European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1694

13.7.2026

LINJA GWIDA (UE) 2026/1694 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Ġunju 2026

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2018/876 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (BĊE/2018/16) (BĊE/2026/15)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iżomm ir-Reġistru tad-Data tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) li huwa sett ta’ data kondiviż għas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) ta’ data ta’ referenza dwar unitajiet istituzzjonali legali u statistiċi oħrajn (“data RIAD”).

(2)

Id-data RIAD tintuża, fost skopijiet oħra, għal-listi uffiċjali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji mħejjija u ppubblikati mill-BĊE, inkluż fondi ta’ investiment (IFs). Tagħrif statistiku dwar l-IFs miġbur skont ir-Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/17), (1) li jirriformula r-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (2), jintuża għall-kompilazzjoni tal-istatistika tal-IFs kemm fuq bażi aggregata kif ukoll fuq bażi granulari fond b’fond. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi emendata l-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (3) biex tiġi allinjata mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17), b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-attributi rilevanti kollha jiġu rreġistrati fir-RIAD, u bil-frekwenza meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17).

(3)

L-emendi għall-Annessi I u II tal-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16) huma meħtieġa biex jiġi żgurat li jirriflettu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi attwali tar-RIAD, b’mod partikolari fir-rigward tal-attributi li ma għadhomx meħtieġa jew fejn il-ġbir sistematiku mhux dejjem jista’ jkun fattibbli.

(4)

Din il-Linja Gwida tintroduċi bidliet konsegwenzjali wara t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (4) bir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/2) (5), it-tħassir tal-Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew (6) bil-Linja Gwida (UE) 2021/835 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/16) (7), u l-adozzjoni tal-Linja Gwida (UE) 2021/830 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/11) (8), kif ukoll it-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) bir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(5)

Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16) għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16) hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (22) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(22)

‘istituzzjoni finanzjarja monetarja’ jew ‘MFI’ tfisser ‘istituzzjoni finanzjarja monetarja’ kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/2) (*1);

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2021/379/oj).”;"

()  Ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2021/379/oj).”;

(b)

il-punt (23) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(23)

‘fond ta’ investiment’ jew ‘IF’ ifisser ‘fond ta’ investiment’ kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/17) (*);

(*)  Ir-Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istatistika dwar fondi ta’ investiment u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) (riformulazzjoni) (BĊE/2024/17) (ĠU L, 2024/1988, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1988/oj).”;"

()  Ir-Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istatistika dwar fondi ta’ investiment u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) (riformulazzjoni) (BĊE/2024/17) (ĠU L, 2024/1988, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1988/oj).”;

2.

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Bla ħsara għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 ta-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (*) u li skont dan għandha tiġi pproċessata kwalunkwe data personali fir-RIAD, il-BĊNi m’għandhomx iħassru entitajiet irreġistrati fir-RIAD sabiex jiżguraw li jkun hemm rekord ta’ entità u iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. Il-BĊE għandu jistabbilixxi proċedura biex jikkoreġi żbalji fattwali, u jagħmilha disponibbli għall-BĊNi.

(*)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).”;"

()  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).”;

3.

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ verifika tal-BĊE skont ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 u r-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), il-BĊNi għandhom jimmonitorjaw u jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni kollha disponibbli għall-BĊE skont il-prinċipji applikabbli għall-governanza tal-istatistika u l-qafas tal-assigurazzjoni tal-kwalità kif ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE.”

;

4.

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex jippermettu t-twaqqif u l-manutenzjoni tal-lista ta’ MFIs imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), il-BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi speċifikati fil-Parti 1 u 2 tal-Anness I għal din il-Linja ta’ Gwida fl-intervalli preskritti.”

;

5.

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex jippermettu t-twaqqif u ż-żamma tal-lista tal-IFs imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17), il-BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi speċifikati fil-Parti 1 u 2 tal-Anness I għal din il-Linja Gwida fl-intervalli preskritti.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw kwalunkwe aġġornament għall-attributi speċifikati għal IFs fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I, b’mod partikolari meta IF jingħaqad jew jitlaq mill-popolazzjoni ta’ IFs, u għandhom jirreġistrawhom fir-RIAD mill-inqas fuq bażi mensili, fi żmien 28 jum tax-xogħol wara tmiem ix-xahar. Il-BĊNi għandhom jaġġornaw l-attribut tal-valur nett tal-assi għall-IFs kollha fuq bażi annwali, fi żmien 28 jum tax-xogħol mid-data ta’ referenza ta’ tmiem is-sena. Meta IF ikun ingħata deroga skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17), l-iskadenzi stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu estiżi biex jitqiesu l-iskadenzi stabbiliti għall-IF ikkonċernat mill-BĊN rilevanti għar-rapportar tat-tagħrif statistiku rilevanti.”

;

6.

L-Artikolu 21 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Statistika dwar Oġġetti tal-Karta tal-Bilanċ Individwali (‘iBSI’) u Rata ta’ Imgħax Individwali MFI (‘iMIR’)

Il-BĊNi kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-aġenti ta’ rapportar li għalihom id-data tal-iBSI jew iMIR għandha tiġi rrapportata minn BĊNi lill-BĊE skont il-Linja Gwida (UE) 2021/830 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/11) (*) tiġi rreġistrata b’mod preċiż fir-RIAD. Il-BĊNi kompetenti għandhom jagħmlu l-emendi meħtieġa għall-informazzjoni rreġistrata fir-RIAD meta jkun hemm bidliet fl-aġenti li jirrapportaw li għalihom għandha tiġi rrapportata d-data tal-iBSI jew tal-iMIR.

(*)  Linja Gwida (UE) 2021/830 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar statistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ u statistika dwar ir-rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/11) (ĠU L 208, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2021/830/oj).”;"

()  Linja Gwida (UE) 2021/830 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar statistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ u statistika dwar ir-rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/11) (ĠU L 208, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2021/830/oj).”;

7.

L-Artikolu 26 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Data ta’ referenza rilevanti għal CSDB

Il-BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi kollha elenkati fl-Anness II ta’ din il-Linja Gwida għall-emittenti ta’ titoli li huma residenti f’pajjiżhom u li huma rreġistrati fis-CSDB skont l-Artikolu 4(7) tal-Linja Gwida (UE) 2022/971 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/25) (*). Il-BĊNi għandhom jiżguraw li entitajiet bħal dawn ikunu marbuta mas-CSDB permezz ta’ identifikatur ta’ entità stabbli u komuni li jkopri l-entitajiet kollha fis-setturi kollha.

(*)  Linja Gwida (UE) 2022/971 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar il-Bażi ta’ Data Ċentralizzata tat-Titoli u l-produzzjoni ta’ statistika dwar il-ħruġ ta’ titoli u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/21 u l-Linja Gwida (UE) 2021/834 (BĊE/2022/25) (ĠU L 166, 22.6.2022, p. 147, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2022/971/oj).”."

()  Linja Gwida (UE) 2022/971 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar il-Bażi ta’ Data Ċentralizzata tat-Titoli u l-produzzjoni ta’ statistika dwar il-ħruġ ta’ titoli u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/21 u l-Linja Gwida (UE) 2021/834 (BĊE/2022/25) (ĠU L 166, 22.6.2022, p. 147, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2022/971/oj).”.

8.

L-Annessi I u II għandhom jinbiddlu bl-Annessi għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Ir-Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024 dwar statistika dwar fondi ta’ investiment u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) (BĊE/2024/17) (ĠU L, 2024/1988, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1988/oj).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1073/oj).

(3)  Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 dwar ir-Reġistru tad-Data tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2018/876/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1071/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/379/oj).

(6)  Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/15) (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2014/810/oj).

(7)  Linja Gwida (UE) 2021/835 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2021/16) (ĠU L 208, 11.6.2021, p. 335, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2021/835/oj).

(8)  Linja Gwida (UE) 2021/830 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar statistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ u statistika dwar ir-rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/11) (ĠU L 208, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2021/830/oj).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/45/oj).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).


ANNESS I

L-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“

ANNESS I

REĠISTRU TA’ DATA TA’ ISTITUZZJONIJIET U AFFILJATI (RIAD) - LISTI GĦALL-PUBBLIKAZZJONI

PARTI 1

Attributi li għandhom jiġu rrappurtati għal settijiet ta’ data miżmuma għall-pubblikazzjoni

Isem tal-attribut (1)

Rilevanti fil-kuntest tal-lista ta’

IFM

IFs

FVCs

PSRIs (1)

ICs

PFs

Tip

Frekwenza ta’ aġġornament

Tip

Frekwenza ta’ aġġornament

Tip

Frekwenza ta’ aġġornament

Tip

Frekwenza ta’ aġġornament

Tip

Frekwenza ta’ aġġornament

Tip

Frekwenza ta’ aġġornament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Identifikaturi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

—

Kodiċi RIAD

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

—

Identifikatur nazzjonali (*1)

M

d

O

m

M

q

M

a

M

q

M

q

—

EGR code

O

d

 

 

O

q

 

 

 

 

 

 

—

LEI (*1)

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

—

Kodiċi għall-Identifikazzjoni ta-Negozju (BIC)

O

d

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Isem

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

Pajjiż ta’ residenza

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

Indirizz (*2)

M

d

O

m

O

q

M

a

M

q

M

q

Forma legali (*2)

M

d

O

m

O

q

O

a

O

q

O

q

Tip ta’ superviżjoni (*2)

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

Rekwiżiti ta’ rapportar

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

Tip ta’ liċenzja bankarja

M

d

 

 

 

 

O

a

 

 

 

 

Marka konformità UCITS

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Id-dettall huwa konformi mal-UCITS

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Natura tat-titolizzazzjoni

 

 

 

 

M

q

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ Fondi ta’ Investiment

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Politika ta’ investiment għal IFs

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Stil ta’ investiment

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Fokus ġeografiku

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Fokus fuq l-investimenti f’bonds (*2)

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Bażi tal-investituri

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ fond ta’ proprjetà immobbli (*2)

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Fond ta’ investiment fi proprjetà immobbli

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Frekwenza tal-fidi

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ konformità ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG)

 

 

M

m

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ Fondi tal-Pensjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

M

q

Immarka ‘Hija sponsorjata’ (*2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

M

q

Marka Ħlas fornitur tas-servizz (PSP)

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

Marka Operatur tas-sistema tal-Ħlas (PSO)

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

Marka PSP żgħir

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

Marka Deroga PSP mogħtija

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

Tip ta’ liċenzja PSP (*2)

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Settur istituzzjonali

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

Dettalji tas-Settur istituzzjonali

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

Kontroll tas-settur istituzzjonali

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

Kodiċi NACE

M

d

M

m

M

q

O

a

M

q

M

q

Pożizzjoni ġeografika (NUTS) (*2)  (*3)

M

d

O

m

O

q

M

a

M

q

M

q

Impjieg domestiku ((+))

O

a

O

a

O

a

O

a

O

a

O

a

Total tal-karta tal-bilanċ (Regolament BĊE) domestiku ((+))

M

a

 

 

 

 

 

 

O (2)

a

O

a

Assi netti domestiċi ((+))

O

a

M

a

 

 

 

 

 

 

 

 

Primjums grossi miktuba domestiċi ((+))

 

 

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

Impjieg totali ((++))

O

a

O

a

O

a

O

a

O

a

O

a

Karta tal-bilanċ totali ((++))

M

a

O

a

O

a

 

 

O (2)

a

O

a

Primjums grossi miktuba ((++))

 

 

 

 

 

 

 

 

M

a

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Data ta’ twelid

O

d

O

m

O

q

O

a

O

q

O

q

Data tal-għeluq

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

Marka ‘Hija Inattiva’ (*2)

M

d

M

m

M

q

M

a

M

q

M

q

Marka ‘Qed tiġi likwidata’ (*2)

M

d

O

m

M

q

M

a

M

q

O

q

Kontropartijiet meħtieġa

 

 

 

 

Oriġinatur ta’ FVC

 

 

 

 

M

q

 

 

 

 

 

 

Kumpanija tal-maniġment (*2)

 

 

M

m

M

q

 

 

 

 

M (3)

q

Kwartieri Ġenerali (*2)

M

d

 

 

 

 

 

 

M

q

M

q

((+))  esklużi fergħat (jew kwartieri ġenerali) mhux residenti.

((++))  inklużi fergħat mhux residenti (jekk applikabbli).

(*1)  kif disponibbli (li għandu jiġi rrapportat meta l-informazzjoni tkun disponibbli għall-BĊNi).

(*2)  kif applikabbli (li għandu jiġi rrapportat meta l-attribut japplika għall-entità).

(*3)  attribut derivat.

(1)  Jekk jogħġbok innota li l-lista ta’ PSRIs tista’ tikkoinċidi mal-lista ta’ MFIs.

(2)  Dan għandu jiġi rrappurtat għall-inqas għal waħda mill-varjabbli skont is-sistema tal-ġbir tad-data.

(3)  Dan l-attribut jirreferi għall-maniġers tal-pensjonijiet fir-rigward tad-data rrapportata minn dawn l-entitajiet skont ir-Regolament (UE) 2018/231 (BĊE/2018/2).

Rilevanza: M (obbligatorju), O (fakoltattiv), vojt (mhux applikabbli).

Frekwenza: a (annwali), q (trimestrali), m (mensili), d (kuljum/kif ikun hemm bidla).

Perjodu ta’ żmien: għad-data annwali huwa xahar wara d-data ta’ referenza sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’din il-Linja Gwida.

PARTI 2

Tipi ta’ relazzjonijiet bejn l-entitajiet

 

Tip

Frekwenza ta’ aġġornament

1.

Relazzjonijiet fi ħdan impriża

 

 

Relazzjoni bejn unità(jiet) legali u impriża

O

-

2.

Relazzjonijiet ġewwa grupp ta’ impriża

Relazzjoni ta’ kontroll bejn l-unitajiet legali

M (d)

q

Relazzjoni ta’ sjieda (mhux ikkontrollata) bejn l-unitajiet legali

O

q

3.

Relazzjonijiet oħra

Ness bejn oriġinatur u l-FVC tiegħu

M

q

Konnessjoni bejn kumpannija ta’ ġestjoni u l-IF tagħha (g)  (**)

M

m

Konnessjoni bejn kumpannija ta’ ġestjoni u l-FVC/PF tagħha (g)  (**)

M

q

Ness bejn fergħa mhux residenti u s-sede residenti tagħha

M

q (e)

Ness bejn fergħa residenti u s-sede mhux residenti tagħha

M

q

Konnessjoni bejn subfond u fond umbrella (**)

M

q

Konnessjoni bejn entità u l-parent aħħari (ultimate parent) (f)  (**)

M

m

Konnessjoni bejn fond tal-pensjoni u l-isponsor tiegħu (**)

O

q

(d)  għal ‘gruppi bankarji’ biss bil-kwartieri ġeneralii fiż-żona tal-euro u għall-kontropartijiet ikkontemplati mir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); inkella fakoltattiv.

(e)  tal-inqas trimestrali, skont is-settur.

(f)  għal entitajiet rilevanti għal AnaCredit biss.

(g)  ħlief għal entitajiet awtoġestiti.

(**)  kif applikabbli (li għandu jiġi rrapportat meta l-attribut japplika għall-entità).

”

ANNESS II

L-Anness II tal-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“

ANNESS II

REĠISTRU TA’ DATA TA’ ISTITUZZJONIJIET U AFFILJATI (RIAD) - LISTI MHUX GĦALL-PUBBLIKAZZJONI

L-attributi għandhom jiġu rrappurtati għal datasets skont il-qafas legali rispettiv tagħhom imsemmi fil-Kapitolu VII

Isem tal-attribut

Statistiki BSI u MIR individwali (iBSI-iMIR)

Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) u r-rata tal-euro fuq żmien qasir

Entitajiet rilevanti għall-Ġestjoni Kollaterali

Sistema tal-Ġestjoni tat-Teżor (TMS)

Database tal-Istatistika tal-Investimenti fit-Titoli (SHSDB) (1)

Bażi ta’ Data Ċentralizzata tat-Titoli (CSDB)

Komuni

Granulari (mikrodata)

Database tal-kreditu analitika

(AnaCredit) (2)

Identifikaturi tal-Entità

 

 

 

 

 

 

 

—

Kodiċi RIAD

x

x

x

x

x

x

x

—

LEI (*1)

 

x

x

 

x

x

x

—

Identifikaturi nazzjonali (*1)

 

 

x

 

x

x

x

—

Identifikaturi oħra

 

 

x

x

x

x

x

Isem

x

x

x

x

x

x

x

Pajjiż ta’ residenza

x

x

x

x

x

x

x

Indirizz

 

 

 

 

 

 

x

Forma legali

 

 

 

 

 

 

x

Settur istituzzjonali

x

x

x

x

x

x

x

Dettalji tas-Settur istituzzjonali

x

x

x

x

x

x

x

Kontroll tas-settur istituzzjonali

x

x

x

x

x

x

x

Grupp kollaterali

 

 

x

 

 

 

 

Kodiċi NACE

 

 

 

 

x

x

x

Pożizzjoni ġeografika (NUTS) (*2)

 

 

 

 

 

 

x

Flag CCP

 

x

 

 

 

 

 

Rekwiżiti ta’ rapportar

 

 

 

 

 

 

x

Qafas ta’ Kontabbiltà

 

 

 

 

 

 

x

Impjieg totali

 

 

 

 

 

 

x

Karta tal-bilanċ totali

 

 

 

 

 

 

x

Daqs tal-impriża

 

 

 

 

 

 

x

Fatturat Annwali

 

 

 

 

 

 

x

Status tal-proċeduri legali

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

Data ta’ twelid

x

x

x

x

x

x

x

Data tal-għeluq

x

x

x

x

x

x

x

Marka ‘Mhuwiex Attiv’

x

x

x

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Relazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

—

Relazzjoni fis-Sjieda

 

 

x

 

 

 

 

—

Relazzjoni tal-fergħa

 

 

x

 

 

 

 

Konnessjoni

 

 

 

 

 

 

 

—

mas-sede

 

 

 

 

x

 

x

—

lil parent li jikkontrolla dirett

 

 

 

 

x

 

x

—

lil parent li jikkontrolla aħħari

 

 

 

 

x

 

x

—

lil kumpannija ta’ ġestjoni

 

 

 

 

 

 

x

(1)  Il-lista ta’ attributi obbligatorji għar-rwoli rilevanti tal-kontroparti tal-SHSDB hija speċifikata fl-atti legali rispettivi.

(2)  Il-lista ta’ attributi obbligatorji għal kontroparti speċifika ta’ AnaCredit tiddependi fuq ir-rwol tagħha (mutwatarju, garanti, eċċ.), ir-residenza (fi ħdan Stat Membru ta’ rapportar jew barra) u fid-data meta ngħata s-self kif speċifikat fl-atti legali rispettivi.

(*1)  ‘LEI’ jew, jekk mhux disponibbli, ‘Identifikaturi Nazzjonali’ għandhom jiġu pprovduti bħala attributi obbligatorji.”

(*2)  attribut derivat.

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2026/1694/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)