18.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/97


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/395

tal-15 ta' Marzu 2016

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1823 (ATALANTA/1/2016)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fis-6 ta' Ottubru 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1823 (2) li taħtar lir-Rear Admiral Stefano BARBIERI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda il-ħatra tar-Rear Admiral (LH) Jan C. KAACK bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex jieħu post ir-Rear Admiral Stefano BARBIERI mit-23 ta' Marzu 2016.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni fit-23 ta' Frar 2016.

(5)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1823 għandha għalhekk titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Rear Admiral (LH) Jan C. KAACK huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mit-23 ta' Marzu 2016.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1823 hija imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2016.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1823 tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjonijiet (PESK) 2015/607 u (PESK) 2015/1750 (ATALANTA/6/2015) (ĠU L 265, 10.10.2015, p.10).