|
12.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/47 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/604
tal-11 ta' April 2019
li temenda l-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-listi ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina
(notifikata bid-dokument C(2019) 2838)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(2)(b), l-Artikolu 17(3), l-ewwel inċiż tal-Artikolu 18(1), u l-frażi introduttiva u l-punt (b) tal-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE (3) tistabbilixxi fl-Anness I tagħha lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina u fl-Anness III tagħha lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinni ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/472/UE għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur. |
|
(4) |
Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-listi ta' pajjiżi terzi u territorji u partijiet minnhom stabbiliti fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE għandhom jiġu emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.
Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Jyrki KATAINEN
Viċi President
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE tas-26 ta' Awwissu 2010 dwar l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 74).
ANNESS
L-Anness I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
It-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/472/UE hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
It-tabella stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE hija emendata kif ġej:
|