2002L0057 — MT — 01.01.2017 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/57/KE

tat-13 ta’ Ġunju 2002

fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra

(ĠU L 193 20.7.2002, p. 74)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/68/KE tad-19 ta’ Lulju 2002

  L 195

32

24.7.2002

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/45/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-28 ta’ Mejju 2003

  L 138

40

5.6.2003

►M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/61/KE tat-18 ta’ Ġunju 2003

  L 165

23

3.7.2003

►M4

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/117/KE tat-22 ta' Diċembru 2004

  L 14

18

18.1.2005

►M5

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/74/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Ġunju 2009

  L 166

40

27.6.2009

►M6

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/11 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-5 ta' Jannar 2016

  L 3

48

6.1.2016


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 154, 19.6.2010, p.  31 (2009/74/KE)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/57/KE

tat-13 ta’ Ġunju 2002

fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra



Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-produzzjoni għall-marketing, u għall-marketing ġewwa l-Komunità, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra maħsuba għall-produzzjoni agrikola imma mhux għall-finijiet ornamentali. M’għandhiex tapplika għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra intiża għall-produzzjoni agrikola imma mhux għall-finijiet ornamentali.

M’għandhiex tapplika għal żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra li tidher maħsuba għall-esportazzjoni lejn terzi pajjiżi.

Artikolu 2

1.  Għall-iskop ta’ din id-Direttiva:

(a) “marketing”: tfisser il-bejgħ, żamma bil-ħsieb ta’ bejgħ, offerta għall-bejgħ u kull tneħħija, provista jew trasferiment immirat għall-isfruttament kummerċjali tal-varjetà,

bħall-operazzjonijiet li ġejjin, m’għandhomx jitqiesu bħala marketing:

— il-provista ta’ żerriegħa lill-korpi uffiċjali tal-prova u l-ispezzjoni;

— il-provista ta’ żerriegħa lill-prodituri ta’ servizzi għall-ipproċesar jew l-ippakkjar, iżda l-fornitur tas-servizzi ma jakkwistax it-titolu għaż-żerriegħa hekk ipprovduta.

Il-provista ta’ żerriegħa taħt ċerti kondizzjonijiet lill-provedituri ta’ servizzi għall-produzzjoni ta ċerti materjali agrikoli mhux proċessati, maħsuba għall-iskopijiet industrijali, jew propagazzjoni taż-żerrriegħa għal dak l-iskop, m’għandiex titqies bħala “marketing”, iżda l-proveditur ta’ servizzi ma jakkwistax it-titolu jew għaż-żerriegħa hekk provduta jew għall-prodott tal-ħsad. Il-provditur taż-żerriegħa għandu jipprovdi lill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni b’kopja tal-partijiet rilevanti tal-kuntratt magħmula mal-provditur tas-servizzi u din għandha tinkludi l-istandards u l-kondizzjonijiet milħuqa fil-preżent miż-żerriegħa provduta.

Il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2);

(b) “pjanti taż-żejt u tal-fibra”: tfisser pjanti tal-ġeneri u l-ispeċi li ġejjin:



Arachis hypogaea L.

Karawett

►M5  Brassica juncea (L.) Czern. ◄

Mustarda kannella

Brassica napus L. (partim)

Nevew

►M5  Brassica nigra (L.) W.D.J. Koch ◄

Mustarda sewda

Brassica rapa L. var. silvestris(Lam.) Briggs

Rapa ta’ nevew

Cannabis sativa L.

Qanneb

Carthamus tinctorius L.

Safflower

Carum carvi L.

Kemmun

Glycine max (L.) Merr.

Fażola tas-soja

Gossypium spp.

Qoton

Helianthus annuus L.

Ġirasol

Linum usitatissimum L.

Pjanta ta’ l-għażel, kittien

►M5  Papaver somniferum L. – Il-Peprina ◄

Peprin ta’ l-oppju

Sinapis alba L.

Mustarda bajda;

▼M2

(ċ) Żerriegħa bażika: (varjetajiet għajr pjanti ibridi) tfisser żerriegħa

(i) li kienet prodotta taħt ir-responsabbilità tal-koltivatur skond il-prattiċi aċċettati għall-mautenzjoni tal-varjetà;

(ii) li hija intiża għall-produzzjoni taż-żerriegħa jew tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata” jew tal-kategoriji “żerriegħa ċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni” jew “żerriegħa ċertifikata, tieni ġenerazzjoni” jew, fejn xieraq, “żerriegħa ċertifikata, tielet ġenerazzjoni”;

(iii) li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annesi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

▼M4

(iv) li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii).

▼M2

(d) Żerriegħa bażika (pjanti ibridi)

1. “Żerriegħa bażika ta’ linji konġeniti” tfisser żerriegħa

(i) li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I u II għal żerriegħa bażika; u

▼M4

(ii) lli nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew, fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (i);

▼B

2. “Żerriegħa bażika ta’ ibridi sempliċi” tfisser żerriegħa

(i) li hija maħsuba għall-produzzjoni għall-ibridi inkroċjati tliet darbiet jew ibridi inkroċjati darbtejn;

(ii) li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

▼M4

(iii) li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew, fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, jew permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (i) u (ii);

▼B

(e) “żerriegħa ċertifikata”: rapa ta’ nevew, mustarda kannella, nevew, qanneb dioecious, safflower, mustarda sewda, kemmun, ġirasol, pepprin ta’ l-oppju, mustarda bajda) tfisser żerriegħa

(i) li kienet prodotta direttament miż-żerriegħa bażika jew, jekk il-koltivatur hekk jitlob, minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika u li tista’ tissodisfa u nstabet b’eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;

(ii) li hija intiża għall-finijiet li mhumiex il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra;

(iii) li, bla ħsara għad-dsposizzjonijiet tal-punt (b) ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata; u

▼M4

(iv) li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);

▼B

(f) “żerriegħa ċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni”: (karawett, qanneb monoecious, pjanta ta’ l-għażel, kittien, soja, qoton)

(i) li kienet prodotta direttament miż-żerriegħa bażika jew, jekk il-koltivatur hekk jitlob, minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika li tista’ tissodisfa u nstabet b’eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;

(ii) li hija maħsuba jew għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata, tieni ġenerazzjoni” jew, fejn xieraq, tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata, tielet ġenerazzjoni”, jew għall-iskopijiet li m’humiex tal-produzzjoni ta’ żerriegħa ta’ pjanti taz-zejt u tal-fibra;

(iii) li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata; u

▼M4

(iv) li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);

▼B

(g) “żerriegħa ċertifikata, tieni ġenerazzjoni”: (karawett, pjanta ta’ għażel, kittien, soja, qotton) tfisser żerriegħa

(i) li kienet prodotta direttament minn żerriegħa bażika, minn żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni jew, jekk il-koltivatur hekk jitlob, minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika u li tista’ tissodisfa u nstabet minn eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I u II għaż-żerriegħa bażika;

(ii) li hija maħsuba għall-iskopijiet li mhux għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra jew, fejn xieraq, li hija maħsuba għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata, tielet ġenerazzjoni”;

(iii) li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata; u

▼M4

(iv) li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);

▼B

(h) “żerriegħa ċertifikata, tieni ġenerazzjoni” (qanneb monoecius): iffisser żerriegħa

(i) li kienet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni li kienet stabbilita u kontrollata uffiċjalment għar-raġuni speċjali tal-produzzjoni taż-żerriegħa ċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni;

(ii) li hija intiża għall-produzzjoni tal-qanneb li jinħasad meta jwarrad;

(iii) li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata; u

▼M4

(iv) li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);

▼B

(i) “żerriegħa ċertifikata, tielet ġenerazzjoni”: (pjanta ta’ l-għażel, kittien) tfisser żerriegħa

(i) li hija ta’ nisel dirett miż-żerriegħa bażika, minn żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel jew it-tieni ġenerazzjoni jew, jekk il-koltivatur hekk jitlob, minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika u li tista’ tissodisfa u nstabet minn eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;

(ii) li hija intiża għall-iskopijiet li m’humiex il-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-pjanti taż-żejt jew tal-fibra;

(iii) li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata; u

▼M4

(iv) li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);

▼B

(j) “żerriegħa kummerċjali”: ifisser żerriegħa

(i) li hija identifikabbli li tappartjeni għal speċi;

(ii) li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5(b), tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness II għaż-żerriegħa kummerċjali, u

▼M4

(iii) li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i) u (ii).

▼B

(k) “miżuri uffiċjali”: tfisser miżuri meħuda

(i) mill-awtoritajiet ta’ l-Istat; jew

(ii) minn kull persuna legali kemm jekk gvernata bid-dritt pubbliku jew privat, li taġixxi taħt ir-responsabbilità ta’ l-Istat; jew

(iii) fil-każ ta’ attivitajiet anċillari li huma soġġetti wkoll għall-kontroll Statali, minn kull persuna naturali debitament maħlufa għal dak l-iskop,

iżda l-persuni msemmija taħt (ii) u (ii) ma jkollhom ebda gwadann minn dawn il-miżuri.

2.  L-emendi li għandhom isiru għal-lista ta’ l-ispeċi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom ikunu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2).

3.  It-tipi differenti ta’ varjetajiet, inkluż il-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jkunu speċifikati u mfissra skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2).

▼M1

3a.  Emendi li għandhom isiru fil-paragrafu 1(c) u (d) għall-għan li jkunu nklużi ibridi ta’ pjanti taż-żejt u fibri ħlief tal-ġirasol fl-iskop ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2);

▼B

4.  L-Istati Membri jistgħu:

(a) fil-każ taż-żerriegħa tal-pjanta ta’ l-għażel jew kittien, jinkludu diversi ġenerazzjonijiet fil-kategorija taż-żerriegħa bażika u jissuddividu din il-kategorija bil-ġenerazzjoni;

(b) jipprovdu li l-eżami uffiċjali biex tkun verifikata l-konformità mal-kondizzjoni preskritta fl-Anness II(I)(4) għall-Brassika napus ma jsirx fuq il-lottijiet kollha matul iċ-ċertifikazzjoni sakemm ma jkunx hemm dubju jekk il-kondizzjonijiet ġewx sodisfatti.

▼M4

5.  Meta l-eżaminazzjonijiet taħt sorveljanza uffiċjali msemmija fil-paragrafi (1)(ċ)(iv), (1)(d)(1)(ii), (1)(d)(2)(iii), (1)(e)(iv), (1)(f)(iv), (1)(g)(iv), (1)(h)(iv), (1)(i)(iv) u (1)(j)(iii) huma mwettqa, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

A. Spezzjoni fuq il-post

(a) L-ispetturi għandhom:

(i) ikollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa;

(ii) ma jiksbu l-ebda vantaġġ privat konness mat-twettiq ta' l-ispezzjonijiet;

(iii) ikunu mogħtija liċenzja b'mod uffiċjali mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż- żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat u din il-liċenzja għandha tinkludi jew il-ġurament ta' l-ispetturi jew il-firma mill-ispetturi ta' stqarrija ta' impenn bil-miktub għar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali;

(iv) jwettqu spezzjonijiet taħt is-sorveljanza uffiċjali skond ir-regoli applikabbli għal spezzjonijiet uffiċjali.

(b) L-uċuħ taż-żerriegħa li għandhom jiġu spezzjonati għandhom jitkabbru miż-żerriegħa li ġiet sottomessa għal kontroll uffiċjali ta' wara li r-riżultati tiegħu kienu sodisfaċenti.

(ċ) Proporzjon mill-uċuħ taż-żerriegħa għandhom jiġu kkontrollati minn spetturi uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %.

(d) Proporzjon tal-kampjuni mil-lottijiet ta' żerriegħa maħsuda minn uċuħ taż-żerriegħa għandhom jittieħdu għall-kontroll uffiċjali ta' wara u, fejn xieraq għal eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa fil-laboratorju fir-rigward ta' identità ta' varjetà u purità.

(e) L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Pieni jistgħu jinkludu l-irtirar tal-liċenzja prevista fi (a) (iii), minn spetturi li ngħataw liċenzja b'mod uffiċjali li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

B. Eżaminar taż-żerriegħa

(a) L-eżaminar taż-żerriegħa għandu jitwettaq minn laboratorji ta' l-eżaminar taż-żerriegħa li ġew awtorizzati għal dak l-għan mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fi (b) sa (d).

(b) Il-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkollu analista inkarigat li għandu responsabbilità diretta għall-operazzjonijiet tekniċi tal-laboratorju u li għandu kwalifiki meħtieġa għal amministrazzjoni teknika ta' laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa.

L-analisti taż-żerriegħa tiegħu għandu jkollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa miksuba f'korsijiet ta' taħriġ organizzati taħt kondizzjonijiet applikabbli għal analisti uffiċjali taż-żerriegħa u kkonfermati minn eżaminazzjonijiet uffiċjali.

Il-laboratorju għandu jinżamm f'bini u b'tagħmir kkunsidrat b'mod uffiċjali mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bħala sodisfaċenti bl-għan ta' eżaminar ta' żerriegħa, fil-firxa ta' applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni.

Għandu jwettaq eżaminar taż-żerriegħa b'metodi internazzjonali attwali.

(ċ) Il-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkun:

(i) laboratorju indipendenti,

jew

(ii) laboratorju ta' kumpanija taż-żerriegħa.

Fil-każ imsemmi fi (ii), il-laboratorju jista' jwettaq l-eżaminar taż-żerriegħa biss fuq lottijiet ta' żerriegħa prodotti f'isem il-kumpanija taż-żerriegħa li jagħmel parti minnha, sakemm ma sarx ftehim ta' xorta oħra ma dik il-kumpanija taż-żerriegħa, l-applikant għal ċertifikazzjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(d) L-eżekuzzjoni tal-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkun soġġett għal sorveljanza xierqa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(e) Għall-finijiet tas-sorveljanza msemmija f'(d) proporzjon tal-lottijiet taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għandu jingħata eżami ta' kontroll minn eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa. Dak il-proporzjon għandu jkun fil-prinċipju imxerred indaqs kemm jista' jkun fuq persuni fiżiċi u legali li jdaħħlu żerriegħa għal ċertifikazzjoni, u l-ispeċi mdaħħla, imma jista' jkun orjentat ukoll biex jelimina dubji speċifiċi. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %.

(f) L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-pieni jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni provduta fi (a), minn laboratorji għall-eżaminar taż-żerriegħa awtorizzati b'mod uffiċjali li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

▼B

6.  Jistgħu jkunu adottati miżuri oħra applikabbli biex isiru l-eżamijiet taħt is-superviżjoni uffiċjali skond il-proċeduta msemmija fl-Artikolu 25(2).

▼M4 —————

▼B

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa ta’:

Brassica napus L. (partim)

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Cannabis sativa L.

Carthamus tinctorius L.

Carum carvi L.

Gossypium spp.

Helianthus annuus L.

Linum usitatissimum L. (partim) – pjanta ta’ għażel, kittien

ma tistax titpoġġa fis-suq sakemm ma tkunx ġiet uffiċjalment ċertifikata bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra li ma jkunux dawk elenkati fil-paragrafu 1 ma jistgħux jitpoġġew fis-suq sakemm iż-żerriegħa ma tkunx ġiet ċertifikata uffiċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”, jew hija żerriegħa kummerċjali.

3.  Jista’ jkun provdut, taħt il-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2), li wara dati speċifikati ż-żerriegħa ta’ l-ispeċi tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra li m’humiex dawk elenkati fil-paragrafu 1 ma jistgħux jitpoġġew fis-suq sakemm ma kienx ċertifikat uffiċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżamijiet uffiċjali jsiru skond il-metodi internazzjonali kurrenti, safejn jeżistu dawn il-metodi.

Artikolu 4

Minkejja l-Artikolu 3(1) u (2), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li:

— żerriegħa mkabbra ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika, u

— żerriegħa kif imkabbra, mibjugħa għall-ipproċessar, tipprovdi li l-identità taż-żerriegħa hija assigurata,

tista’ titpoġġa fis-suq.

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu, bħala deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3:

(a) jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u l-marketing taż-żerriegħa bażika li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness II fir-rigward tal-ġerminazzjoni; għal dan l-iskop għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-fornitur jiggarantixxi ġerminazzjoni speċifika li għandu jistqarr għall-finijiet ta’ marketing fuq tikketta speċjali li jkollha ismu u l-indirizz u n-numru ta’ referenza tal-lott taż-żerriegħa;

(b) biex iż-żerriegħa tkun disponibbli malajr, minkejja l-fatt li l-eżami uffiċjali għall-verifika tal-konformità mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness II fir-rigward tal-ġerminazzjoni ma tlestiex, jawtorizzaw iċ-ċertifikazjoni uffiċjali jew l-approvazzjoni u l-marketing sa l-ewwel xerrej bil-kummerċ taż-żerriegħa tal-kategoriji “żerriegħa bażika”, “żerriegħa ċertifikata” tal-kategoriji kollha jew “żerriegħa kummerċjali”. Iċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni għandha tingħata biss mal-preżentazzjoni ta’ rapport analitiku proviżorju fuq iż-żerriegħa u sakemm jingħataw l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel riċevent; għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-fornitur jiggarantixxi l-ġerminazzjoni aċċertata fl-analiżi proviżorja; din il-ġerminazzjoni għandha tkun mistqarra għall-finijiet ta’ marketing fuq tikketta speċjali li jkollha l-isem u l-indirizz tal-fornitur u n-numru tar-referenza tal-lott.

Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal żerriegħa importata minn pajjiżi terzi, ħlief kif provdut mod ieħor fl-Artikolu 18 fir-rigward tal-moltiplikazzjoni barra l-Komunità.

L-Istati Membri li jużaw id-deroga provduta jew fil-punt (a) jew (b) għandhom jassistu lil xulxin b’mod amministrattiv fir-rigward ta’ l-ispezzjoni.

Artikolu 6

1.  Minkejja l-Artikolu 3(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw proċeduri fit-territorji tagħhom stess biex jpoġġu fis-suq:

(a) kwantitajiet żgħar taż-żerriegħa għall-finijiet xjentifiċi jew xogħol ta’ għażla;

(b) kwantitajiet xierqa ta’ żerriegħa għall-finijiet ta’ eżami jew prova, sakemm jappartjenu għall-varjetajiet li għalihom tkun saret applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu fl-Istat Membru in kwistjoni.

Fil-każ ta’ materjal modifikat ġenetikament, din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk il-miżuri kollha xierqa ttieħdu biex ikunu evitati l-effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent. Għall-istima tar-riskju ambjentali li għandu jsir f’dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/53/KE għandhom japplikaw konsegwentement.

2.  L-iskopijiet għal liema l-awtorizzazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1(b) jistgħu jingħataw, id-dispożizzjonijiet rigward l-immarkar tal-pakketti, u l-kwantitajiet u l-kondizzjonijiet taħt liema l-Istati Membri jistgħu jagħtu din l-awtorizzazzjoni, għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

3.  L-awtorizzazzjonijiet mogħtija qabel l-14 ta’ Diċembru 1998 mill-Istati Membri lill-produtturi fit-territorju tagħhom stess għall-finijiet murija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu fis-seħħ sad-determinazzjoni tad-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2. Imbagħad, dawn l-awtorizzazzjonijiet kollha għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti skond il-paragrafu 2.

Artikolu 7

L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II, jimponu ħtiġiet addizzjonali jew aktar iebsa għaċ-ċertifikazzjoni ta’ żerriegħa kif ukoll għall-eżami ta’ żerriegħa kummerċjali li hija prodotta fit-territorju tagħhom stess.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġenealoġiċi li jistgħu jenħtieġu hija, jekk il-koltivatur hekk jeħtieġ, trattata bħala konfidenzjali.

Artikolu 9

▼M4

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, għall-kontroll ta' varjetajiet, l-eżaminazzjoni taż-żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni u l-eżaminazzjoni taż-żerriegħa kummerċjali, kampjuni jittieħdu b'mod uffiċjali jew taħt sorveljanza uffiċjali skond il-metodi xierqa. Iżda it-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa bil-ħsieb ta' kontrolli skond l-Artikolu 22 għandhom jitwettqu b'mod uffiċjali.

▼M4

1a.  Meta t-teħid ta' kampjuni taħt sorveljanza uffiċjali previst fil-paragrafu (1) hu mwettaq, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

(a) It-teħid ta' kampjuni għandu jiġi mwettaq minn dawk li ġew awtorizzati jieħdu kampjuni ta' żerriegħa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fi (b), (ċ), u (d).

(b) Dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandu jkollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa miksuba f'korsijiet ta' taħriġ organizzati taħt kondizzjonijiet applikabbli għal dawk li jieħdu kampjuni taż-żerriegħa b'mod uffiċjali u kkonfermati minn eżaminazzjonijiet uffiċjali.

Għandhom iwettqu t-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa skond il-metodi internazzjonali attwali.

(ċ) Dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandhom ikunu:

(i) persuni fiżiċi indipendenti;

(ii) persuni mpjegati minn persuni fiżiċi jew legali li l-attivitajiet tagħhom ma jinvolvux il-produzzjoni ta' żerriegħa, it-tkabbir ta' żerriegħa, l-ipproċessar ta' żerriegħa jew il-kummerċ ta' żerriegħa,

jew

(iii) persuni mpjegati minn persuni fiżiċi jew legali li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu produzzjoni ta' żerriegħa, tkabbir ta' żerriegħa, proċessar ta' żerriegħa jew kummerċ ta' żerriegħa.

Fil-każ imsemmi fi (iii), dak li jieħu l-kampjuni taż-żerriegħa jista' jwettaq it-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa biss fuq lottijiet taż-żerriegħa prodotti f'isem min jimpjegah, sakemm ma sarx ftehim ta' xorta oħra bejn min jimpjegah, l-applikant għal ċertifikazzjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(d) L-eżekuzzjoni ta' dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandha tkun soġġetta għal sorveljanza xierqa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa. Meta t-teħid ta' kampjuni awtomatiku jkun qed jaħdem proċeduri xierqa għandhom jiġu mħarsa u sorveljati b'mod uffiċjali.

(e) Għall-finijiet tas-sorveljanza msemmija fi (d) proporzjon tal-lottijiet taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għandu jingħata eżami ta' kontroll minn dawk li jieħdu l-kampjuni ta' żerriegħa b'mod uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu ikun fil-prinċipju imxerred indaqs kemm jista' jkun fuq persuni fiżiċi u legali li jdaħħlu żerriegħa għal ċertifikazzjoni, u l-ispeċi mdaħħla, imma jista' jkun orjentat ukoll biex jelimina dubji speċifiċi. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %. Dan it-teħid ta' kampjuni għall-kontroll ma japplikax għat-teħid ta' kampjuni awtomatiku.

L-Istati Membri għandhom jqabblu l-kampjuni ta' żerriegħa meħuda b'mod uffiċjali ma' dawk ta' l-istess lott taż-żerriegħa meħuda taħt sorveljanza uffiċjali.

(f) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-pieni jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni prevista fi (a), minn dawk li huma awtorizzati b'mod uffiċjali biex jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa meħuda bħala kampjun hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

1b.  Miżuri ulterjuri applikabbli għat-twettiq tat-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa taħt sorveljanza uffiċjali jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2).

▼B

2.  Għall-eżami ta’ żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni u l-eżami ta’ żerriegħa kummerċjali, għandhom jinstiltu kampjuni mil-lottijiet omoġenji; il-piż massimu ta’ lott u l-piż minimu ta’ kampjun jingħataw fl-Anness III.

Artikolu 10

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ż-żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji kollha u żerriegħa kummerċjali tinbiegħ biss f’kunsinni suffiċjentement omoġenji u f’pakketti siġillati li jkollhom, kif preskritt fl-Artikoli 11 u 12, sistema ta’ siġillar u marki.

2.  L-Istati Membri jistgħu, għall-marketing ta’ kwantitajiet żgħar lill-konsumatur finali, jipprovdu għall-derogi mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ l-ippakkeġġjar, l-issiġillar u l-immarkar.

Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji kollha u żerriegħa kummerċjali, ikunu siġillati uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali b’tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema ta’ l-issiġillar jew titħalla evidenza ta’ tagħbis jew fuq it-tikketta uffiċjali provduta fl-Artikolu 12(1) jew fuq il-pakkett.

Biex ikun żgurat l-issiġillar, is-sistema ta’ siġillar għandu jkollha ta’ l-anqas jew it-tikketta uffiċjali jew t-twaħħil ta’ siġill uffiċjali.

Il-miżuri provduti fit-tieni subparagrafu fuq m’għandhomx ikunu meħtieġa meta hija użata sistema ta’ siġill li ma terġax tintuża.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), jista’ jkun stabbilit jekk sistema partikolari ta’ siġill hijiex skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

2.  Pakketti li kienu ssiġillati uffiċjalment m’għandhom jerġgħu jkunu siġillati mill-ġdid, kemm għal darba jew iżjed, ħlief uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali. Jekk il-pakketti huma siġillati mill-ġdid, il-fatt ta’ l-issiġillar mill-ġdid, l-aktar data riċenti ta’ l-issiġillar mill-ġdid u l-awtorità responsabbli għalih għandhom ikunu mistqarra fuq it-tikketta meħtieġa taħt l-Artikolu 12(1).

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-eċċezzjonijiet fil-paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar siġillati fit-territorju tagħhom stess. Il-kondizzjonijiet relatati ma’ dawn l-eċċezzjonijiet jistgħu jkunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 12

1.  L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li l-pakketti ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji kollha u żerriegħa kummerċjali:

(a) ikunu ittikkettjati fuq barra b’tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness IV u li fuqha tingħata l-informazzjoni f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għaż-żerriegħa bażika, ikħal għaż-żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni wara ż-żerriegħa bażika, aħmar għaż-żerriegħa ċertifikata ta’ ġenerazzjonijiet sussegwenti u kannella għaż-żerriegħa kummerċjali. ►M1  Fil-każ ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ assoċjazzjoni diversa, it-tikketta għandha tkun blu b’linja ħadra dijagonali; ◄ Meta tintuża tikketta b’toqba għall-ispag, it-twaħħil tagħha għandu jkun żgurat fil-każijiet kollha b’siġill uffiċjali. Jekk, fil-każijiet taħt l-Artikolu 5(a), iż-żerriegħa bażika ma tissodisfax il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness II dwar il-ġerminazzjoni, dan il-fatt għandu jingħad fuq it-tikketta. L-użu ta’ tikketti uffiċjali adeżivi għandu jkun awtorizzat. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) jista’ jkun awtorizzat l-istampar indelebbli taħt superviżjoni uffiċjali ta’ l-informazzjoni fuq il-pakkett skond il-mudell tat-tikketta;

(b) ikollhom dokument uffiċjali, fl-istess kulur bħat-tikketta, li jagħti ta’ l-inqas l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Anness IV(A)(a)(4), (5) u (6) u fil-każ ta’ żerriegħa kummerċjali, taħt (b) (2), (5) u (6). Dan id-dokument għandu jsir b’tali mod li ma jistax jitħawwad mat-tikketta uffiċjali msemmija taħt (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni hija stampata indelebilment fuq il-pakkett jew jekk, skond id-dispożizzjonijiet taħt (a), hija wżata tikketta adeżiva jew tikketta ta’ materjal li ma jitqattax.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar siġillati fit-territorju tagħhom stess. Kondizzjonijiet dwar dawn l-eċċezzjonijiet jistgħu jkunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

3.  Din id-Direttiva m’għandiex taffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li jeħtieġu li żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra li tintwera li hija meħtieġa għall-finijiet li m’humiex ta’ produzzjoni agrikola ma titpoġġiex fis-suq ħlief jekk dan il-fatt ma jkunx mistqarr fit-tikketta.

Artikolu 13

Skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2), jista’ jkun provdut li Stati Membri jistgħu jinħtieġu li, f’każijiet li ma jkunux dawk provduti f’din id-Direttiva, pakketti ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji kollha jew żerriegħa kummerċjali għadhom ikollhom tikketta tal-fornitur (li tista’ tkun jew tikketta separata mit-tikketta uffiċjali jew tieħu l-forma ta’ l-informazzjoni tal-fornituri stampata fuq il-pakkett innifsu). Id-dettalji li jistgħu jkunu provduti fuq tali tikketta għandhom ikunu stabbiliti ukoll skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 14

Fil-każ ta’ żerriegħa ta’ varjetà li kienet ġenetikament modifikata, kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew xort’oħra, li hija mwaħħla ma’ jew li takkumpanja l-lott taż-żerriegħa, taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandha tindika b’mod ċar li l-varjetà kienet modifikata ġenetikament.

Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull trattament kimiku ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji kollha jew żerriegħa kummerċjali ikun innutat jew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq it-tikketta tal-fornitur jew fuq il-pakkett jew ġewwa fih.

Artikolu 16

Għall-iskop tat-tfittxija ta’ alternattivi imtejba għal ċerti disposizjonijiet provduti f’din id-Direttiva, jista’ jkun deċiż li jkunu organizzati sperimenti termporanji taħt kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell tal-Komunità skond id-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 25(2).

Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jinħelsu minn ċerti obbligi provduti f’din id-Direttiva. Id-daqs ta’ dak ir-rilaxx għandu jkun definit b’riferenza għad-dispożizzjonijiet li japplikaw għaliha. It-tul ta’ l-esperiment m’għandux jaqbeż seba’ snin.

Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żerriegħa li hija mqiegħda fis-suq taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kemm mandatorji jew diskriminatorji, m’hiex soġġetta għar-restrizzjonijiet ta’ marketing fir-rigward tal-karatteristiċi, ħtiġiet ta’ eżami, immarkar u ssiġillar tagħha li ma jkunux dawk preskritti f’din jew kull Direttiva oħra.

Artikolu 18

Il-kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa mrobbija ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika tista’ titpoġġa fis-suq taħt l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4, għandhom ikunu kif ġej:

(a) għandha tkun spezzjonata uffiċjalment mill-awtorità kompetenti ta’ ċertifikazjoni skond id-dispożizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bażika;

(b) għandha tkun ippakkjata skond din id-Direttiva; u

(ċ) il-pakketti għandhom ikollhom tikketta uffiċjali li jkollha ta’ l-anqas iddettalji li ġejjin:

— awtorità ta’ ċertifikazzjoni u l-Istat Membru jew it-taqsiriet li jiddistingwuhom,

— numru tar-referenza tal-lott,

— xahar u sena ta’ l-issiġillar, jew

— xahar u sena ta’ l-aħħar kampjunatura uffiċjali għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni,

— speċji, indikati ta’ l-inqas taħt l-isem botaniku tagħha, li tinsta’ tingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, f’karattri rumani,

— varjetà, indikata gallinqas b'karattri Rumani

— id-deskrizzjoni “żerriegħa pre-bażika”,

— numru ta’ ġenerazzjonijiet li jiġu qabel żerriegħa fil-kategoriji “żerriegħa ċertifikata”, jew “żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni”.

It-tikketta għandha tkun bajda b’linja dijagonali vjola.

Artikolu 19

1.  Stati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra

— li kienet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew iżjed jew f’pajjiż terz li ngħata l-ekwivalenza taħt l-Artikolu 20(b), jew li kienet prodotta drettament mill-inkroċju ta’ żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru b’żerriegħa bażika uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u

— li nġabret fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/53/KE, tkun ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk dik iż-żerriegħa għaddiet minn spezzjoni fil-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżami uffiċjali juri li huma sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness II għall-istess kategorija.

Meta f’dawn il-każijiet iż-żerriegħa kienet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll ċertifikazjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk il-kondizzjonijiet preskritti għal dik il-kategorija huma sodisfatti.

2.  Żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra li nġabret fil-Komunità u li hija maħsuba għaċ-ċertifikazzjoni skond il-paragrafu 1 għandha:

— tkun ippakkjata u ttikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness V(A) u (B), skond l-Artikolu 11(1); u

— tkun akkumpanjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness V(Ċ).

Id-dispożizzjonijiet fl-ewwel subparagrafu fuq l-ippakkeġġjar u l-ittikkettjar jistgħu ma jkunux meħtieġa jekk l-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni fil-post, dawk li jagħmlu d-dokumenti għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa li ma kienux b’mod definittiv ċertifikati u dawk responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni huma l-istess, jew jekk jiftehmu fuq l-eżenzjoni.

▼M4

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri maħsuda fi pajjiż terz għanda, fuq talba, tiġi ċertifikata b'mod uffiċjali jekk:

(a) ġiet prodotta direttament minn:

(i) żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni ċertifikata jew f'Stat Membru wieħed jew 'iżjed jew f'pajjiż terz li ġie mogħti ekwivalenza taħt l-Artikolu 20 (1)(b);

jew

(ii) it-taħlit ta' żerriegħa bażika ċertifikata b'mod uffiċjali fi Stat Membru ma' żerriegħa bażika ċertifikata b'mod uffiċjali fi pajjiż terz msemmi fi (i);

(b) ġiet sottomessa għal spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi deċiżjoni ta' ekwivalenza magħmula taħt l-Artikolu 20 (1)(a) għall-kategorija rilevanti;

(ċ) eżaminazzjoni uffiċjali wriet li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għall-istess kategorija ġew sodisfatti.

▼M1

L-Artikolu 19a

1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u fibri li għandhom ikunu reklamati fil-forma ta’ assoċjazzjoni diversa.

2.  Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:

(a) “assoċjazzjoni diversa” tfisser assoċjazzjoni ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ ibrida li tiddependi fuq il-pollinaturi uffiċjalment imdaħħla taħt id-Direttiva 2002/53/KE b’żerriegħa ċertifikata ta’ pollinatur/i wieħed jew aktar, bl-istess mod imdaħħla, u mekkanikament maqgħuda fi proporzjonijiet stabbiliti flimkien mill-persuni responsabbli għall-manutenzjoni ta’ dawn il-komponenti, b’dik il-kombinazzjoni li kienet notifikata lill-awtorità ċertifikata;

(b) “ibridu dipendenti fuq il-pollinaturi” tfisser komponent sterili maskili fl-“assoċjazzjoni varjetali” (komponent femminili);

(c) “pollinatur/i” tfisser komponent li jxerred il-polline fl-“assoċjazzjoni varjetali” (komponent maskili).

3.  Iż-żerriegħa tal-komponenti femminili u maskili għandhom ikunu mlibbsa permezz ta’ lbies taż-żerriegħa b’kuluri differenti.

▼B

Artikolu 20

1.  Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina jekk:

(a) fil-każ provdut fl-Artikolu 18, l-ispezzjonijiet fil-post fil-pajjiż terz jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I;

▼M4

(b) żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibri li ġiet maħsuda f'pajjiż terz u li għandha l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward tal-karatteristiċi tagħha u l-arranġamenti għall-eżaminazzjoni tagħha, biex tiġi żgurata l-identità, għall-immarkar u għall-kontroll hi f'dawn l-aspetti ekwivalenti għal żerriegħa maħsuda fi ħdan il-Komunità u li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

▼B

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ kull Stat Membru ieħor mid-data ta’ l-adeżjoni tiegħu sad-data meta għandhom jidħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew disposizzjnijiet amministrativi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva.

Artikolu 21

1.  Biex titneħħa kull diffikultà temporanja li tiġri fil-provista ġenerali taż-żerriegħa bażika jew ċertifikata fil-Komunità u li ma tistax tingħeleb, jista’ jkun deċiż skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2) li l-Istati Membri għandhom jippermettu, għall-perjodu speċifikat, il-marketing ġewwa l-Komunità f’kwantitajiet meħtieġa biex ikunu riżolti d-diffikultajiet ta’ provista ta’ żerriegħa ta’ kategorija soġġetta għall-ħtiġiet anqas iebsin, jew ta’ żerriegħa ta’ varjetà mhux inkluża fil-Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli jew fil-katalogu nazzjonali ta’ varjetajiet ta’ l-Istati Membri.

2.  Għall-kategorija ta’ żerriegħa ta’ xi varjetà partikolari, it-tikketta uffiċjali għandha tkun dik provduta għall-kategorija korrispondenti; għal żerriegħa ta’ varjetajiet mhux inklużi fil-katalogi fuq imsemmija t-tikketta uffiċjali għandha tkun dik provduta għaz-zerriegħa kummerċjali. It-tikketta għandha dejjem tistqarr li ż-żerriegħa in kwistjoni hija ta’ kategorija li tissodisfa ħtiġiet anqas iebsa.

3.  Jistgħu jkunu adottati regoli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 22

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li spezzjonijiet uffiċjali jsiru fir-rigward tal-marketing ta’ żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra, ta’ l-anqas b’verifiki kaswali, biex tkun verifikata l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-moviment liberu taż-żerriegħa ġewwa l-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li huma forniti bid-dettalji li ġejjin matul il-marketing ta’ kwantitajiet li jaqbżu żewġ kilogrammi ta’ żerriegħa importata minn terzi pajjizi:

(a) speċi

(b) (b)varjeta;

(ċ) kategorija;

(d) pajjiż ta’ produzzjoni u l-awtorità ta’ spezzjoni uffiċjali;

(e) pajjiż ta’ spedizzjoni;

(f) importatur;

(g) kwantità ta’ żerriegħa.

Il-mod kif dawn id-dettalji huma preżentati jistgħu jkunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

▼M3

L-Artikolu 23

1.  Testijiet u provi tal-Komunità għandhom jitwettqu fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni ta’ żerriegħa tax-xtieli taż-żejt u tal-fibra mqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk obbligatorji jew liberi, u meħuda waqt li jittħedu l-kampjuni. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

— żerriegħa maqlugħa f’pajjiżi barranin,

— żerriegħa tajba għall-biedja organika,

— żerriegħa mqiegħda fis-suq relatata mal-konservazzjoni fil-post u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi tax-xtieli.

2.  Dawn it-testijiet u provi komparattivi għandhom jintużaw biex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ ħruġ ta’ ċertifikati u biex jiċċekkjaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa għandha tkun konformi.

3.  Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25(1) dwar l-arranġamenti tekniċi biex isiru t-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom.

4.  Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijiet u provi previsti fil-paragrafi 1 u 2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mgħandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-budget.

5.  It-testijiet u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, u regoli dettaljati għad-dispożizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 25(2).

6.  It-testijiet u l-provi previsti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jsiru biss mill-awtoritajiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu bir-responsabbiltà ta’ l-Istat.

▼B

Artikolu 24

Għandhom ikunu adottati emendi li għandhom isiru għall-kontenut ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ l-għarfien xjentifiku jew tekniku skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 25

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti fuq Żerriegħa u Materjal Propaganti għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Selvikultura, stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 66/399/KEE ( 1 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal xahar.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 26

Ħlief kif provdut xort’oħra fl-Anness II dwar il-preżenza ta’ mard, organiżmi dannużi u l-vetturi tagħhom, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjoniiet tal-liġijiet nazzjonali ġustifikati fuq il-bażi tal-ħarsien tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti jew il-protezzjoni ta’ propjetà industrijali u kummerċjali.

Artikolu 27

1.  Jistgħu jkunu stabbiliti kondizzjonijiet speċifiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) biex jikkonsidraw l-iżviluppi fl-oqsma ta’:

(a) kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa trattata kimikament tista’ tkun mibjugħa;

(b) kondizzjonijiet taħt liema ż-żerriegħa tista’ tinbiegħ fir-rigward tal-konservazzjoni fil-post u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, inkluż taħlitiet taż-żerriegħa ta’ speċi li jinkludu wkoll speċi elenkati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/53/KE, u huma assoċjati ma’ ambjent naturali u huma mhedda b’erożjoni ġenetika;

(ċ) kondizzjonijiet li taħthom żerriegħa xierqa għall-produzzjoni organika tista’ tiġi mibjugħa.

2.  Il-kondizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jinkludu partikolarment il-punti li ġejjin:

(a) iż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċi għandhom ikunu ta’ provenjenza magħrufa approvata mill-Awtorità xierqa f’kull Stat Membru għall-marketing taż-żerriegħa f’oqsma definiti;

(b) restrizzjonijiet kwantitattivi xierqa.

Artikolu 28

Ma’ l-applikazzjoni minn Stat Membru, li tkun ittrattata kif imsemmi fl-Artikolu 25(2), dak l-Istat jista’ jkun rilaxxat għal kollox jew parzjalment mill-obbligu li japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 17:

(a) fir-rigward ta’ l-ispeċi li ġejjin:

— Safflower;

(b) fir-rigward ta’ speċi oħra li m’humiex normalment riprodotti jew mibjugħa fit-territorju tiegħu.

Artikolu 29

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tinforma l-Istati Membri l-oħra b’dan.

Artikolu 30

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni għandha tissottometti valutazzjoni dettaljata tas-simplifikazzjonijiet tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni introdotti bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/96/KE. Din il-valutazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-effetti possibbli fuq il-kwalità taż-żerriegħa.

Artikolu 31

1.  Id-Direttiva 69/208/KEE kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness VI parti A, hija b’dan mħassra mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar l-iskadenzi għat-trasposizzjoni tad-Direttivi msemmija miġjuba fl-Anness VI parti B.

2.  Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 32

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 33

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M5




ANNESS I

KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI MILL-PRODOTT

1.

Il-prodott ta’ qabel tal-għalqa ma jridx ikun inkompatibbli mal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ispeċi u l-varjetà tal-prodott, u l-għalqa għandha tkun biżżejjed ħielsa minn dawn il-pjanti li huma volontieri mill-prodott ta’ qabel.

Fil-każ tal-ibridi ta’ Brassica napus, il-prodott għandu jiġi kkultivat fuq art ta’ produzzjoni fejn ma ġewx imkabbra l-pjanti Brassicaceae (Cruciferae) f’dawn l-aħħar ħames snin.

2.

Il-prodott għandu jikkonforma mal-istandards li ġejjin fir-rigward ta’ distanzi minn sorsi mill-viċin ta’ trab dakkari li jista’ jirriżulta f’dakkir barrani mhux mixtieq:



Prodott

Distanza minima

►C1  Brassica spp. għajr Brassica napus, Cannabis sativa għajr Cannabis sativa unisesswali, Carthamus tinctorius, Carum carvi, Sinapis alba: ◄

 

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

400 m

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

200 m

Brassica napus:

 

—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika ta’ varjetajiet apparti l-ibridi

200 m

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika tal-ibridi

500 m

—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ varjetajiet apparti l-ibridi

100 m

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata tal-ibridi

300 m

Cannabis sativa, Cannabis sativa unisesswali:

 

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

5 000 m

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

1 000 m

Helianthus annuus:

 

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika tal-ibridi

1 500 m

—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika ta’ varjetajiet apparti l-ibridi

750 m

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

500 m

Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense:

 

►C1  
—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika ta’ Gossypium hirsutum,  ◄

100 m

►C1  
—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika ta’ Gossypium barbadense,  ◄

200 m

—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ varjetajiet mhux ibridi u ta’ ibridi intraspeċifiċi ta’ Gossypium hirsutum prodott mingħajr Sterilità Ċitoplastika Maskili (CMS)

30 m

—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ ibridi intraspeċifiċi ta’ Gossypium hirsutum prodotti bis-CMS

800 m

—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ varjetajiet mhux ibridi u ta’ ibridi intraspeċifiċi ta’ Gossypium barbadense prodott mingħajr CMS

150 m

—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ ibridi intraspeċifiċi ta’ Gossypium barbadense prodotti bis-CMS

800 m

—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ ibridi fissi intraspeċifiċi ta’ Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense

200 m

—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ ibridi fissi intraspeċifiċi ta’ Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense u ta’ ibridi prodotti mingħajr is-CMS

150 m

—  għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ ibridi ta’ Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense prodotti bis-CMS

800 m

Dawn id-distanzi jistgħu jkunu mwarrba jekk hemm protezzjoni biżżejjed minn kull dakkir barrani.

3.

Il-prodott għandu jkollu identità u purezza varjetali suffiċjenti jew, fil-każ ta’ prodott ta’ linja konġenita, identità u purezza suffiċjenti relattivi għall-karatteristiċi tiegħu.

Għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet ibridi, id-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija għandhom japplikaw ukoll għall-karatteristiċi tal-komponenti, li jinkludu sterilità maskili u r-restorazzjoni tal-fertilità.

B’mod partikolari, il-prodotti Brassica juncea, Brassica nigra, Cannabis sativa, Carthamus tinctorius, Carum carvi, Gossypium spp. u l-ibridi Helianthus annuus u Brassica napus għandhom iħarsu standards oħra jew il-kundizzjonijiet li ġejjin:

A.  Brassica juncea, Brassica nigra, Cannabis sativa, Carthamus tinctorius, Carum carvi u Gossypium spp. għajr ibridi:

l-għadd ta’ pjanti tal-ispeċijiet tal-prodott li huma meqjusa, b’mod ċar, bħala li mhumiex konformi mal-varjetà ma għandhomx jaqbżu:

— wieħed għal kull 30 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika,

— wieħed għal kull 10 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata;

B. Ibridi ta’ Helianthus annuus:

(a) il-perċentwal skont l-għadd tal-pjanti li huma rikonoxxibbli bħala li ovvjament mhumiex veraċi għal-linja konġenita jew għall-komponent ma għandux jaqbeż:



(aa)  għall-produzjoni taż-żerriegħa bażika:

 

(i)  linji konġeniti

0,2 %

(ii)  ibridi sempliċi:

 

—  ġenitur maskili, pjanti li jkunu farfru t-trab dakkari waqt li 2 % jew aktar mill-pjanti femminili jkollhom fjuri riċettivi

0,2 %

—  ġenitur femminili

0,5 %

(bb)  għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata:

 

—  il-komponent maskili, pjanti li jkunu farfru t-trab dakkari waqt li 5 % jew aktar mill-pjanti femminili jkollhom fjuri riċettivi

0,5 %

—  komponent femminili

1,0 %

(b) L-istandards jew kundizzjonijiet oħra li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-varjetajiet ibridi:

(aa) biżżejjed trab dakkari għandu jfarfar mill-pjanti tal-komponent maskili waqt li l-pjanti tal-komponent femminili huma bil-fjuri;

(bb) fejn il-komponenti femminili għandhom stigmi riċettivi, il-persentaġġ ta’ pjanti b’dan il-komponent li waqqgħu t-trab dakkari jew li qed iwaqqgħu t-trab dakkari ma għandux jaqbeż 0,5 %;

(cc) għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika l-perċentwal totali skont l-għadd tal-pjanti tal-komponent feminili li huma rikonoxxibbli bħala li huma ovvjament mhux veri għall-komponent u li farfru t-trab dakkari jew qed ifarfru t-trab dakkari ma għandux jaqbeż 0,5 %;

(dd) meta l-kundizzjoni preskritta f’Anness II(I)(2) ma tistax tkun sodisfatta, għandhom jiġu ssodisfatti dawn il-kundizzjonijiet: għandu jiġi użat komponent maskili sterili sabiex jipproduċi żerriegħa ċċertifikata bl-użu ta’ komponent maskili li jkun fih linja jew linji speċifiċi ta’ radd lura sabiex terz mill-pjanti mill-ibridu li jirriżultaw irid jipproduċi trab dakkari li f’kull rispett jidher normali;

C. Ibridi ta’ Brassica napus, prodotti billi ntużat sterilità maskili:

(a) il-perċentwal skont l-għadd tal-pjanti li huma rikonoxxibbli bħala li ovvjament mhumiex veraċi għal-linja konġenita jew għall-komponent ma għandux jaqbeż:



(aa)  għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

(i)  linji konġeniti

0,1 %

(ii)  ibridi sempliċi

—  komponent maskili

0,1 %

—  komponent femminili

0,2 %

(bb)  għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

—  komponent maskili

0,3 %

—  komponent femminili

1,0 %

(b) L-isterilità maskili għandha tkun minn tal-inqas 99 % tal-produzzjoni għaż-żerriegħa bażika u 98 % għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata. Il-livell ta’ sterilità maskili għandu jkun stmat fuq eżami tal-fjuri fin-nuqqas ta’ anteri fertili;

D. L-ibridi ta’ Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense:

(a) il-prodotti għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika ta’ linji parentali Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense, il-purità minima varjetali kemm tal-linji parentali femminili u maskili għandhom ikunu 99,8 % meta 5 % jew aktar tal-pjanti li jġorru ż-żerriegħa jkollhom fjuri riċettivi tat-trab dakkari. Il-livell ta’ sterilità maskili tal-linja parenteli li jġorru żerriegħa għandu jkun stmat mill-eżaminazzjoni tal-fjuri għall-presenza ta’ anteri sterili u ma għandux ikun inqas minn 99,9 %

(b) fi prodotti li jipproduċu żerriegħa ċċertifikata ta’ varjetajiet ibridi ta’ Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense, il-purezza varjetali minima tal-ġenitur li jġorr iż-żerriegħa u tal-linja tal-parenteli tat-trab dakkari għandha tkun 99,5 % meta 5 % jew aktar ta’ pjanti li fihom iż-żerriegħa għandhom fjuri riċettivi għat-trab dakkari. Il-livell ta’ sterilità maskili tal-linja tal-ġenitur li jġorr żerriegħa għandu jiġi stimat bl-eżaminazzjoni tal-fjuri għall-presenza ta’ anteri sterili u ma għandux ikun inqas minn 99,7 %.

4.

Organiżmi ta’ ħsara li jnaqqsu l-utilità taż-żerriegħa għandhom ikunu fl-anqas livell possibbli. Fil-każ ta’ Glycine max. din il-kundizzjoni hi applikabbli għall-organiżmi Pseudomonas syringae pv. glycinea, Diaporthe phaseolorum var. caulivora and var. sojae, Phialophora gregata u Phytophthora megasperma f.sp. glycinea.

5.

It-twettiq ta’ standards oħra jew kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom, fil-każ ta’ żerriegħa bażika, ikunu eżaminati fi spezzjonijiet uffiċjali fil-post jew fi spezzjonijiet magħmula taħt is-superviżjoni uffiċjali. Dawn l-ispezzjonijiet fil-post għandhom isiru skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

A. Il-kundizzjoni u l-istadju tal-iżvilupp tal-prodott għandhom jippermettu eżami adegwat.

B. F’każijiet għajr prodotti ta’ ibridi ta’ Helianthus annuus, Brassica napus, Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense, għandu jkun hemm minn tal-inqas spezzjoni waħda.

Fil-każ ta’ ibridi ta’ Helianthus annuus għandu jkun hemm minn tal-inqas żewġ spezzjonijiet.

Fil-każ ta’ ibridi ta’ Brassica napus għandu jkun hemm minn tal-inqas tliet spezzjonijiet: l-ewwel waħda għandha ssir qabel il-fażi ta’ twarrid, it-tieni fil-bidu tat-twarrid u t-tielet fl-aħħar tal-fażi tat-twarrid.

Fil-każ tal-ibridi ta’ Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense għandhu jkun hemm tal-anqas tliet ispezzjonijiet: l-ewwel waħda għandha ssir fil-bidu bikri tat-twarrid, it-tieni qabel l-aħħar tal-fażi tat-twarrid u t-tielet fl-aħħar tal-fażi tat-twarrid wara t-tneħħija, fejn adatt, tal-pjanti tal-ġenitur tat-trab tad-dakkir.

C. Il-qies, l-għadd u d-distribuzzjoni tal-proporzjonijiet tal-għalqa li sejra tkun spezzjonata biex ikun eżaminat is-sodisfazzjon tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Anness, għandhom ikunu stabbiliti bi qbil ma’ metodi xierqa.




ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI MIŻ-ŻERRIEGĦA

I.   ŻERRIEGĦA BAŻIKA U ĊĊERTIFIKATA

1.

Iż-żerriegħa għandha jkollha biżżejjed identità u purità varjetali. B’mod partikolari, żrieragħ tal-ispeċijiet elenkati hawn isfel għandhom jikkonformaw ma’ standards oħra jew mal-kundizzjonijiet li ġejjin:



Speċi u kategorija

Purità minima varjetali

(%)

Arachis hypogaea:

 

—  żerriegħa bażika

99,7

—  żerriegħa ċċertifikata

99,5

Brassica napus apparti l-ibridi, apparti varjetajiet oħra li għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ għalf, Brassica rapa, apparti l-varjetajiet li jintużaw biss għall-finijiet ta’ għalf

 

—  żerriegħa bażika

99,9

—  żerriegħa ċċertifikata

99,7

Brassica napus spp. apparti l-ibridi, il-varjetajiet li jridu jintużaw biss għall-finijiet ta’ għalf, Brassica rapa, varjetajiet li jintużaw biss għall-finijiet ta’ għalf, Helianthus annuus, apparti l-varjetajiet ibridi inklużi l-komponenti tagħhom, Sinapis alba:

 

—  żerriegħa bażika

99,7

—  żerriegħa ċċertifikata

99,0

Glycine max:

 

—  żerriegħa bażika

99,5

—  żerriegħa ċċertifikata

99,0

Linum usitatissimum:

 

—  żerriegħa bażika

99,7

—  żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni

98,0

—  żerriegħa ċċertifikata, it-tieni u t-tielet ġenerazzjoniet

97,5

Papaver somniferum:

 

—  żerriegħa bażika

99,0

—  żerriegħa ċċertifikata

98,0

Il-varjetà minima varjetali għandha tkun eżaminata l-aktar fl-ispezzjonijiet fil-post magħmula skont il-kundizzjonijiet preskritti fl-Anness I.

2.

Fil-każ ta’ ibridi ta’ Brassica napus prodotti billi ntużat sterilità maskili, iż-żerriegħa għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet u l-istandards stabbiliti fil-punti (a) sa (d).

(a) Iż-żerriegħa għandha jkollha identità u purezza suffiċjenti relatati mal-karatteristiċi varjetali tal-komponenti tagħha, li jinkludu sterilità maskili jew restorazzjoni tal-fertilità.

▼M6

(b) Il-purezza varjetali minima taż-żerriegħa għandha tkun:

— żerriegħa bażika, komponent femminili: 99,0 %;

— żerriegħa bażika, komponent maskili: 99,9 %;

— żerriegħa ċċertifikata ta' varjetajiet tal-kolza tax-xitwa Żvediżi: 90,0 %;

— żerriegħa ċċertifikata ta' varjetajiet tal-kolza tar-rebbiegħa Żvediżi: 85,0 %.

▼M5

(c) Iż-żerriegħa tista’ tkun iċċertifikata biss wara li ttieħdu testijiet wara l-kontrolli uffiċjali fuq kampjuni ta’ żerriegħa bażika li ttieħdu uffiċjalment u magħmula waqt l-istaġun tat-tabbir taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni, l-iskop tal-kontrolli hu li jiġi vverifikat jekk iż-żerriegħa bażika tissodisfax il-ħtiġiet ta’ identità relatati mal-karatteristiċi tal-komponenti, li jinkludu sterilità maskili u l-istandards għaż-żerriegħa bażika stabbiliti fir-rigward ta’ purezza varjetali minima stabbilita fil-punt (b).

Fil-każ ta’ żerriegħa bażika ta’ ibridi, il-purezza varjetali tista’ tiġi stmata b’metodi bijokimiċi approprijati.

(d) Il-konformità mal-istandards relatati mal-purezza varjetali minima stabbiliti fil-punt (b) fir-rigward ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ ibridi għandhom ikunu osservati minn testijiet li jsiru wara l-kontrolli uffiċjali fuq proporzjon ta’ kampjun adatt li jittieħed uffiċjalment. Jistgħu jintużaw metodi bijokimiċi approprijati.

3.

Meta l-kundizzjoni stipulata f’Anness I(3)(B)(b)(dd) ma tistax tkun sodisfatta, għandha tiġi sodisfatta l-kundizzjoni li ġejja: fejn intużaw għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ ibridi ta’ Helianthus annuus komponent femminili maskili-sterili u komponent maskili li ma jistabbilixxix mill-ġdid il-fertilità maskili, iż-żerriegħa prodotta mill-ġenitur maskili-sterili għandha titħallat ma’ żerriegħa prodotta mill-ġenitur kompletament fertili taż-żerriegħa. Ir-rapport ta’ żerriegħa tal-ġenitur b’sterilità maskili mal-ġenitur b’fertilità maskili ma għandhiex taqbeż tnejn għal wieħed.

4.

Iż-żerriegħa għandha tikkonforma ma’ standards jew mal-kundizzjonijiet oħra fir-rigward tat-tfellis, purità analitika u kontenut taż-żrieragħ tal-ispeċijiet ta’ pjanti oħra inkluż Orobanche spp.:

A. Tabella:



Speċi u kategorija

Tfellis minimu

(% ta’ żerriegħa pura)

Purità analitika

Kontenut massimu skont l-għadd ta’ żrieragħ ta’ speċijiet ta’ pjanti oħrajn f’kampjun tal-piż speċifikat fil-kolonna 4 tal-Anness III

(total għal kull kolonna)

Kundizzjonijiet rigward il-kontenut taż-żrieragħ Orobanche

Purità analitika minima

(% f’piż)

Kontenut massimu ta’ żriergħa ta’ pjanti ta’ speċijiet oħra

(% f’piż)

Speċijiet oħra ta’ pjanti (a)

Avena fatua, Avena sterilis

Cuscuta spp.

Raphanus raphanistrum

Rumex spp. apparti Rumex acetosella

Alopecurus myosuroides

Lolium remotum

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

Arachis hypogaea

70

99

—

5

0

0 (c)

 

 

 

 

 

Brassica spp.

—  żerriegħa bażika

85

98

0,3

—

0

0 (c) (d)

10

2

 

 

 

—  żerriegħa ċċertifikata

85

98

0,3

—

0

0 (c) (d)

10

5

 

 

 

Cannabis sativa

75

98

—

30 (b)

0

0 (c)

 

 

 

 

(e)

Carthamus tinctorius

75

98

—

5

0

0 (c)

 

 

 

 

(e)

Carum carvi

70

97

—

25 (b)

0

0 (c) (d)

10

 

3

 

 

Glycine max

80

98

—

5

0

0 (c)

 

 

 

 

 

Gossypium spp.

80

98

—

15

0

0 (c)

 

 

 

 

 

Helianthus annuus

85

98

—

5

0

0 (c)

 

 

 

 

 

Linum usitatissimum:

—  kittien

92

99

—

15

0

0 (c) (d)

 

 

4

2

 

—  żerriegħa tal-kittien

85

99

—

15

0

0 (c) (d)

 

 

4

2

 

Papaver somniferum

80

98

—

25 (b)

0

0 (c) (d)

 

 

 

 

 

Sinapis alba:

—  żerriegħa bażika

85

98

0,3

—

0

0 (c) (d)

10

2

 

 

 

—  żerriegħa ċċertifikata

85

98

0,3

—

0

0 (c) (d)

10

5

 

 

 

B. Standards oħra jew kundizzjonijiet applikabbli meta ssir referenza dwarhom fit-tabella taħt it-Taqsima I(4)(A) ta’ dan l-Anness:

(a) il-kontenut massimu ta’ żrieragħ preskritti fil-kolonna 5 jinkludi wkoll żrieragħ tal-ispeċi fil-kolonni 6 sa 11;

(b) id-determinazzjoni tal-kontenut totali ta’ żrieragħ ta’ speċi oħra ta’ pjanti skont l-għadd ma għandhomx għalfejn isiru sakemm ma jkunx hemm dubju jekk il-kundizzjonijiet preskritti fil-kolonna 5 ġew sodisfatti;

(c) id-determinazzjoni ta’ żrieragħ Cuscuta spp. skont l-għadd ma għandux għalfejn isir sakemm ma jkunx hemm dubju jekk il-kundizzjonijiet preskritti fil-kolonna 7 ġewx sodisfatti;

(d) il-preżenza ta’ żerriegħa waħda Cuscuta spp. f’kampjun tal-piż preskritt ma għandhiex titqies bħala impurità meta t-tieni kampjun tal-istess piż hu ħieles minn kull żerriegħa Cuscuta spp.;

(e) iż-żerriegħa għandha tkun ħielsa minn Orobanche spp.; iżda l-preżenza ta’ żerriegħa waħda Orobanche spp.; f’kampjun ta’ 100 gramma ma għandhiex titqies bħala impurità meta t-tieni kampjun ta’ 200 gramma hu ħieles minn kull żrieragħ Orobanche spp.

5.

Organiżmi ta’ ħsara li jnaqqsu l-utilità taż-żerriegħa għandhom ikunu fl-anqas livell possibbli. B’mod partikolari, iż-żerriegħa għandha tħares standards oħra jew il-kundizzjonijiet li ġejjin:

A. Tabella:



Speċijiet

Organiżmi ta’ ħsara

Persentaġġ massimu ta’ għadd ta’ żrieragħ ikkontaminati minn organiżmi ta’ ħsara

(total għal kull kolonna)

Sclerotinia sclerotiorum(għadd massimu ta’ sclerotia jew frammenti ta’ sclerotia f’kampjun tal-piż speċifikat fil-kolonna 4 tal-Anness III)

Botrytis spp.

Alternaria linicola, Phoma exigua var. linicola, Colletotrichum linicola, Fusarium spp.

Platyedra gossypiella

1

2

3

4

5

Brassica napus

 

 

 

10 (b)

Brassica rapa

 

 

 

5 (b)

Cannabis sativa

5

 

 

 

Gossypium spp.

 

 

1

 

Helianthus annuus

5

 

 

10 (b)

Linum usitatissimum

5

5 (a)

 

 

Sinapis alba

 

 

 

5 (b)

B. Standards oħra jew kundizzjonijiet applikabbli meta ssir referenza dwarhom fit-tabella taħt it-Taqsima I(5)(A) ta’ dan l-Anness:

(a) f’Linum usitatissimum — kittien, il-persentaġġ skont l-għadd taż-żrieragħ ikkontaminati minn Phoma exigua var. linicola ma għandux jaqbeż il-wieħed;

(b) id-determinazzjoni tas-sclerotia jew frammenti ta’ sclerotia ta’ Sclerotiorum skont l-għadd ma għandhiex għalfejn issir sakemm mhemmx dubju jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-kolonna 5 ta’ din it-tabella ġew sodisfatti.

C. Standards partikolari jew kundizzjonijiet oħra applikabbli għal Glycine max:

(a) fir-rigward ta’ Pseudomonas syringae pv. glycinea l-għadd massimu ta’ sub-kampjuni f’kampjun minimu ta’ 5 000 żerriegħa kull lott suddiviżi f’ħames sub-kampjuni li nstabu li huma kontaminati mill-imsemmi organiżmu ma għandux jaqbeż erbgħa;

meta jkunu identifikati kolonji suspetti fil-ħames sub-kampjuni, provi xierqa bijokimiċi fuq il-kolonji suspetti iżolati fuq medju preferenzjali għal kull sub-kampjun jistgħu jintużaw biex jikkonfermaw l-istandards jew kundizzjonijiet ta’ hawn fuq;

(b) fir-rigward ta’ Diaporthe phaseolorum var. phaseolorum l-għadd massimu ta’ żrieragħ kontaminati ma għandux jaqbeż 15 %;

(c) il-perċentwal bil-piż ta’ materja inerti, kif definita skont il-metodi ta’ prova kurrenti internazzjonali, ma għandux jaqbeż 0,3.

Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati biex ma jagħmlux eżami fir-rigward tal-istandards imsemmija hawn fuq jew kundizzjonijiet oħra, sakemm, fuq il-bażi ta’ esperjenza ta’ qabel, ma jkunx hemm dubju jekk dawn l-istandards jew kundizzjonijiet ġewx sodisfatti.

II.   ŻERRIEGĦA KUMMERĊJALI

Bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 1, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness II(I) għandhom japplikaw għaż-żerriegħa kummerċjali.




ANNESS III



PIŻIJIET TAL-LOTT U TAL-KAMPJUN

Speċijiet

Piż massimu ta’ lott

(f’tunnellati)

Piż minimu ta’ kampjun li jittieħed minn lott

(grammi)

Piż tal-kampjun biex jiġi ddeterminat l-għadd ipprovdut fil-kolonni 5 sa 11 tal-Anness II (I)(4)(A) u l-kolonni 5 tal-Anness II(II)(5)(A)

(grammi)

1

2

3

4

Arachis hypogaea

30

1 000

1 000

Brassica juncea

10

100

40

Brassica napus

10

200

100

Brassica nigra

10

100

40

Brassica rapa

10

200

70

Cannabis sativa

10

600

600

Carthamus tinctorius

25

900

900

Carum carvi

10

200

80

Glycine max

30

1 000

1 000

Gossypium spp.

25

1 000

1 000

Helianthus annuus

25

1 000

1 000

Linum usitatissimum

10

300

150

Papaver somniferum

10

50

10

Sinapis alba

10

400

200

Il-piż massimu tal-lott ma għandux jaqbeż iżjed minn 5 %.

▼B




ANNESS IV

TIKKETTA

A.   Informazzjoni meħtieġa

(a) Għal żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata

1. “Regoli u standards KE”.

2. Awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stati Membri jew l-inizzjali tagħhom.

3. Xahar u sena ta’ l-issiġillar imfisser hekk: “siġillat… (xahar u sena)”, jew

xahar u sena ta’ l-aħħar kampjunatura uffiċjali għall-iskop taċ-ċertifikazzjoni espressa hekk: “kampjun meħud…(xahar u sena)”.

4. Numru tar-referenza tal-lott.

5. Speċi, indikati ta’ l-anqas taħt l-isem botaniku tagħhom, li jistgħu jingħataw f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, f’karattri rumani.

6. Varjetà, indikata ta’ l-anqas f’karattri rumani.

7. Kategorija.

8. Pajjiż ta’ produzzjoni

9. Piż dikjarat nett jew gross.

10. Meta l-piż huwa indikat u pestiċidi granulati, sostanzi pallottolati, jew meta jintużaw addittivi solidi oħra, in-natura ta’ l-addittiv u r-rapport approssimattiv bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali.

11. Fil-każ tal-varjetajiet li huma ibridi jew linji konġeniti:

— għal żerriegħa bażika meta l-linja ibrida jew konġenita li għalija tappartjeni ż-żerriegħa tkun aċċettata uffiċjalment taħt id-Direttiva 2002/52/KE:

— l-isem ta’ dan il-komponent, taħt liema kien uffiċjalment aċċettat, b’referenza jew mingħajrha għal-varjetà finali, akkumpanjata, fil-każ ta’ linji ibridi jew konġeniti li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet finali, bl-isem “komponent”,

— għall-żerriegħa bażika f’każijiet oħra:

— l-isem tal-komponent li lilu tappartjeni ż-żerriegħa bażika, li jista’ jingħata f’forma tal-kodiċi, akkumpanjat b’referenza għall-varjetà finali, b’referenza jew mingħajrha għall-funzjoni tiegħu (maskili jew femminili), u akkumpanjat bil-kelma “komponenti”,

— għaż-żerriegħa ċertifikata:

— l-isem tal-varjetà li lilha tappartjeni ż-żerriegħa, akkumpanjat bil-kelma “ibridu”.

12. Fejn ta’ l-anqas il-ġerminazzjoni kienet pruvata mill-ġdid, il-kliem “pruvat mill-ġdid… (xahar u sena)” u s-servizz responsabbli għal din il-prova mill-ġdid jista’ jkun indikata. Din l-informazzjoni tista’ tingħata fuq stikker uffiċjali mwaħħla fuq it-tikketta uffiċjali.

Skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2), l-Istati Membri jistgħu ikunu rilaxxati mill-ħtiġiet li jindikaw l-isem botaniku fir-rigward ta’ l-ispeċi individwali u, fejn xieraq, għall-perjodi limitati meta kien stabbilit li l-iżvantaġġi ta’ l-implimentazzjoni tiegħu ikunu akbar mill-vantaġġi mistennija għall-marketing taż-żerriegħa.

▼M2

(aa) Għal żerriegħa ċċertifikata ta’ assoċjazzjoni varjetali:

l-istess informazzjoni meħtieġa skond sezzjoni (a), ħlief li minflok l-isem tal-varjetà għandu jitniżżel l-isem ta’ l-assoċjazzjoni varjetali (informazzjoni “assoċjazzjoni varjetali” u l-isem tagħha) u l-perċentwali bil-piż tad-diversi komponenti murija bil-varjetà; ikun biżżejjed jekk jingħata l-isem ta’ l-assoċjazzjoni varjetali jekk il-perċentwali bil-piż ġie mgħarraf bil-kitba lix-xejjer, fuq talba, u reġistrat uffiċjalment.

▼B

(b) Għaż-żerriegħa kummerċjali

1. “Regoli u l-istandards KE”.

2. “Żerriegħa kummerċjali (mhux ċertifikata rigward il-varjetà)”.

3. Awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stati Membri jew l-inizjali tagħhom.

4. Xahar u sena ta’ l-issiġillar imfissra hekk: “siġillat… (xahar u sena)”.

5. Numru ta’ referenza tal-lott.

6. Speċi, indikati ta’ l-anqas taħt taħt l-isem botaniku tagħhom, li jistgħu jingħataw f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, f’karattri rumani.

7. Reġjun tal-produzzjoni.

8. Piż dikjarat nett jew gross.

9. Meta l-piż huwa indikat u huma użati pestiċidi granulati, sostanzi pallottolati, jew addittivi solidi oħra, in-natura ta’ l-addittiv kif ukoll r-rapport approssimattiv bejn il-piż ta’ żrieragħ u l-piż totali.

10. Fejn għall-inqas il-ġerminazzjoni ġiet pruvata mill-ġdid, il-kliem “pruvat mill-ġdid…(xahar u sena)” u s-servizz responsabbli minn din il-prova mill-ġdid jista’ jkun indikat. Din l-informazzjoni tista’ tingħata fuq stikker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), l-Istati Membri jistgħu jkunu rilaxxati mill-ħtieġa li jkun indikat l-isem botaniku dwar l-ispeċi individwali u, fejn xieraq, għall-perjodi limitati meta jkun stabbilit li l-iżvantaġġi ta’ l-implimentazzjoni tiegħu ikunu akbar mill-vantaġġi mistennija għall-marketing taż-żerriegħa.

B.   Dimensjonijiet minimi

110 mm × 67 mm.




ANNESS V

TIKKETTA U DOKUMENT PROVDUTI FIL-KAŻ TA’ ŻERRIEGĦA MHUX ĊERTIFIKATA FINALMENT, MIĠBURA FI STAT MEMBRU IEĦOR

A.   Informazzjoni meħtieġa għat-tikketta

— awtorità responsabbli għall-ispezzjoni fil-post u Stat Membru jew l-inizjali tagħhom,

— speċi, indikati ta’ l-anqas taħt l-isem botaniku tagħhom, li jistgħu jingħataw f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, f’karattri rumani,

— varjetà, indikata ta’ l-inqas fil-karattri rumani; fil-każ ta’ varjetajiet (linji konġeniti, ibridi). li huma maħsuba biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi, il-kelma “komponent” għandha tiżdied,

— kategorija,

— fil-każ tal-varjetajiet ibridi, il-kelma “ibridu”,

— numru ta’ referenza ta’ l-għalqa jew lott,

— piż dikjarat nett jew gross,

— il-kliem “żerriegħa mhux ċertifikata finalment”.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), l-Istati Membri jistgħu jkunu rilaxxati mill-ħtieġa li jkun indikat l-isem botaniku fir-rigward ta’ speċi individwali u, fejn xieraq, għall-perjodi limitati meta kien stabbilit li l-iżvantaġġi ta’ l-implimentazzjoni tagħha huma akbar mill-vantaġġi mistennija għall-marketing taż-żerriegħa.

B.   Kulur tat-tikketta

It-tikketta għandha tkun griża.

Ċ.   Informazzjoni meħtieġa għad-dokument

— awtorità li toħroġ id-dokument,

— speċi, indikati ta’ l-anqas taħt l-isem botaniku tagħha, li tista’ ingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, f’karattri rumani,

— il-varjetà, indikata ta’ l-inqas f’karattri rumani,

— kategorija,

— numru ta’ referenza taż-żerriegħa użata biex tinżera’ l-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew pajjiżi li ċċertifikaw dik iż-żerriegħa,

— lott ta’ l-għalqa jew numru ta’ referenza,

— żona kkoltivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument,

— kwantità ta’ żerriegħa miġbura u n-numru ta’ pakketti,

— numru ta’ ġenerazzjonijiet wara ż-żerriegħa bażika, fil-każ ta’ żerriegħa ċertifikata,

— attestazzjoni li l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti mill-wiċċ li minnha tiġi ż-żerriegħa tħarsu,

— fejn xieraq, riżultati ta’ analiżi preliminari taż-żerriegħa.




ANNESS VI

PARTI A

DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(msemmija fl-Artikolu 31)



Direttiva 69/208/KEE (ĠU L 169, 10.7.1969, p. 3)

 

Direttiva tal-Kunsill 71/162/KEE (ĠU L 87, 17.4.1971, p. 24)

l-Artikolu 5 biss

Direttiva tal-Kunsill 72/274/KEE (ĠU L 171, 29.7.1972, p. 37)

rigward referenzi biss magħmulagħad-disposizzjonijiet69/208/KEE fl-Artikoli 1 u 2

Direttiva tal-Kunsill 72/418/KEE (ĠU L 287, 26.12.1972, p. 22)

l-Artikolu 5 biss

Direttiva tal-Kunsill 73/438/KEE (ĠU L 356, 27.12.1973, p. 79)

l-Artikolu 5 biss

Direttiva tal-Kunsill 75/444/KEE (ĠU L 196, 26.7.1975, p. 6)

l-Artikolu 5 biss

Direttiva tal-Kunsill 78/55/KEE (ĠU L 16, 20.1.1978, p. 23)

l-Artikolu 5 biss

Direttiva tal-Kummissjoni 78/388/KEE (ĠU L 113, 25.4.1978, p. 20)

 

Direttiva tal-Kunsill 78/692/KEE (ĠU L 236, 26.8.1978, p. 13)

l-Artikolu 6 biss

Direttiva tal-Kunsill 78/1020/KEE (ĠU L 350, 14.12.1978, p. 27)

l-Artikolu 3 biss

Direttiva tal-Kummissjoni 79/641/KEE (ĠU L 183, 19.7.1979, p. 13)

l-Artikolu 3 biss

Direttiva tal-Kummissjoni 80/304/KEE (ĠU L 68, 14.3.1980, p. 33)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 81/126/KEE (ĠU L 67, 12.3.1981, p. 36)

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kummissjoni 82/287/KEE (ĠU L 131, 13.5.1982, p. 24)

l-Artikoli 3 u 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 82/727/KEE (ĠU L 310, 6.11.1982, p. 21)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 82/859/KEE (ĠU L 357, 18.12.1982, p. 31)

 

Direttiva tal-Kunsill 86/155/KEE (ĠU L 118, 7.5.1986, p. 23)

l-Artikolu 4

Direttiva tal-Kummissjoni 87/120/KEE (ĠU L 49, 18.2.1987, p. 39)

l-Artikolu 4

Direttiva tal-Kummissjoni 87/480/KEE (ĠU L 273, 26.9.1987, p. 43)

l-Artikolu 2

Direttiva tal-Kunsill 88/332/KEE (ĠU L 151, 17.6.1988, p. 82)

l-Artikolu 7

Direttiva tal-Kunsill 88/380/KEE (ĠU L 187, 16.7.1988, p. 31)

l-Artikolu 5 biss

Direttiva tal-Kunsill 90/654/KEE (ĠU L 353, 17.12.1990, p. 48)

li jkollha riferenza biss għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva69/208/KEE fl-Artikolu 2 u għall-Anness II(I)(5)

Direttiva tal-Kummissjoni 92/9/KEE (ĠU L 70, 17.3.1992, p. 25)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 92/107/KEE (ĠU L 16, 25.1.1993, p. 1)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 96/18/KE (ĠU L 76, 26.3.1996, p. 21)

l-Artikolu 2

Direttiva tal-Kunsill 96/72/EC (ĠU L 304, 27.11.1996, p. 10)

l-Artikolu 1(5)

Direttiva tal-Kunsill 98/95/EC (ĠU L 25, 1.2.1999, p. 1)

l-Artikolu 5 biss

Direttiva tal-Kunsill 98/96/EC (ĠU L 25, 1.2.1999, p. 27)

l-Artikolu 5 biss

PARTI B

SKADENZI GĦAT-TRASPOSIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(msemmija mill-Artikolu 31)



Direttiva

Skadenza għat-trasposizzjoni

69/208/KEE

L-1 ta' Lulju 1970 (1) (2)

71/162/KEE

L-1 ta' Lulju 1970 (Artikolu 5(1), (2) u (7))

L-1 ta' Lulju 1972 (Artikolu 5(3))

L-1 ta' Lulju 1971 (disposizzjonijiet oħra) (1)

72/274/KEE

L-1 ta' Lulju 1972 (Artikolu 1)

1 January 1973 (Artikolu 2)

72/418/KEE

L-1 ta' Lulju 1973

73/438/KEE

L-1 ta' Lulju 1973 (Artikolu 5(3)

1 January 1974 (Artikolu 5(4)

L-1 ta' Lulju 1974 (disposizzjonijet oħra)

75/444/KEE

L-1 ta' Lulju 1975 (Artikolu 5(2)

L-1 ta' Lulju 1977 (disposizzjonijet oħra)

78/55/KEE

L-1 ta' Lulju 1978 (Artikolu 5(2)

L-1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijet oħra)

78/388/KEE

1 January 1981 (Artikolu 1(1) (3) u (2) (4)

L-1 ta' Lulju 1980 (disposizzjonijet oħra)

78/692/KEE

L-1 ta' Lulju 1977 (Artikolu 6)

L-1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijet oħra)

78/1020/KEE

L-1 ta' Lulju 1977

79/641/KEE

L-1 ta' Lulju 1980

80/304/KEE

L-1 ta' Lulju 1980

81/126/KEE

L-1 ta' Lulju 1982

82/287/KEE

1 January 1983

82/727/KEE

L-1 ta' Lulju 1982

82/859/KEE

L-1 ta' Lulju 1983

86/155/KEE

1 Marzu 1986 (Artikoli 4(3), (4) u 5)

L-1 ta' Lulju 1987 (disposizzjonijet oħra)

87/120/KEE

1 Ġunju 1988

87/480/KEE

L-1 ta' Lulju 1990

88/332/KEE

 

88/380/KEE

L-1 ta' Lulju 1992 (Artikolu 5(10), (19), (23) u (25) (5) u Artikolu 5(12))

L-1 ta' Lulju 1990 (disposizzjonijet oħra)

90/654/KEE

 

92/9/KEE

30 ta' Ġunju 1992

92/107/KEE

L-1 ta' Lulju 1994

96/18/KE

L-1 ta' Lulju 1996

96/72/KE

L-1 ta' Lulju 1997 (6)

98/95/KE

L-1 ta' Frar 2000 (Corrigendum ĠU L 126, 20.5.1999, p. 23)

98/96/KE

L-1 ta' Frar 2000

(1)   Għad-Danimarka, Irlanda u r-Renju Unit,l-1 ta' Lulju 1973 għall-Artikolu 14(1); L-1 ta' Lulju 1974 għad-disposizzjonijet oħra dwar iż-żerriegħa bażika u L-1 ta' Lulju 1976 għad-disposizzjonijet oħra.

(2)   l-1 ta' Jannar 1986 għall-Greċja, l-1 ta'Mazu 1986 għal Spanja, u l-1 ta' Jannar 1991 għall- Portugall

(3)   Dwar l-Anness I(3).

(4)   Dwar l-Anness II(I)(1).

(5)   Safejn dawn id-disposizzjonijiet jeħtieġu isem botaniku ta' speċi li għandha tkun indikata fuq it-tikketta ta' żerriegħa.

(6)   L-istokk li baqa' ta' tikketti li jkollhom it-taqsira KEE jistgħu jibqgħu jintżaw sat-31 ta' Diċembru 2001.




ANNESS VII



TABELLA TA' KORRISPONDENZA

Direttiva 69/208/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1, l-ewwel sub-paragrafu

Artikolu 17

Artikolu 1, it-tieni paragrafu

Artikolu 1(a)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1)(A)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(1)(B)(a)

Artikolu 2(1)(ċ)(i)

Artikolu 2(1)(B)(b)

Artikolu 2(1)(ċ)(ii)

Artikolu 2(1)(B)(ċ)

Artikolu 2(1)(ċ)(iii)

Artikolu 2(1)(B)(d)

Artikolu 2(1)(ċ)(iv)

Artikolu 2(1)(Ba)(1)(a)

Artikolu 2(1)(d)(1)(i)

Artikolu 2(1)(Ba)(1)(b)

Artikolu 2(1)(d)(1)(ii)

Artikolu 2(1)(Ba)(2)(a)

Artikolu 2(1)(d)(2)(i)

Artikolu 2(1)(Ba)(2)(b)

Artikolu 2(1)(d)(2)(ii)

Artikolu 2(1)(Ba)(2)(ċ)

Artikolu 2(1)(d)(2)(iii)

Artikolu 2(1)(ċ)(a)

Artikolu 2(1)(e)(i)

Artikolu 2(1)(ċ)(b)

Artikolu 2(1)(e)(ii)

Artikolu 2(1)(ċ)(ċ)

Artikolu 2(1)(e)(iii)

Artikolu 2(1)(ċ)(d)

Artikolu 2(1)(e)(iv)

Artikolu 2(1)(D)(a)

Artikolu 2(1)(f)(i)

Artikolu 2(1)(D)(b)

Artikolu 2(1)(f)(ii)

Artikolu 2(1)(D)(ċ)

Artikolu 2(1)(f)(iii)

Artikolu 2(1)(D)(d)

Artikolu 2(1)(f)(iv)

Artikolu 2(1)(E)(a)

Artikolu 2(1)(g)(i)

Artikolu 2(1)(E)(b)

Artikolu 2(1)(g)(ii)

Artikolu 2(1)(E)(ċ)

Artikolu 2(1)(g)(iii)

Artikolu 2(1)(E)(d)

Artikolu 2(1)(g)(iv)

Artikolu 2(1)(Ea)(a)

Artikolu 2(1)(h)(i)

Artikolu 2(1)(Ea)(b)

Artikolu 2(1)(h)(ii)

Artikolu 2(1)(Ea)(ċ)

Artikolu 2(1)(h)(iii)

Artikolu 2(1)(Ea)(d)

Artikolu 2(1)(h)(iv)

Artikolu 2(1)(F)(a)

Artikolu 2(1)(i)(i)

Artikolu 2(1)(F)(b)

Artikolu 2(1)(i)(ii)

Artikolu 2(1)(F)(ċ)

Artikolu 2(1)(i)(iii)

Artikolu 2(1)(F)(d)

Artikolu 2(1)(i)(iv)

Artikolu 2(1)(G)(a)

Artikolu 2(1)(j)(i)

Artikolu 2(1)(G)(b)

Artikolu 2(1)(j)(ii)

Artikolu 2(1)(G)(ċ)

Artikolu 2(1)(j)(iii)

Artikolu 2(1)(H)(a)

Artikolu 2(1)(k)(i)

Artikolu 2(1)(H)(b)

Artikolu 2(1)(k)(ii)

Artikolu 2(1)(H)(ċ)

Artikolu 2(1)(k)(iii)

Artikolu 2(1a)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1b)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(2)(a)

—

Artikolu 2(2)(b)

Artikolu 2(4)(a)

Artikolu 2(2)(ċ)

—

Artikolu 2(2)(d)

Artikolu 2(4)(b)

Artikolu 2(3)(i)(a)

Artikolu 2(5)(a)(i)

Artikolu 2(3)(i)(b)

Artikolu 2(5)(a)(ii)

Artikolu 2(3)(i)(ċ)

Artikolu 2(5)(a)(iii)

Artikolu 2(3)(i)(d)

Artikolu 2(5)(a)(iv)

Artikolu 2(3)(ii)

Artikolu 2(5)(b)

Artikolu 2(3)(iii)

Artikolu 2(5)(ċ)

Artikolu 2(3)(iv)

Artikolu 2(5)(d)

Artikolu 2(3)(v)

Artikolu 2(5), tieni subparagrafu

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(6)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 3(a)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 4(a)

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 11(a)

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 15

Artikolu 12(a)

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 17

Artikolu 14

Artikolu 19

Artikolu 14(a)

Artikolu 18

Artikolu 15(1)(a)

Artikolu 20(a)

Artikolu 15(1)(b)

Artikolu 20(b)

Artikolu 16

Artikolu 21

Artikolu 18

Artikolu 22

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 20(a)

Artikolu 24

Artikolu 20

Artikolu 25

Artikolu 21

Artikolu 26

Artikolu 21(a)(1)

Artikolu 27(1)

Artikolu 21(a)(2)(i)

Artikolu 27(2)(a)

Artikolu 21(a)(2)(ii)

Artikolu 27(2)(b)

Artikolu 22

Artikolu 28

—

Artikolu 29 (1)

—

Artikolu 30 (2)

—

Artikolu 31

—

Artikolu 32

—

Artikolu 33

ANNESS I

ANNESS I

ANNESS II parti I punt 1

ANNESS II parti I punt 1

ANNESS II parti I punt 1(a)

ANNESS II parti I punt 2

ANNESS II parti I punt 2

ANNESS II parti I punt 3

ANNESS II parti I punt 3

ANNESS II parti I punt 4

ANNESS II parti II

ANNESS II parti II

ANNESS III

ANNESS III

ANNESS IV parti A punt (a)(1)

ANNESS IV parti A punt (a)(1)

ANNESS IV parti A punt (a)(2)

ANNESS IV parti A punt (a)(2)

ANNESS IV parti A punt (a)(3)

ANNESS IV parti A punt (a)(3)

ANNESS IV parti A punt (a)(4)

ANNESS IV parti A punt (a)(4)

ANNESS IV parti A punt (a)(5)

ANNESS IV parti A punt (a)(5)

ANNESS IV parti A punt (a)(6)

ANNESS IV parti A punt (a)(6)

ANNESS IV parti A punt (a)(7)

ANNESS IV parti A punt (a)(7)

ANNESS IV parti A punt (a)(8)

ANNESS IV parti A punt (a)(8)

ANNESS IV parti A punt (a)(9)

ANNESS IV parti A punt (a)(9)

ANNESS IV parti A punt (a)(10)

ANNESS IV parti A punt (a)(10)

ANNESS IV parti A punt (a)(10)(a)

ANNESS IV parti A punt (a)(11)

ANNESS IV parti A punt (a)(11)

ANNESS IV parti A punt (a)(12)

ANNESS IV parti A punt (b)

ANNESS IV parti A punt (b)

ANNESS IV parti B

ANNESS IV parti B

ANNESS V

ANNESS V

—

ANNESS VI

—

ANNESS VII

(1)   98/95/KE Artikolu 9(2) u 98/96/KE Artikolu 8(2).

(2)   98/96/KE Artikolu 9.



( 1 ) ĠU L 125, tal-11.7.1966, p. 2289/66.