European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2392

26.10.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/2392

tal-14 ta’ Ottubru 2026

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/2/2026)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”).

(2)

Fit-8 ta’ Lulju 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1394 (2), li taħtar lis-Sur Ralf SCHRÖDER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mis-16 ta’ Awwissu 2025 sat-30 ta’ April 2026.

(3)

Fil-21 ta’ April 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/902 (3), li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 u li testendi l-mandat tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Mejju 2026 sal-31 ta’ Ottubru 2026.

(4)

Fil-21 ta’ April 2026, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/925 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Ralf SCHRÖDER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Mejju 2026 sal-31 ta’ Ottubru 2026.

(5)

Fis-16 ta’ Settembru 2026, ir-Rappreżentant Għoli ppropona li l-mandat tas-Sur Ralf SCHRÖDER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq jiġi estiż mill-1 ta’ Novembru 2026 sal-15 ta’ Awwissu 2027, soġġett għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Kunsill li testendi l-mandat tal-EUAM Iraq lil hinn mill-31 ta’ Ottubru 2026.

(6)

Fit-12 ta’ Ottubru 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/2285 (5), li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 u li testendi l-mandat tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Novembru 2026 sal-31 ta’ Ottubru 2028.

(7)

Il-mandat tas-Sur Ralf SCHRÖDER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq jenħtieġ għalhekk li jiġi estiż mill-1 ta’ Novembru 2026 sal-15 ta’ Awwissu 2027,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Ralf SCHRÖDER bħala Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) huwa estiż mill-1 ta’ Novembru 2026 sal-15 ta’ Awwissu 2027.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

L. MANDEL VENSILD


(1)   ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1869/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/1394 tat-8 ta’ Lulju 2025 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/2/2025) (ĠU L, 2025/1394, 10.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1394/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/902 tal-21 ta’ April 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L, 2026/902, 22.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/902/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2026/925 tal-21 ta’ April 2026 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2026) (ĠU L, 2026/925, 27.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/925/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2285 tat-12 ta’ Ottubru 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L, 2026/2285, 13.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2285/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2392/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)