31983R0707



Official Journal L 084 , 30/03/1983 P. 0001 - 0016
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 2 P. 0086
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 2 P. 0086


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 707/83

tat-28 ta' Marzu 1983

dwar l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea Bissau fuq is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Guinea Bissau

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]

Billi saru negozjati bejn l-Komunità u l-Guiea Bissau, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 17 tal-Ftehim bejn l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea Bissau u l-Komunità Ekonomika Ewropea fuq is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Guinea Bissau [3], biex jistabbilixxi l-emendi jew iż-żidiet li għandhom jsiru lill-Anness tiegħujew lill-Protokoll msemmi fl-Artikolu 9 tiegħu;

Billi, konsegwenza ta' dawn in-negozjati, Ftehim li jemenda ġie ffirmat fil-15 ta' Marzu 1983;

Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea Bissau fuq is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Guinea Bissau huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifiki imniżżla fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-28 ta' Marzu 1983.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Ertl

[1] ĠU C 36, tad-9.2.1983, p. 10.

[2] Opinjoni mogħtija fil-11 ta' Marzu 1983 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 226, tad-29.8.1980, p. 34.

--------------------------------------------------

FTEHIM

li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea Bissau fuq is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Guinea Bissau

Artikolu 1

1. Il-Protokoll u l-Anness mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea Bissau fuq is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Guinea Bissau:"

PROTOKOLL

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea Bissau

IL-PARTIJIET GĦAL DAN IL-PROTOKOLL,

Wara li kunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea Bissau fuq is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Guinea Bissau, iffirmat fi Brussel fis-27 ta' Frar 1980,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-Protokoll għandu jkopri attivitajiet tas-sajd li jestendu għal perjodu ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu fl-1983.

Il-limiti msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jkunu kif ġej għal kull sena ta' l-applikazzjoni ta' dan il-perjodu:

1. Dgħajjes tat-tkarkir tal-qiegħ:

7500 GRT. F'kull sena ta' l-applikazzjoni, parti minn dan it-tunellaġġ tista' tintuża b'mod li l-ekwivalenti tagħha ma tkunx iżjed minn 3500 GRT skond il-medja fis-sena.

2. 25 bastiment b' friżer għat-tonn (medja ta' 900 GRT).

3. 25 bastiment għas-sajd tat-tonn bil-qasba (medja ta' 130 GRT).

Artikolu 2

1. Il-kumpens imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Ftehim għandu jkun, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, 4275000 ECU, jiġifieri 1425000 ECU għal kull sena ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

2. Dan il-kumpens għandu jkopri wkoll l-ammont dovut għall-perjodi ta' arranġament temporanju miftiehma mill-1 ta' Marzu 1982.

Artikolu 3

1. L-użu li jsir mill-kumpens mogħti mill-Artikolu 2 għandu jkun responsabbiltà esklussiva tal-Gvern tal-Guinea Bissau.

2. Il-Gvern tal-Guinea Bissau għandu jinforma lill-Komunità dwar il-programm ta' l-użu tal-kumpens.

Artikolu 4

1. Il-kumpens għandu jkun miġbur fi tliet rati indaqs fis-sena.

2. Il-flus tal-kumpens għandhom jiġu mħallsa f'kontijiet miftuħa ma' istituzzjoni finanzjarja magħżula mill-Gvern tal-Guinea Bissau.

Artikolu 5

Il-Komunità għandha wkoll, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, tikkontribwixxi massimu ta' 250000 ECU għall-finanzjament ta' programm xjentifiku fil-Guinea Bissau biex itejjeb l-informazzjoni fuq r-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea Bissau

Artikolu 6

Jekk il-Komunità tonqos milli tagħmel l-pagamenti mogħtija minn dan il-Protokoll, il-Ftehim fuq is-sajd jiġi sospiż.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet jinformaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri neċssarji għal dan il-għan.

ANNESS

IL-KONDIZZJONIJIET GĦAT-TKOMPLIJA TA' L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GUINEA BISSAU MINN BASTIMENTI LI JTELLGĦU L-BANDIERA TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ

A. Applikazzjoni għal-Liċenza u formalitajiet għall-ħruġ

Il-proċedura għall-applikazzjoni għal, u l-ħruġ ta', liċenza għal sena li tawtorizza lill-bastimenti li jtellgħu l-bandiera ta' l-Istati Membri tal-Komunità biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea Bissau għandha tkun din li ġejja:

L-awtoritajiet tal-Komunità kompetenti għandhom jippreżentaw lill-Uffiċċju tas-Segretarju ta' l-Stat għas-Sajd tar-Repubblika tal-Guinea Bissau, vija d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Guinea Bissau, applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad taħt dan l-Ftehim, mhux inqas minn 30 jum qabel d-data tal-bidu tal-perjodu ta' validità mitluba.

L-applikazzjonijiet għandhom jsiru fuq l-formoli provduti għal dan il-għan mill-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea Bissau. Kampjun ta' dan qed jingħata taħt A1 hawn taħt.

1. Dispożizzjonijiet applikabli għad-dgħajjes tat-tkarkir

(a) L-applikazzjonijiet għandhom jkunu akkumpanjati minn garanzija bankarja li tkopri ammont daqs il-ħlas dovut għal kull liċenza, liema ammont jingħata lill-awtoritajiet tal-Guinea Bissau jekk il-liċenza ma tiġix użata.

(b) B'deroga minn l-Artikolu 4(3) tal-Ftehim, il-liċenzi jistgħu jinħarġu kif ġej:

(I) għall-medja ta' 3500 GRT li jista' jintuża kull sena: għal perjodu li jinkludi xhur sħaħ, u mhux inqas minn tliet xhur, liema perjodu għandu jiġi dikjarat meta tiġi mogħtija l-applikazzjoni;

(II) għall-4000 GRT li jibqa': għal perjodu ta' xahar jew nofs xahar; applikazzjoni waħda tista' tkopri diversi bastimenti ta' l-istess kategorija li jixtiequ jistadu f'perjodi konsekuttivi ta' mill-inqas tliet xhur.

(ċ) (I) Il-pagament għat-tunnellaġġ imsemmi f'(b) (I) għandu jkun iffissat għal 120 ECU/GRT fis-sena.

(II) Il-pagament għat-tunnellaġġ imsemmi f'(b) (II) għandu jkun iffissat għal 100 ECU/GRT fis-sena.

B'deroga minn l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, l-pagamenti jistgħu, fuq talba tas-sid tal-bastiment, jitħallsu kull kwart tas-sena jew kull nofs tas-sena, f'liema każ jiżdied b' 5 u 3 % rispettivament.

(d) Minn data li għad trid tiġi determinata u fuq bażi ta' kondizzjonijiet li jridu jiġu determinati mill-Kumitat Konġunt, l-ħlas tal-pagamenti jista' jingħata kollu jew parti minnu f'forma ta' fornitura ta' ħut.

2. Dispożizzjonijiet applikabbli għad-dgħajjes tat-tonn

(a) Il-pagamenti għandhom jkunu ffissati għal 20 ECU għal kull tunnellata metrika li nstadet fiż-żona tas-sajd tal-Guinea Bissau.

(b) L-applikazzjoni għal-liċenzi għal kull kategorija ta' dgħajjes tat-tonn għandha tintbgħat wara l-ħlas ta' somma komplessiva li tkun daqs l-pagamenti għal:

- 900 tunnellata metrika fis-sena ta' tonn li jinstad fil-każ ta' bastimenti friżer tat-tonn,

- 100 tunnellata metrika fis-sena ta' tonn li jinstad fil-każ ta' bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qasba, u l-produzzjoni ta' garanzija bankarja li tkopri l-ħlas ta' żieda fil-ħlas dovut f'każ li l-qabda fis-sena tkun ikbar minn din il-kwantità. Il-kwantitajiet li nstadu għandhom jkunu determinati skond l-istatistiċi miġbura mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tuna ta' l-Atlantiku (ICCAT).

Fil-każ ta' qbid kif miftiehem fl-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim, pagamenti iżgħar jistgħu jiġu fissati mill-Kumitat Konġunt.

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Guinea Bissau għandhom jeżaminaw kull applikazzjoni biex jaraw li tkun konformi mal-Ftehim u mal-leġislazzjoni tal-Guinea Bissau, u għandhom japplikaw l-iskala tal-pagamenti li għandhom jitħallsu.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Guinea Bissau għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-Komunità bid-deċiżjonijiet tagħhom.

4. Jekk jkun hemm xi diffikultajiet jew jkun hemm bżonn ta' iżjed informazzjoni meta l-applikazzjonijiet jkunu eżaminati u maħruġa l-liċenzi, konsultazzjonijiet għandhom jsiru bejn ir-rappreżentanti tal-partijiet kontraenti, b'mod partikolari permezz ta' l-Uffiċċju tas-Segretarju ta' l-Istat għas-Sajd u d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f‘Guinea Bissau.

B. Dikjarazzjoni tal-qabda

1. Il-bastimenti kollha li huma awtoriżżati jistadu fl-ibħra tal-Guinea Bissau mill-Ftehim għandhom ikunu obbligati li jibgħatu lill-Uffiċċju tas-Segretarju ta' l-Istat għas-Sajd dikjarazzjoni tal-qabda li għamlu skond l-kampjun mogħti f'B.1 hawn taħt.

Din id-dikjarazzjoni tal-qabda għandha ssir għal kull xahar u mibgħuta mill-inqas kull kwart tas-sena.

Jekk din id-dispożizzjoni ma tkunx miżmuma, l-Gvern tal-Guinea Bissau jżomm id-dritt li jissospendi l-liċenza tal-bastiment trasgressiv sakemm dan ma jkun konformi ma' din l-formalità.

2. Kull bastiment tal-Komunità li jkun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Guinea Bissau għandu jħalli jitla' abbord, u jgħinu fit-tkomplija tad-dmirijiet tiegħu, kwalunkwe uffiċjal ta' Guinea Bissau responsabbli mill-ispezzjoni u l-kontrolli dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

C. Konċessjonijiet għat-taħriġ

Iż-żewġ partijiet jaqblu li kondizzjoni essenzali għas-suċċess tal-kooperazzjoni tagħhom hija li l-kompetenza u l-kapaċità tal-persunal imqabbad biex jistad jkunu mtejba. Għal dan il-għan, il-Komunità għandha tagħmilha eħfef għall-persuni tan-nazzjonalità ta' Guinea Bissau biex isibu postijiet fl-istabbilimenti ta' l-Istati Membri u għandha tipprovdi għal dan il-għan, fis-suġġetti varji tax-xjenza, teknika, u ekonomija li għandhom x'jaqsmu mas-sajd, 10 konċessjonijiet għall-istudju u t-taħriġ għal perjodu ta' tliet snin jew l-ekwivalenti għal perjodu ta' sena.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

B1 page 2

ISTRUZZJONIJIET KIF JIMTELA L-ĠURNAL TA' ABBORD

Il-Kaptan ta' kull vapur għandu jkun responsabbli mill-informazzjoni mogħtija kull xahar lill-Uffiċju tas-Segretarju ta' l-Istat għas-Sajd. Hu għandu jimla' dan il-ġurnal fi spirtu ta' kooperazzjoni sinċiera.

L-informazzjoni li ġejja hija mitluba:

1. | Xahar: | Sena: |

2. | Isem tal-bastiment: Nazzjonalità (bandiera): | |

3. | Skala tal-magna f'HP: Tunnellaġġ gross reġistrat (RT): | |

4. | Metodu tas-sajd (tagħmir): Port ta' l-iżbark: | |

L-istatistika tal-qbid u ta' l-attivitajiet tas-sajd hija maqsuma f'żewġ partijiet.

L-ewwel parti turi l-attività tas-sajd ta' kuljum (kull linja oriżżontali turi l-attività ta' ġurnata). L-ewwel paġna għandha tiġi użata għall-ewwel nofs tax-xahar u t-tieni paġna għat-tieni nofs.

Il-Kaptan għandu juri ż-żona tas-sajd billi jniżżel il-latitudni u l-lonġitudni. Għandu jniżżel kemm il-darba ġiet mitfugħa x-xibka f'kull ġurnata. Għandu jniżżel n-numru totali ta' siegħat tas-sajd għal kull ġurnata.

It-tieni parti tal-ġurnal qiegħda għall-informazzjoni dwar il-qbid, f'kilogrammi jew tunnellati metriċi. Għandu jkun iddikjarat b'mod ċar jekk il-figuri humiex imniżżla f'kilogrammi jew tunnellati metriċi. Hemm seba' kolonni, waħda għal kull speċi. Is-sitt speċi minn dawk li nstadu li huma l-iżjed importanti biss għandhom jitniżżlu fil-ġurnal. Il-kolonna ta' qabel it-total (intitolata "oħra") għandha tkun riservata għas-somma ta' l-speċi l-oħra kollha li nstadu.

Il-gurnali ta' kull xahar, wara li jiġu mimlija, għandhom jintbgħatu kull xahar lill-Uffiċcju tas-Segretarju ta' l-Istat għas-Sajd għal dawk il-bastimenti li jniżżlu l-qabda tagħhom f'Bissau. Għall-bastimenti l-oħra, l-ġurnali ta' kull xahar għandhom jintbgħatu, mimlija tajjeb, lill-Ufficċju tas-Segretarju ta' l-Istat għas-Sajd kull tliet xhur.

2. Paragrafu 3 li ġej għandu jiġi inkluż fil-Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea Bissau fuq is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Guinea Bissau:

"3. Tmien baħrin tal-Guinea Bissau għandhom jittieħdu abbord il-flotta tal-bastiment tat-tonn matul l-istaġun tas-sajd tat-tonn fl-ibħra tal-Guinea Bissau taħt il-kondizzjonijiet li jiġu determinati mill-Kumitat Konġunt."

"

Artikolu 2

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet jinformaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri neċssarji għal dan il-għan.

--------------------------------------------------