6.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9058 — Sonae/Sonae Sierra)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 274/05)

1.   

Fit-30 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sonae, SGPS, SA (“Sonae”, il-Portugall), ikkontrollata minn Efanor Investimentos, SA (il-Portugall);

—

Sonae Sierra, SGPS, SA (“Sonae Sierra”, il-Portugall).

Sonae takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Sonae Sierra kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u minn emendi għall-Ftehim tal-Azzjonisti.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Sonae: distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut ta’ ikel u ta’ prodotti mhux tal-ikel u l-ġestjoni ta’ assi immobiljari relatati; kif ukoll telekomunikazzjonijiet, midja u teknoloġija. Gruppi ta’ kumpaniji oħra kkontrollati minn Efanor Investimentos, SA, huma attivi fil-produzzjoni ta’ twavel b’bażi tal-injam u prodotti relatati kif ukoll fit-turiżmu, l-ospitalità, l-fitness, l-enerġija, ir-refriġerazzjoni u HVAC;

—   Sonae Sierra: grupp ta’ bejgħ tal-proprjetà immobbli internazzjonali li jiżviluppa, jiġġestixxi u jinvesti f’assi ta’ bejgħ bl-imnut sostenibbli; u jipprovdi servizzi ta’ investiment, żvilupp u ġestjoni ta’ proprjetà. Sierra Sonae bħalissa hi kkontrollata minn Sonae and Grosvenor Investmenti SARL (il-Portugall).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9058 — Sonae/Sonae Sierra

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

IL-BELĠJU


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.