|
24.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9955 — PSP/Aviva/20 Station Road)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 316/10)
1.
Fl-14 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Public Sector Pension Investment Board (“PSP”, il-Kanada), |
|
— |
Aviva Plc Group (“Aviva”, ir-Renju Unit); |
|
— |
20 Station Road (ir-Renju Unit). |
PSP u Aviva jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ 20 Station Road kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
PSP: ġestjoni tal-investiment tal-pensjonijiet tal-pjanijiet tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, tal-Forzi Armati Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. Hija tiġġestixxi portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u investimenti tal-kreditu. |
|
— |
Aviva: kumpanija inkorporata fir-Renju Unit u li hija kkwotata fil-Borża u li taħdem fis-settur tal-assikurazzjoni. Aviva Plc hija kkwotata fis-suq prinċipali tal-London Stock Exchange. Il-grupp ta’ Aviva jipprovdi firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-assikurazzjoni, tat-tfaddil u tal-investiment f’16-il pajjiż. Il-grupp ta’ Aviva huwa prinċipalment attiv fir-Renju Unit, Franza u l-Kanada iżda għandu wkoll operazzjonijiet f’pajjiżi oħra fl-Ewropa u l-Asja. |
|
— |
20 Station Road: proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fi 20 Station Road f’Cambridge, CB1, ir-Renju Unit. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9955 — PSP/Aviva/20 Station Road
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).