<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-471/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0471</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:681">EU:C:2018:681</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20180906">6.9.2018</DATE> – Kawża C‑471/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Kreyenhop &amp; Kluge</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L‑Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20180906">6 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali u tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Instant noodles moqlija</KEYWORD><KEYWORD>Subintestatura tariffarja <FT TYPE="CN">19023010</FT></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑471/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20170719">19 ta’ Lulju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170807">7 ta’ Awwissu 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Kreyenhop &amp; Kluge GmbH &amp; Co. KG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Hannover</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L‑Għaxar Awla),</P><P>komposta minn E. Levits, President tal-Awla, M. Berger (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Kreyenhop &amp; Kluge GmbH &amp; Co. KG, minn L. Harings u H. Henninger, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros u M. Wasmeier, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tas-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 304, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Kreyenhop &amp; Kluge GmbH &amp; Co. KG u l-Hauptzollamt Hannover (l-Uffiċċju Dognali Prinċipali ta’ Hannover, il-Ġermanja) rigward il-klassifikazzjoni tariffarja tal-instant noodles moqlija fi ħdan in-NM.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>In-NM, stabbilita bir-Regolament Nru 2658/87, hija bbażata fuq sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija, imfassla mill-Kunsill ta’ Dwana għal Kooperazzjoni, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD), u stabbilita permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti, konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>. Din il-konvenzjoni ġiet approvata, flimkien mal-Protokoll ta’ Emenda tagħha tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, li jinsabu fl-ewwel parti tat-Taqsima IA tagħha, jiddisponu b’mod partikolari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titli tat-taqsimiet, kapitli u subkapitli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini tat-titli u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitlu relattiv u, sakemm dawn t-titli jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subtitli ta’ titlu għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subtitli u kwalunkwe noti ta’ subtitli relatati u, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kondizzjoni li subtitli fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitlu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Skeda ta’ dazji tad-dwana<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tinkludi Taqsima I, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Annimali ħajjin; Prodotti minn annimali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, fejn fin-Nota 2 tagħha tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ħlief fejn il-kuntest jitlob mod ieħor, tul in-nomenklatura kwalunkwe referenza għal prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>mnixxfin<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tkopri ukoll prodotti li kienu ddeidrati, evaporati jew iffriżati u mnixxfin (freeze-dried).<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Din it-tieni parti tan-NM tinkludi wkoll Taqsima IV, li fiha hemm, b’mod partikolari, il-Kapitolu 19, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; prodotti ta’ koki tal-għaġina<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 19 tan-NM jinkludi l-intestatura 1902, li hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (<HT TYPE="ITALIC">noodles</HT>), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-intestatura 1902 ta’ dan il-Kapitolu 19 tinkludi fir-rigward tagħha s-subintestatura li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" COLS="2" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>– Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">19021100</FT></CELL><CELL COL="2">– – Li fih il-bajd</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">190219</FT></CELL><CELL COL="2">– – Oħrajn |</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">190220</FT></CELL><CELL COL="2">– Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le |</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">190230</FT></CELL><CELL COL="2">– Għaġin ieħor |</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">19023010</FT></CELL><CELL COL="2">– – Imnixxef</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">19023090</FT></CELL><CELL COL="2">– – Oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 635/2005</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2005 tas-<DATE ISO="20050426">26 ta’ April 2005</DATE> dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348M" PAGE.FIRST="102" DATE.PUB="2005">ĠU L 348M, p. 102</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="084M" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2005">ĠU L 84M, p. 65</REF.DOC.OJ>), jinkludi, fl-anness tiegħu, tabella bi tliet kolonni fejn l-ewwel waħda tiddeskrivi kull merkanzija kkonċernata, it-tieni waħda tindika l-klassifikazzjoni fin-NM li ġiet attribwita lill-merkanzija u t-tielet kolonna tirrigwarda r-raġunijiet għal din il-klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Mill-punt 1 ta’ dan l-anness jirriżulta li prodott li jikkonsisti f’noodles magħmulin minn dqiq tal-qamħ komuni, nixfin u msajrin minn qabel (madwar 80 g) u ħwawar (madwar 11-il g), li jinħareġ għall-bejgħ bl-imnut fi skutella, lest biex jittiekel wara li wieħed jitfa’ l-ħwawar u l-misħun (massimu ta’ 200 m,), kien ikklassifikat fis-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> tan-NM. Skont il-motivazzjoni tal-klassifikazzjoni adottata, il-karattru essenzjali tal-prodott kien mogħti min-noodles, minħabba l-proporzjon importanti tagħhom fil-kompożizzjoni ta’ dan il-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/183 tat-<DATE ISO="20150202">2 ta’ Frar 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="031" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 31, p. 5</REF.DOC.OJ>), dan il-punt 1 ġie mħassar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 767/2014</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2014 tal-<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE> dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="209" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 209, p. 11</REF.DOC.OJ>) jinkludi, fl-anness tieħu, tabella bi tliet kolonni, fejn l-ewwel waħda tiddeskrivi kull merkanzija kkonċernata, it-tieni waħda tindika l-klassifikazzjoni fin-NM li ġiet attribwita lill-merkanzija u t-tielet kolonna tirrigwarda r-raġunijiet għal din il-klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Minn dan l-anness jirriżulta li prodott, li essenzjalment huwa kkostitwit minn blokka noodles niexfa u msajra minn qabel, jaqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM. Fil-kolonna li tirrigwarda d-deskrizzjoni tal-merkanzija, dan il-prodott huwa deskritt kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Prodott magħmul minn blokka taljarini niexfa u msajra minn qabel (bejn wieħed u ieħor 65 g), qartas bit-taħwir (bejn wieħed u ieħor 3,4 g), qartas b’żejt għall-ikel (bejn wieħed u ieħor 2 g), u qartas bi ħxejjex imnixxfa (bejn wieħed u ieħor 0,8 g).</P><P>Il-prodott huwa ppreżentat bħala sett (ippakkjat flimkien) imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut għall-preparazzjoni ta’ platt taljarini.</P><P>Skont l-istruzzjonijiet stampati fuq l-imballaġġ, ilma jagħli għandu jiġi miżjud qabel il-konsum.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">In-Noti ta’ Spjega għan-NM</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, il-Kummissjoni Ewropea tadotta Noti ta’ Spjega għan-NM (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Noti ta’ Spjega għan-NM<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>In-Noti ta’ Spjega għan-NM, kif ippubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, fl-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="076" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, C 76, p. 1</REF.DOC.OJ>), huma redatti kif ġej f’dak li jikkonċerna s-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Imnixxef:</P><P>Għall-finijiet ta’ dan is-subtitlu, l-entrata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>imnixxef<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tirreferi għal prodotti nixfin u mbasktin b’kontenut baxx ta’ umdità (sa madwar 12 %), li jkunu tnixxfu direttament fix-xemx jew għaddew minn proċess industrijali ta’ tnixxif (pereżempju, minn tunnel-drying jew xiwi jew qali).<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20130204">4 ta’ Frar 2013</DATE>, Kreyenhop &amp; Kluge ddikjarat fid-dwana, taħt il-kodiċi tariffarja <FT TYPE="CN">19023090</FT> għan-NM applikabbli għall-għaġin mhux imnixxef, platti differenti ta’ instant noodles li hija kienet importat fit-territorju doganali tal-Unjoni. Dawn kienu platti ppakkjati f’pakketti tal-plastik ta’ 60 gramma, komposti minn blokka ta’ instant noodles moqlija jew minn borża tal-plastik waħda jew iktar li kienu jinkludu ħwar, għaġin, żjut u ingredjenti mnixxfa. In-noddles imsajrin minn qabel kellhom, wara li ġew moqlija, livell ta’ xaħmijiet ta’ madwar 20 %. Skont l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>eżempju ta’ preparazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li kien jidher fl-imballaġġ, kellu jitferra madwar 320 ml misħun fuq il-kontenut tal-pakkett imqiegħed f’reċipjent. Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, anki jekk, skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fl-imballaġġ, in-noodles jiġu ppreparati f’soppa meta jiġi miżjud l-ilma, dawn jistgħu wkoll jiġu kkonsmati mingħajr preparazzjoni supplimentari, bħal ċipps tal-patata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Billi ma aċċettatx il-klassifikazzjoni tariffarja adottata minn Kreyenhop &amp; Kluge, l-amministrazzjoni doganali, permzz ta’ stima ta’ taxxa tas-<DATE ISO="20130206">6 ta’ Frar 2013</DATE>, stabbilixxiet dazju doganali abbażi tas-subintestatura <FT TYPE="CN">21041000</FT> għan-NM, dwar is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Kreyenhop &amp; Kluge ressqet ilment kontra dan l-avviż. Matul il-proċedura ta’ lment, il-Kummissjoni adottat, fil-<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE>, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 767/2014, skont liema platti ta’ instant noodles, paragunabbli ma’ dawk inkwistjoni f’dan il-każ, kienu kklassifikati mhux bħala sopop jew brodi (intestatura 2104 għan-NM), iżda bħala għaġin, li jaqa’ taħt l-intestatura 1902 għan-NM. Fi ħdan din l-aħħar intestatura, dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni jikkunsidra dawn l-instant noodles bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>mnixxfin<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM. Fi tmiem ta’ diskussjoni li kienet tikkonċerna din il-kwistjoni bejn l-amministrazzjoni doganali Ġermaniża u<?PAGE NO="5"?> l-Kummissjoni, din tal-aħħar ippubblikat, fl-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>, verżjoni ġdida tan-noti ta’ spjega għan-NM. Minn dawn jirriżulta li l-għaġin moqli għandu wkoll jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>mnixxef<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens ta’ din is-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-amministrazzjoni doganali, permezz ta’ stima ta’ taxxa tas-<DATE ISO="20150827">27 ta’ Awwissu 2015</DATE>, stabbilixxiet dazju doganali għall-prodotti inkwistjoni abbażi tas-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Billi lment kontra din l-istima ġie miċħud, Kreyenhop &amp; Kluge ppreżentat, fis-<DATE ISO="20151127">27 ta’ Novembru 2015</DATE>, rikors quddiem il-qorti tar-rinviju intiż sabiex din tinbidel b’mod li d-dazju doganali jinġabar abbażi tas-subintestatura <FT TYPE="CN">19023090</FT> għan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra, l-ewwel nett, li r-Regolament Nru 635/2005, li permezz tiegħu platt ta’ instant noodles ġie kklassifikat fis-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM, ma japplikax <HT TYPE="ITALIC">rationae materiae</HT> fin-nuqqas ta’ xebh suffiċjenti tal-prodott ikkonċernat ma’ dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, l-element determinanti, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-platt ta’ instant noodles li dan ir-regolament jirrigwarda, huwa l-kwantità ta’ ilma li għandha tiżdied man-noodles. Fil-kawża prinċipali, ir-relazzjoni noodles/ilma hija madankollu differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis, minbarra dan, li, għalkemm ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 767/2014 kellu jitqies bħala applikabbli <HT TYPE="ITALIC">rationae materiae</HT>, dan ma huwiex <HT TYPE="ITALIC">rationae materiae</HT>, peress li l-importazzjonijiet li huma fl-oriġini tal-istima ta’ taxxa kkontestata seħħew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament. L-istess japplika għan-nota ta’ spjega li tikkonċerna s-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT>, li ġiet ippubblikata biss matul is-sena 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tilwima pendenti quddiemha tirrigwarda, skont il-qorti tar-rinviju, unikament il-kwistjoni jekk instant noodles moqlija, bħal dawk inkwistjoni, għandhomx jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>mnixxfin<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tas-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM. Fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ din is-subintestatura, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>imnixxef<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ma hijiex iddefinita. Hija tikkunsidra li din tindika, b’mod ġenerali, prodott li tilef l-umdità. Dan ikun ukoll il-każ ta’ għaġin moqli, peress li l-ikel bilfors li jitlef l-ilma meta jinqela.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, meta tqies li ikel imnixxef ikun ġie suġġett għal proċess ta’ tnixxif, tqum għalhekk il-kwistjoni jekk il-qali jaqax taħt dan il-proċess. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li t-tnixxif ta’ ikel jikkostitwixxi mezz ta’ konservazzjoni, li għandu jiġi distint minn metodi ta’ tisjir bħall-qali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hija tal-fehma li, minħabba differenzi fundamentali, f’termini ta’ kimika alimentari, bejn il-qali u t-tnixxif, għandha tiġi adottata aċċettazzjoni stretta tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>imnixxef<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Fil-fatt, filwaqt li l-qali huwa proċess ta’ tisjir li jipprovoka, minbarra l-eliminazzjoni inċidentali ta’ ilma, diversi reazzjonijiet kimiċi kumplessi, it-tnixxif huwa proċess ta’ separazzjoni li jwassal biss għal estrazzjoni ta’ umdità. Minbarra dan, in-NM tiddistingwi diversi każijiet ta’ ikel ippreparat minn ikel ikkonservat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Billi għalhekk kellha dubji rigward l-interpretazzjoni tas-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id-domanda preliminari li ġejja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>It-taljarini [noodles] moqlija huma għaġin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>imnixxef<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tas-subintestatura 1902 3010 tan-Nomenklatura Magħquda?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> tagħha platti ta’ instant noodles, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma essenzjalment komposti minn blokka ta’ noodles imsajrin minn qabel u moqlija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-klassifikazzjoni tariffarja ta’ platti ta’ instant noodles hija s-suġġett kemm tar-Regolament Nru 635/2005 kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 767/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ regolamenti ta’ klassifikazzjoni madankollu ma humiex applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tar-Regolament Nru 635/2005, minn ġuridprudenza stabbilita jirriżulta li regolament ta’ klassifikazzjoni għandu portata ġenerali sa fejn ma japplikax għal operatur partikolari, iżda b’mod ġenerali għal prodotti identiċi għal dak li jkun ġie eżaminat mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. Sabiex, fil-kuntest tal-interpretazzjoni ta’ regolament ta’ klassifikazzjoni, jiġi ddeterminat il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, fost affarijiet oħra, il-motivazzjoni tiegħu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>GROFA <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑435/15 u C‑666/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:232">EU:C:2017:232</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 635/2005 ma huwiex direttament applikabbli għall-platti ta’ instant noodles inkwistjoni fil-kawża prinċipali peress illi, kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, dawn ma humiex identiċi għall-prodotti indikati minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ċertament, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm regolament ta’ klassifikazzjoni ma jkunx direttament applikabbli għal prodotti li ma humiex identiċi, iżda biss analogi għall-prodott li huwa s-suġġett ta’ dan ir-regolament, dan tal-aħħar huwa applikabbli b’analoġija għal tali prodotti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>GROFA <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑435/15 u C‑666/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:232">EU:C:2017:232</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex regolament ta’ klassifikazzjoni jiġi applikat b’analoġija, ikun meħtieġ li l-prodotti li għandhom jiġu kklassifikati u dawk imsemmija minn dan ir-regolament ikunu suffiċjentement simili. F’dan ir-rigward, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-motivazzjoni tal-imsemmi regolament (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>GROFA <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑435/15 u C‑666/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:232">EU:C:2017:232</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-merkanzija inkwistjoni madankollu ma tistax titqies bħala suffiċjentement simili, peress li r-Regolament Nru 635/2005 ma jippreċiżax jekk il-prodott indikat fil-punt 1 ta’ dan tal-aħħar huwiex ikkostitwit minn noodles li ġew moqlija matul il-produzzjoni tagħhom. Issa, hija preċiżament din il-karatteristika li hija determinanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 767/2014, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat, mingħajr ma huwa neċessarju li tiġi eżaminata l-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tiegħu, li dan ġie adottat biss wara l-importazzjoni tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Issa, regolament ta’ klassifikazzjoni ma jistax jipproduċi effetti retroattivi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Panasonic Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2082">EU:C:2014:2082</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn il-preċiżazzjonijiet, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi tagħha u fil-proprjetajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura għan-NM u min-noti ta’ taqsima jew ta’ kapitolu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>SAKSA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:108">EU:C:2018:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa ammess li n-noodles inkwistjoni huma għaġin, fis-sens tas-subintestatura <FT TYPE="CN">190230</FT> għan-NM. Għalhekk, għandu jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest tas-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM, noodles imsajrin minn qabel u moqlija jistgħux jitqiesu bħala mnixxfa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>imnixxef<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, kif użata fis-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM, ma hijiex iddefinita. Ċertament, in-nota ta’ spjega relatata ma’ din is-subintestatura, kif tirriżulta min-noti ta’ spjega għan-NM ippubblikati mill-Kummissjoni fl-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>, tiċċita l-qali bħala eżempju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>proċess industrijali ta’ tnixxif<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Issa, minn naħa, din in-nota ma kinitx applikabbli fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ecco Sko</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑165/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:302">EU:C:2008:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, hija ġurisprudenza stabbilita li n-noti ta’ spjega għan-NM, filwaqt li jikkontribwixxu b’mod importanti għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi tariffarji, ma għandhomx saħħa vinkolanti ta’ liġi (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>LEK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑700/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:959">EU:C:2016:959</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tal-kliem, li għalihom id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdi ebda definizzjoni, għandha tiġi stabbilita konformement mas-sens abitwali fil-lingwa ta’ kuljum tagħhom, billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet li jridu jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha jifformaw parti (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>J. D.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑4/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:153">EU:C:2017:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>imnixxef<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, kif użata fis-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM, hija l-partiċipju passat tal-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>tnixxef<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li jfisser, b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>li tnixxef<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>isir niexef<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Skont is-sens abitwali tiegħu fil-lingwa ta’ kuljum, l-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>niexef<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jindika dak <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>li ma huwiex jew huwa miżjud bi ftit likwidu<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, iżda wkoll dak li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ddeidratat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, peress li l-produzzjoni ta’ għaġin timplika neċessarjament, fl-ewwel lok, l-użu ta’ likwidu, għaġin li l-umdità tiegħu hija estratta wara proċess ta’ produzzjoni sabiex isir fi stat niexef jista’, ġeneralment, jitqies bħala għaġin imnixxef. Min-naħa l-oħra, ma huwiex determinanti, f’dan ir-rigward, il-proċess li permezz tiegħu dan l-istat kien intlaħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna n-noodles fil-kawża prinċipali, mill-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dawn huma noodles li l-ewwel ġew imsajra minn qabel (bil-fwar), wara moqlija. Sussegwentement, dawn in-noddles ġew ippakkjati, fi stat niexef, fil-forma ta’ blokok żgħar. Konsegwentement, peress illi, fit-tmiem tal-proċess ta’ produzzjoni, in-noodles kienu ġew ippakkjati fi stat niexef, hemm lok li jitqiesu bħala għaġin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>imnixxef<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tas-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi aċċettat l-argument, difiż mill-qorti tar-rinviju kif ukoll minn Kreyenhop &amp; Kluge, li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>imnixxef<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> kif użata fis-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM, għandha tinftiehem bħala li tiddeskrivi prodott li kien is-suġġett ta’ proċess ta’ tnixxif fis-sens strett tal-kelma. Fil-fehma tagħhom, it-tnixxif ta’ ikel jikkostitwixxi mezz ta’ konservazzjoni, li jwassal biss għall-estrazzjoni ta’ umdità u li għandu jiġi distint mill-metodi ta’ tisjir bħall-qali, li jipprovoka, minbarra l-eliminazzjoni tal-ilma, diversi reazzjonijiet kimiċi kumplessi. Dan huwa rifless fis-subintestaturi differenti għan-NM, li għalhekk tagħmel distinzjonijiet bejn l-ikel ikkonservat u l-ikel ippreparat jew imsajjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li din l-interpretazzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>imnixxef<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ma ssibx bażi fil-formulazzjoni tan-NM. Sa fejn il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment, f’dan il-kuntest, għan-nota 2 tat-Taqsima 1 tan-NM, għandu jiġi kkonstatat, mingħajr ma jkun neċessarju li tittieħed pożizzjoni fuq il-punt dwar jekk din in-nota tapplikax jew le għan-NM kollha, li, fi kwalunkwe każ, ma jistax jiġi dedott minn din in-nota li għaġin imsajjar minn qabel u moqli ma għandux jitqies bħala mnixxef.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-istruttura tan-NM, għandu jiġi rrilevat li, fil-kuntest tal-intestatura 1902 ta’ din in-NM, distinzjoni ssir bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> (subintestaturi <FT TYPE="CN">190211</FT> u <FT TYPE="CN">190219</FT>), l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (subintestatura <FT TYPE="CN">190220</FT>) u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Għaġin ieħor<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (subintestatura <FT TYPE="CN">190230</FT>). Isegwi li din l-aħħar subintestatura, li taħtha taqa’ s-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT>, bilfors li tirreferi għal għaġin imsajjar u ppreparat mod ieħor li ma jkunx mimli. Dan huwa preċiżament il-każ għan-noodles inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġew imsajra (minn qabel) u moqlija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hekk kif issostni l-Kummissjoni, huwa importanti wkoll fl-interess taċ-ċertezza legali u sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Lutz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑556/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:777">EU:C:2017:777</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) li ma tiġix limitata l-portata tas-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> għan-NM unikament għall-għaġin li l-istat niexef tiegħu nkiseb minn tekniki li jservu unikament għall-konservazzjoni tiegħu u li jiġbdu biss ilma mill-prodotti pproċessati, mingħajr ma jbiddluhom b’mod ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, id-domanda għandha tiġi risposta li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> tagħha platti ta’ instant noodles, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma essenzjalment komposti minn blokka ta’ noodles imsajra minn qabel u moqlija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (L‑Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">19023010</FT> tagħha platti ta’ instant noodles, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma essenzjalment komposti minn blokka ta’ noodles imsajra minn qabel u moqlija</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>