|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/542 |
21.3.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/542
tat-18 ta’ Marzu 2025
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea rigward id-deċiżjoni tal-Parteċipanti fil-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili li tinsab fl-Anness III tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati dwar l-emendi għal dak il-Ftehim Settorjali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati (l-“Arranġament”), żviluppati fil-qafas tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”), inkluż il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili (“il-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru”) li jinsabu fl-Anness III tal-Arranġament, ġew trasposti, u għalhekk saru legalment vinkolanti fl-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
(2) |
Il-Parteċipanti tal-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru (il-“Parteċipanti”) għandhom jaqblu dwar l-emendi għall-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru li jkunu jipprovdu ċertezza legali u jsaħħu l-kundizzjonijiet ekwi bejn il-Parteċipanti fir-rigward tal-appoġġ tal-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz, tal-ispare parts u tal-esportazzjonijiet tal-kits tal-magni relatati mal-inġenji tal-ajru koperti mill-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru. |
|
(3) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Parteċipanti dwar l-emendi tal-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru, peress li d-deċiżjoni ser tkun vinkolanti għall-Unjoni u kapaċi tinfluwenza b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni, bis-saħħa tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li tappoġġa l-emendi tal-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru abbażi tal-abbozz tat-test mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni rigward id-deċiżjoni tal-Parteċipanti fil-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili (il-“Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru”) li tinsab fl-Anness III tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati dwar l-emendi għall-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru għandha tkun li tappoġġa l-emendi bbażati fuq l-abbozz tat-test mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (2).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1233/oj).
(2) Ara d-dokument ST 6394/25 ADD 1 fuq http://register.consilium.europa.eu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/542/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)