European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2802

19.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Mejju 2025

li taħtar membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

(C/2025/2802)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 jipprevedi li l-Kunsill jaħtar 18-il membru, kif ukoll membri supplenti, għall-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għal perijodu ta’ tliet snin. Għal kull mandat, il-membri u l-membri supplenti maħtura mill-Kunsill jridu jirrappreżentaw tmintax-il Stat Membru fl-ordni tal-Presidenzi b’rotazzjoni, membru wieħed, kif ukoll membru supplenti wieħed, propost minn kull Stat Membru kkonċernat.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 jipprevedi wkoll li il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija, kif ukoll il-membri supplenti, jinħatru b’tali mod li jiġu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza u firxa wiesgħa ta’ kompetenzi rilevanti u transdixxiplinari fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u li l-Kunsill għandu l-għan li tinkiseb rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord tat-Tmexxija.

(3)

Il-Kroazja, il-Ġermanja, il-Portugall, is-Slovenja, Franza, iċ-Ċekja, l-Iżvezja, Spanja, il-Belġju l-Ungerija, il-Polonja, id-Danimarka, Ċipru, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Greċja, l-Italja, u l-Latvja ppreżentaw nomini lill-Kunsill għall-membri u l-membri supplenti li jridu jinħatru fil-Bord ta’ Tmexxija għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-31 ta’ Mejju 2028,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura għall-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi bħala membri u membri supplenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-31 ta’ Mejju 2028 biex jirrappreżentaw l-Istati Membri kkonċernati:

Stat Membru

Membru

Membru Supplenti

Kroazja

Is-Sa Dijana ĆURKOVIĆ

Is-Sa Irena SARTA

Ġermanja

Is-Sa Petra FOLLMER-OTTO

Is-Sa Birgit SCHWEIKERT

Portugall

Is-Sa Sandra RIBEIRO

Is-Sur Manuel ALBANO

Slovenja

Is-Sa Helena VALAS

Is-Sa Pia AŽMAN KLUKOVIČ

Franza

Is-Sa Stéfania CHIRU

Is-Sa Catherine PETIT

Ċekja

Is-Sur Radan ŠAFAŘÍK

Is-Sa Monika ŠAMOVÁ

Żvezja

Is-Sa Lenita FREIDENVALL

Is-Sa Cecilia ASKLÖF

Spanja

Is-Sa Cristina HERNÁNDEZ MARTÍN

Is-Sa María VÁZQUEZ SELLÁN

Belġju

Is-Sa Liesbet STEVENS

Is-Sa Carine JOLY

Ungerija

Is-Sur Gábor JAROSS

Is-Sa Lilla MIKLÓS

Polonja

Is-Sa Katarzyna SZKUTA

Is-Sa Magdalena DROPEK

Danimarka

Is-Sa Kira UITTERDIJK APPEL

Is-Sur Jeppe HOLM NIELSEN

Ċipru

Is-Sur Stavros CHRISTOFI

Is-Sur Alexandros ALEXANDROU

Irlanda

Is-Sa Jane Ann DUFFY

Is-Sa Lisa HUGHES

Litwanja

Is-Sa Jolanta SAKALAUSKIENĖ

Is-Sa Greta TUMĖNIENĖ

Greċja

Is-Sa Eleni NTALAKA

Is-Sa Sophia NIKOLAOU

Italja

Is-Sa Laura MENICUCCI

Is-Sur Stefano PIZZICANNELLA

Latvja

Is-Sa Agnese GAILE

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. DOMAŃSKI


(1)   ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1922/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2802/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)