretazzjoni ta' dawn it-termini għandha tkun konformi ma' l-għanijiet imħaddna mill-imsemmija eżenzjonijiet u għandha tħares l-eżiġenzi tal-prinċipju ta' newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tal-VAT (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20031106">6 ta' Novembru 2003</DATE>, Dornier, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-12911">C-45/01, Ġabra p. I-12911, punt 42</REF.DOC.ECR>; tas-<DATE ISO="20050526">26 ta' Mejju 2005</DATE>, Kingscrest Associates u Montecello, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-498/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-4427">C-498/03, Ġabra p. I-4427, punt 29</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20060608">8 ta' Ġunju 2006</DATE>, L.u.P., <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-5123">C-106/05, Ġabra p. I-5123, punt 24</REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, din ir-regola ta' interpretazzjoni stretta ma tfissirx li t-termini użati sabiex jiġu ddefiniti l-eżenzjonijiet stipulati flimsemmi Artikolu 13 għandhom jiġu interpretati b'mod li jipprivahom mill-effetti tagħhom (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20041118">18 ta' Novembru 2004</DATE>, Temco Europe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-284/03" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-11237">C-284/03, Ġabra p. I-11237, punt 17</REF.DOC.ECR>, kif ukoll, fir-rigward ta' l-edukazzjoni ta' l-università, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva ma jinkludi ebda definizzjoni tad-diversi forom ta' edukazzjoni msemmija f'din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Huwa veru li, kif isostni essenzjalment Horizon College, it-trasferiment ta' għarfien u ta' kompetenzi bejn għalliem u l-istudenti huwa element partikolarment importanti ta' l-attività edukattiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4831"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward ta' l-eżiġenzi tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 14 sa 16 ta din is-sentenza, l-eżistenza ta' tali trasferiment, waħedha, mhijiex biżżejjed sabiex tikkwalifika s-sempliċi fatt li għalliem jiġi pprovdut lil stabbiliment edukattiv biex jipprovdi servizzi edukattivi taħt ir-responsabbiltà ta' dan l-istabbiliment, bħala attività edukattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif essenzjalment sostniet il-Kummissjoni matul is-seduta, l-attività edukattiva msemmija fl-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva hija komposta minn ġabra ta' elementi li jinkludu simultanjament dawk relatati mar-relazzjonijiet bejn għalliema u studenti kif ukoll dawk li jifformaw il-kuntest organizzattiv ta' l-istabbiliment in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, kif indikat fil-punt 7 ta' din is-sentenza, skond it-termini tal-kuntratti ta' sekondar fil-kawża prinċipali, kien l-istabbiliment benefiċjarju li kellu jiddefinixxi x-xogħol ta' l-għalliem ikkonċernat billi jieħu in kunsiderazzjoni t-tul tas-sekondar u l-funzjoni ta' l-għalliem f'Horizon College. L-istabbiliment benefiċjarju kien, barra minn dan, obbligat li jassigura lill-għalliem għall-perijodu li matulu dan ta' l-aħħar kien issekondat</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li għalliem jiġi pprovdut lil stabbiliment benefiċjarju f'tali kundizzjonijiet ma jistax jiġi kkunsidrat, fih innifsu, bħala attività li tista taqa' taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>edukazzjoni<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva. Kif isostnu essenzjalment il-Gvern Grieg u l-Gvern Olandiż kif ukoll il-Kummissjoni, ilkuntratt konkluż bejn Horizon College, l-istabbiliment benefiċjarju u l-għalliem ikkonċernat huwa intiż biss sabiex jiffaċilita l-edukazzjoni pprovduta mill-istabbiliment benefiċjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi invalidata mill-fatt, li jikkostitwixxi s-suġġett tattielet domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, li l-istabbiliment li jipprovdi l-<?PAGE NO="I-4832"?>għalliem huwa hu stess, bħall-istabbiliment benefiċjarju, stabbiliment edukattiv fis-sens ta' l-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva. Fil-fatt, għalkemm tranżazzjoni partikolari ma taqax minnha nnifisha taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>edukazzjoni<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>, il-fatt li ssir minn entità regolata mid-dritt pubbliku li għandha għan edukattiv jew minn organizzazzjoni oħra rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat bħala li għandha għanijiet simili, ma jistax ibiddel din l-analiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-risposta għall-ewwel domanda, moqrija flimkien mat-tielet domanda, għandha tkun li l-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li t-termini <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, skola jew edukazzjoni ta' l-università, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> ma jkoprux il-fatt li għalliem jiġi pprovdut lil stabbiliment edukattiv, bi ħlas, fis-sens ta' din l-istess dispożizzjoni, fliema stabbiliment dan l-għalliem jipprovdi, temporanjament, servizzi ta' tagħlim taħt ir-responsabbiltà ta' dan l-istabbiliment, anki jekk l-istabbiliment li jipprovdi dawn is-servizzi jkun huwa stess entità regolata mid-dritt pubbliku li għandha għan edukattiv jew organizzazzjoni oħra rrikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat, bħala li għandha għanijiet simili.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda, li għandha tinqara mat-tielet domanda, il-qorti tarrinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li l-fatt, għal stabbiliment edukattiv fis-sens ta' din id-dispożizzjoni, li jipprovdi għalliem, bi ħlas, lil stabbiliment benefiċjarju sabiex jipprovdi, temporanjament, servizzi ta' tagħlim taħt ir-responsabbiltà ta' din listituzzjoni, jista jiġi eżentat mill-VAT bħala provvista ta' servizzi <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>li huma relatati mill-qrib<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> ma' l-edukazzjoni, fis-sens ta' din l-istess dispożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4833"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-kwistjoni tqum fir-rigward ta' sitwazzjoni fejn għalliem huwa pprovdut bħala korrispettiv għal ħlas magħmul mill-istabbiliment benefiċjarju lill-istabbiliment li jkun ipprovda l-għalliem, u fejn lammont ta' dan il-ħlas ikun ekwivalenti għas-salarju mħallas minn dan l-istabbiliment ta' l-aħħar lill-għalliem ikkonċernat</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva ma jinkludi ebda definizzjoni tal-kunċett ta' provvista ta' servizzi <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>li huma relatati mill-qrib<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> ma' l-edukazzjoni (ara, fir-rigward ta' l-edukazzjoni ta' l-università, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 46). Madankollu, mit-termini stess ta' din id-dispożizzjoni jirriżulta li hija ma tikkonċernax il-provvista ta' servizzi u ta' oġġetti li m'għandhom ebda rabta ma' l-<QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, skola jew edukazzjoni ta' l-università, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-provvista ta' servizzi u ta' oġġetti ma tistax tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>relatati mill-qrib<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/> ma' l-edukazzjoni, b'tali mod li jibbenefikaw mill-istess sistema fiskali taħt l-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva, ħlief meta huma effettivament ipprovduti bħala servizzi anċillari għal din l-edukazzjoni, li tikkostitwixxi l-provvista prinċipali (ara, b'analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20010111">11 ta' Jannar 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-76/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-249">C-76/99, Ġabra p. I-249, punti 27 sa 30</REF.DOC.ECR>; Dornier, iċċitata iktar 'il fuq, punti 34 u 35, kif ukoll Ygeia, iċċitata iktar 'il fuq, punti 17 u 18).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li provvista tista tkun ikkunsidrata bħala anċillari għal provvista prinċipali meta hija ma tikkostitwixxix għan fiha nnifisha, iżda meta tkun il-mezz sabiex wieħed jibbenefika aħjar mis-servizz prinċipali (ara, f'dan is-sens, b'mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19981022">22 ta' Ottubru 1998</DATE>, Madgett u Baldwin, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-308/96+C-94/97" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-6229">C-308/96 u C-94/97, Ġabra p. I-6229, punt 24</REF.DOC.ECR>; CPP, iċċitata iktar 'il fuq, punt 30; Dornier, iċċitata iktar 'il fuq, punt 34, u Ygeia, iċċitata iktar 'il fuq, punt 19).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4834"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Kif Horizon College u l-Kummissjoni jsostnu essenzjalment, il-fatt, għal stabbiliment edukattiv, li jipprovdi għalliem lil stabbiliment edukattiv ieħor sabiex jipprovdi, temporanjament, servizzi ta' tagħlim taħt ir-responsabbiltà ta' dan ta' l-aħħar jikkostitwixxi tranżazzjoni li, bħala prinċipju, hija ta' natura li tiġi kkwalifikata bħala provvista ta' servizzi relatati mill-qrib ma l-edukazzjoni. Fil-fatt, f'każ ta' nuqqas temporanju ta' għalliema f'ċerti stabbilimenti edukattivi, il-fatt li għalliema kkwalifikati, li jaħdmu ma' stabbilimenti edukattivi oħra, jiġu pprovduti lil dawk li jkollhom nuqqas, jippermetti lill-istudenti jibbenefikaw, f'kundizzjonijiet aħjar, mill-edukazzjoni pprovduta mill-istabbilimenti benefiċjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi invalidata bil-fatt, enfasizzat mill-Gvern Grieg u mill-Gvern Olandiż, li s-sekondar ta' l-għalliema kkonċernati huwa ta' benefiċċju għall-istabbilimenti benefiċjarji mingħajr m'hemm relazzjoni diretta bejn Horizon College u l-istudenti ta' dawn l-aħħar stabbilimenti. Bl-istess mod, il-fatt, osservat mill-Gvern Olandiż, li s-sekondar ta' għalliema huwa tranżazzjoni distinta mill-edukazzjoni pprovduta minn Horizon College għal rasu, m'għandux impatt fuq din il-konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, sabiex l-istudenti ta' stabbilimenti benefiċjarji jkunu jistgħu jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aħjar ta' edukazzjoni pprovduta minn dawn l-istabbilimenti, mhuwiex meħtieġ li l-provvista ta' servizzi relatati mill-qrib ma' din l-edukazzjoni jkunu pprovduti direttament lil dawn l-istudenti. Barra minn dan, nuqqas ta relazzjoni mill-qrib bejn l-attività prinċipali ta' l-istabbiliment li jipprovdi l-għalliema, minn naħa, u l-attività sekondarja ta' dan ta' l-aħħar li tikkonsisti fil-provvista ta' servizzi relatati mill-qrib mat-tagħlim, min-naħa l-oħra, huwa, bħala prinċipju, irrilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva hija suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, li jirriżultaw minn dan l-istess Artikolu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4835"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kemm it-tranżazzjoni prinċipali ta' edukazzjoni u kif ukoll il-provvista ta' oġġetti jew servizzi li huma relatati mill-qrib ma tali tranżazzjoni għandhom jiġu mwettqa minn waħda mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mit-termini ta' dan l-Artikolu 13A(l)(i), sabiex is-sekondar ta għalliema lil stabbilimenti benefiċjarji jkun jista' jiġi eżentat taħt din id-dispożizzjoni, huwa meħtieġ li t-tranżazzjoni tkun imwettqa minn entità regolata mid-dritt pubbliku li għandha għan edukattiv jew minn organizzazzjoni oħra rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat li għandha għanijiet simili. Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju u, b'mod partikolari, mit-tielet domanda magħmula, tali kundizzjoni tista' tiġi sodisfatta fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn dan, mill-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 13A(2)(b) tas-Sitt Direttiva jirriżulta li, sabiex provvista ta' oġġetti jew servizzi ma tkunx eskluża mill-eżenzjoni prevista, b'mod partikolari, fl-Artikolu 13A(l)(i), it-tranżazzjoni prinċipali li magħha hija strettament relatata tali provvista għandha tkun hija stess tranżazzjoni eżenti (ara ssentenza tad-<DATE ISO="20060209">9 ta' Frar 2006</DATE>, Stichting Kinderopvang Enschede, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1385">C-415/04, Ġabra p. I-1385, punt 22</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li, abbażi tad-deċiżjoni tar-rinviju, listabbilimenti benefiċjarji huma, huma stess <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>stabbilimenti edukattivi fis-sens ta' l-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif jirriżulta wkoll mill-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 13A(2)(b) tas-Sitt Direttiva, il-provvista ta' servizzi u oġġetti li huma relatati mill-qrib mat-<?PAGE NO="I-4836"?>tranżazzjonijiet prinċipali msemmija b'mod partikolari fl-Artikolu 13A(l)(i) tista tibbenefika mill-eżenzjoni fil-każ biss li tkun essenzjali għat-tranżazzjonijiet eżenti (ara wkoll, f'dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar 'il fuq Il-Kummissjoni vs II-Ġermanja, punt 48; Ygeia, punt 26, u Stichting Kinderopvang Enschede, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Sabiex tkun ikkwalifikata b'dan il-mod, is-sekondar temporanju ta' għalliema, bħal dak li huwa s-suġġett tal-kawża prinċipali, għandu jkun ta' natura jew kwalità tali li, mingħajr il-provvista ta' tali servizz, ma jkunx jista jiġi ggarantit li t-tagħlim ipprovdut mill-istabbilimenti benefiċjarji u, għaldaqstant, dak li jibbenefikaw minnu l-istudenti ta' dawn l-istabbilimenti, ikollu valur ekwivalenti (ara, b'analoġija, is-sentenza Stichting Kinderopvang Enschede, iċċitata iktar 'il fuq, punti 27, 28 u 30).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar, kif isostni l-Gvern Olandiż, li ma jistax jiġi eskluż li jeżistu aġenziji ta' reklutaġġ kummerċjali li s-servizzi tagħhom mhumiex eżenti, u li l-attività tagħhom tikkonsisti, b'mod partikolari, fit-tislif ta' għalliema lil skejjel jew universitajiet. Fil-kawża prinċipali, sabiex ikun ikkunsidrat bħala indispensabbli għall-edukazzjoni pprovduta mill-istabbilimenti benefiċjarji, is-sekondar ta' għalliema minn Horizon College għandu jkun — minħabba, per eżempju, il-kwalifiki tal-persunal in kwistjoni jew il-flessibbiltà tat-termini tas-sekondar tagħhom —, ta' natura tali li l-istess livell u l-istess kwalità ta' edukazzjoni ma jistgħux jiġu ggarantiti permezz tas-sempliċi rikors għal tali aġenziji ta' reklutaġġ kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju, billi tieħu in kunsiderazzjoni t-totalità ta' l-elementi konkreti tal-kawża quddiemha, li għandha tiddetermina n-natura indispensabbli jew le tas-servizzi pprovduti minn Horizon College.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 13A(2)(b) tas-Sitt Direttiva, il-provvista ta' servizzi u oġġetti m'għandhomx jiġu eżentati kif ipprovdut fl-Artikolu<?PAGE NO="I-4837"?> 13A(l)(i) jekk l-iskop bażiku tagħhom huwa li jiksbu dħul addizzjonali billi jitwettqu tranżazzjonijet li huma fkompetizzjoni diretta ma' dawk l-impriżi responsabbli għall-ħlas tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Din l-eżenzjoni tikkostitwixxi espressjoni speċifika tal-prinċipju ta' newtralità fiskali, li jipprekludi, b'mod partikolari, milli l-provvisti ta' servizzi simili, li għalhekk jinsabu f kompetizzjoni bejniethom, jiġu trattati b'mod differenti f'dak li jirrigwarda l-VAT (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20031023">23 ta' Ottubru 2003</DATE>, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-109/02" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-12691">C-109/02, Ġabra p. I-12691, punt 20</REF.DOC.ECR>, u Ygeai, iċċitata iktar 'il fuq, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, hija għalhekk il-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk billi ssekonda wħud mill-għalliema tiegħu lil stabbilimenti edukattivi oħra, Horizon College kellux, essenzjalment, l-għan li jikseb dħul addizzjonali mit-twettiq ta tranżazzjoni li hija f'kompetizzjoni diretta ma dawk l-impriżi kummerċjali suġġetti għall-ħlas tal-VAT, bħall-aġenziji ta' reklutaġġ kummerċjali. F'dan ir-rigward, il-fatt li stabbiliment li jwettaq tali tranżazzjoni jirċievi ħlas li huwa ekwivalenti għas-salarju li jħallas lill-għalliema ssekondati mhuwiex biżżejjed, fih innifsu, biex jistabbilixxi li din it-tranżazzjoni mhijiex intiża biex tikseb dħul addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-aħħar, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 13A(2)(a) tas-Sitt Direttiva jagħti lill-Istati Membri s-setgħa li jissuġġettaw l-għoti ta' l-eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 13A(1) (i) lil entitjajiet, għajr dawk regolati mid-dritt pubbiku, għal waħda jew iżjed millkundizzjonijet stabbiliti fil-Artikolu 13A(2)(a). Il-qorti tar-rinviju għandha tiwerifika jekk din is-setgħa ġietx implementata fl-Olanda u, jekk iva, jekk tali kundizzjonijiet japplikawx fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4838"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domandi magħmula, li għandhom jinqraw flimkien, għandha tkun fis-sens li l-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva, moqri flimkien ma' l-Artikolu 13A(2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li għalliem jiġi pprovdut, bi ħlas, lil stabbiliment edukattiv fejn dan l-għalliem jipprovdi, temporanjament, servizzi ta' tagħlim taħt ir-responsabbiltà ta' dan l-istabbiliment jista jikkostitwixxi tranżazzjoni eżentata mill-VAT meta s-servizzi pprovduti huma <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>relatati mill-qrib<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> ma' l-edukazzjoni fis-sens ta' din id-dispożiz-zjoni, jekk tali sekondar huwa l-mezz li bih wieħed jibbenefika aħjar mill-edukazzjoni kkunsidrata bħala s-servizz prinċipali, taħt il-kundizzjoni, madankollu, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li dan is-servizz prinċipali kif ukoll il-provvista li hija relatata mill-qrib miegħu jkunu pprovduti minn entitajiet imsemmija fl-imsemmi Artikolu 13A(l)(i), fiddawl, meta jkun il-każ, ta' kundizzjonijiet eventwalment implementati mill-Istat Membru kkonċernat b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 13A(2)(a),</P></ITEM><ITEM><P>li din il-provvista tkun ta' natura jew ta' kwalità tali li, mingħajr rikors għal tali servizz, ma jistax jiġi ggarantit li l-edukazzjoni pprovduta mill-istabbiliment benefiċjarju u, għaldaqstant, l-edukazzjoni li jibbenefikaw minnha l-istudenti ta' dawn l-istabbilimenti, jkollha valur ekwivalenti, u</P></ITEM><ITEM><P>li tali provvista mhijiex essenzjalment intiża li jinkiseb dħul addizzjonali mittwettiq ta' tranżazzjoni li hija f'kompetizzjoni diretta ma l-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4839"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 12, 23 sa 25, 34 u 35 ta' din is-sentenza, ir-risposta għat-tielet domanda magħmula tifforma parti integrali mill-eżami ta' l-ewwel żewġ domandi kif ukoll ir-risposti li ngħataw għalihom. Għaldaqstant, m'hemmx lok li tingħata risposta separata għal din id-domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta' u tiddeċiedi li:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-termini <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, skola jew edukazzjoni ta' l-università, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> ma jkoprux il-fatt li għalliem jiġi pprovdut lil stabbiliment edukattiv, bi ħlas, fis-sens ta' din listess dispożizzjoni, f'liema stabbiliment dan l-għalliem jipprovdi, temporanjament, servizzi ta' tagħlim taħt ir-responsabbiltà ta' dan l-istabbiliment, anki jekk l-istabbiliment li jipprovdi dawn is-servizzi jkun huwa stess entità regolata mid-dritt pubbliku li għandha għan edukattiv jew organizzazzjoni oħra rrikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat, bħala li għandha għanijiet simili.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4840"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13A(l)(i) tas-Sitt Direttiva 77/388, li għandu jinqara flimkien ma' l-Artikolu 13A(2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li għalliem jiġi pprovdut, bi ħlas, lil stabbiliment edukattiv fejn dan l-għalliem jipprovdi, temporanjament, servizzi ta' tagħlim taħt ir-responsabbiltà ta' dan l-istabbiliment jista' jikkostitwixxi tranżazzjoni eżentata mill-VAT meta s-servizzi pprovduti huma <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>relatati mill-qrib<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/> ma' l-edukazzjoni fis-sens ta' din id-dispożizzjoni, jekk tali sekondar huwa l-mezz li bih wieħed jibbenefika aħjar mill-edukazzjoni kkunsidrata bħala s-servizz prinċipali, taħt il-kundizzjoni, madankollu, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li dan is-servizz prinċipali kif ukoll il-prowista li hija relatata mill-qrib miegħu jkunu pprovduti minn entitajiet imsemmija fl-imsemmi Artikolu 13A(l)(i), fid-dawl, meta jkun il-każ, ta' kundizzjonijiet eventwalment implementati mill-Istat Membru kkonċernat b'applikaz-zjoni ta' l-Artikolu 13A(2)(a),</P></ITEM><ITEM><P>li din il-provvista tkun ta' natura jew ta' kwalità tali li, mingħajr rikors għal tali servizz, ma jistax jiġi ggarantit li l-edukazzjoni pprovduta mill-istabbiliment benefiċjarju u, għaldaqstant, l-edukazzjoni li jibbenefikaw minnha l-istudenti ta' dawn l-istabbilimenti, ikollha valur elcwivalenti, u</P></ITEM><ITEM><P>li tali provvista mhijiex essenzjalment intiża li jinkiseb dħul addizzjonali mit-twettiq ta' tranżazzjoni li hija f'kompetizzjoni diretta ma' l-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT,</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>