|
6.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/462
tat-2 ta’ Marzu 2023
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew minn kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, mill-kompartimenti tagħhom, iridu jkunu f’konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fil-provinċja tal-Quebec, li ġew ikkonfermati bejn il-31 ta’ Jannar 2023 u t-8 ta’ Frar 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni bi tliet tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fil-kontea ta’ Fife (1) u ż-żona ta’ Awtorità Lokali ta’ Stirling (1) fl-Iskozja, ir-Renju Unit, u fil-kontea ta’ Norfolk (1), fl-Ingilterra, ir-Renju Unit, li ġew ikkonfermati bejn it-2 ta’ Frar 2023 u l-21 ta’ Frar 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar għaxar tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fl-istati ta’ California (1), Kansas (1), New York (1), Mississippi (2) u Pennsylvania (5), fl-Istati Uniti, li ġew ikkonfermati bejn l-1 ta’ Frar 2023 u t-22 ta’ Frar 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(8) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ta’ kontroll ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(9) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jipprevjenu li l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja. |
|
(10) |
Barra minn hekk, il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ 15-il tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam fil-provinċji ta’ Alberta (3), British Columbia (2), Ontario (4), Quebec (3) u Saskatchewan (3), fil-Kanada li ġew ikkonfermati bejn id-19 ta’ Settembru 2022 u s-6 ta’ Diċembru 2022. |
|
(11) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu b’rabta ma’ sitt tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam fil-gżejjer Orkney (2) u f’East Ayrshire (1) fl-Iskozja, ir-Renju Unit, u f’kontej ta’ Cheshire (1) u ta’ Yorkshire (2), fl-Ingilterra, ir-Renju Unit li ġew ikkonfermati bejn it-28 ta’ Awwissu 2022 u t-8 ta’ Novembru 2022. |
|
(12) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti ssottemettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom b’rabta ma’ 77 tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam fl-istati ta’ Arkansas (1), California (7), Colorado (1), Iowa (2), Minnesota (16), Mississipi (1), Nebraska (1), New York (1), North Dakota (4), Oregon (1), Pennsylvania (3), South Dakota (15), Tennesse (1), Utah 16), Washington (3) u Wisconsin (4), l-Istati Uniti, li ġew ikkonfermati bejn id-29 ta’ Marzu 2022 u t-8 ta’ Diċembru 2022. |
|
(13) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu li l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat ta’ dik il-marda, il-Kanada u r-Renju Unit u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mill-Kanada, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti, u kkonkludiet li t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam ġew ikklerjati u ma għadx hemm riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni ta’ komoditajiet tal-pollam miż-żoni tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minn fejn id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam kien ġie sospiż wara dawk it-tifqigħat. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
|
(16) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru għall-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(17) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/139 (4) emenda l-Anness V u l-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 bl-emendar tar-ringieli għaż-żona CA-2.99 fl-Anness V u fl-Anness XIV billi stabbilixxa d-data tal-ftuħ ta’ din iż-żona li qabel kienet magħluqa fl-entrati għall-Kanada. Peress li nstabu xi żbalji dwar id-data tal-għeluq taż-żona CA-2.99 fl-Annessi V u XIV, jenħtieġ li r-ringieli għaż-żona CA-2.99 fl-Annessi V u XIV jiġu kkoreġuti kif xieraq. Jenħtieġ li din il-korrezzjoni tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/139. |
|
(18) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/268 (5) emenda l-Anness V u l-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 bl-emendar tar-ringieli GB-2.136 sa GB-2.218 fl-Anness V u fl-Anness XIV billi stabbilixxa d-dati tal-ftuħ ta’ dawn iż-żewġ żoni li qabel kienu magħluqa fl-entrati għar-Renju Unit. Peress li nstab żball wieħed dwar id-definizzjoni taż-żona GB-2.218 fl-Anness V, li jista’ joħloq konfużjoni, jenħtieġ li ssir enfasi dwar l-istabbiliment tad-dati tal-għeluq u tal-ftuħ għaż-żoni GB-2.136 u GB-2.218 fl-Anness V. Jenħtieġ li din il-korrezzjoni tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/268. |
|
(19) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
1. Fl-Anness V, fit-Taqsima B tal-Parti 1, fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.99 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“CA Il-Kanada |
CA-2.99 |
BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 |
N, P1 |
|
23.9.2022 |
13.1.2023”; |
2. Fl-Anness XIV, fit-Taqsima B tal-Parti 1, fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.99 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
“CA Il-Kanada |
CA-2.99 |
POU, RAT |
N, P1 |
|
23.9.2022 |
13.1.2023 |
|
GBM |
P1 |
|
23.9.2022 |
13.1.2023”; |
3. Fl-Anness V, fit-Taqsima B tal-Parti 1, fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żoni GB-2.136 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“GB Ir-Renju Unit |
GB-2.136 |
BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 |
N, P1 |
|
29.8.2022 |
17.1.2023”; |
4. Fl-Anness V, fit-Taqsima B tal-Parti 1, fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żoni GB-2.218 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“GB Ir-Renju Unit |
GB-2.218 |
BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 |
N, P1 |
|
24.10.2022 |
27.1.2023”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, fl-Artikolu 2, il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mill-21 ta’ Jannar 2023 u l-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw mill-10 ta’ Frar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/139 tat-18 ta’ Jannar 2023 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L 19, 20.1.2023, p. 76).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/268 tat-8 ta’ Frar 2023 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L 39, 9.2.2023, p. 5).
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
it-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV hija emendata kif ġej
|