|
22.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 88/2009
tat-3 ta' Lulju 2009
li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2009 tad-29 ta' Mejju 2009 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1784/2006 tal-4 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ aġenti tal-ipproċessar (2) għandu jkun inkorporat fil-ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 21aa (ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim:
|
“— |
32006 R 1784: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1784/2006 tal-4 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 337, 5.12.2006, p. 3).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1784/2006 fil-lingwa Iżlandiża u f’dik Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' Lulju 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 232, 3.9.2009, p. 29.
(2) ĠU L 337, 5.12.2006, p. 3.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.