2007R0786 — MT — 25.02.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 786/2007 ta’ l-4 ta’ Lulju 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-mannanase KE 3.2.1.78 (Hemicell) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 175, 5.7.2007, p.8) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 103/2013 tal-4 ta’ Frar 2013 |
L 34 |
12 |
5.2.2013 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 786/2007
ta’ l-4 ta’ Lulju 2007
rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-mannanase KE 3.2.1.78 (Hemicell) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-mannanase KE 3.2.1.78 (Hemicell), prodott mill-Bacillus lentus (ATCC 55045), bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-21 ta’ Novembru 2006 li l-preparazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-mannanase KE 3.2.1.78 prodott mill-Bacillus lentus (ATCC 55045) (Hemicell) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent ( 2 ). Ikkonkludiet ukoll li dik il-preparazzjoni ma tippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurezza ta’ l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skond dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi zootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
|
Unità ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12% |
|||||||||
|
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà. |
|||||||||
|
4a3 |
►M1 Eli Lilly and Company Ltd. ◄ |
Endo-1,4-beta-mannanase KE 3.2.1.78 (Hemicell) |
Kompożizzjoni ta' l-addittiv Preparazzjoni ta' l-endo-1,4-beta-mannanase prodott mill-Bacillus lentus (ATCC 55045) li għandu attività minima ta': Fil-forma likwida: 7,2 × 105 U (1)/ml Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Endo-1,4-beta-mannanase prodott bil-Bacillus lentus (ATCC 55045) Metodu analitiku (2) Analiżi taz-zokkor li jirreaġixxi għall-Endo-1,4-beta-mannanase permezz ta' reazzjoni kolorimetrika tar-reaġent ta' l-aċidu dinitrosaliċikliku fuq l-ammont ta' zokkor li jirreaġixxi. |
Tiġieġ għat-tismin |
— |
79 200 U |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. 2. Għandu jintuża tagħmir ta' protezzjoni għan-nifs u nuċċali tas-sikurezza. 3. Għall-użu fl-għalf kompost li għandu ħafna hemicelluloses li fih il-galactomannan (eż. soya, qamħirrun) |
25 ta’ Lulju 2017 |
|
(1) Unità ta' attività hija ddefinita bħala l-ammont ta' enżima li tiġġenera 0,72 mikrogrammi ta' zokkor li jirreaġixxi (ekwivalenti tal-mannose) minn sottostrat li fih il-mannan (gomma tal-ħarrub) kull minuta meta l-pH tkun 7,5 u temp. 40 °C. (2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/ |
|||||||||
( 1 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
( 2 ) L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ l-enżima Hemicell® Feed Enzyme (beta-D-mannanase) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fil-21 ta’ Novembru 2006. Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2006) 412, 1-12.