Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Fil-Kawża T‑300/05, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2005, tat-28 ta’ April 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 306M, p. 222), u, fil-Kawża T‑316/05, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005, tal-31 ta’ Mejju 2005, dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 330M, p. 176).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikorsi huma miċħuda.

2) Ir-Repubblika ta’Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.

3) Ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja għandhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom.