<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑276/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0276</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:492">EU:C:2016:492</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SZPUNAR – KAWŻA C‑276/15</P><P>HECHT-PHARMA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑276/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hecht-Pharma GmbH</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hohenzollern Apotheke, proprjetà ta’ Winfried W. Ertelt</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-qorti federali tal-ġustizzja, il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali ppreparati industrijalment jew immanifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali</KEYWORD><KEYWORD>Derogi</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali ppreparati fi spiżerija skont il-preskrizzjonijiet ta’ farmakopea</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Is-sustanza tal-inċens qajmet l-interess mal-Ewropa kollha għall-kwalitajiet tiegħu spiritwali, sanitarji u ta’ fwieħa sa minn meta wieħed mill-maġi Melkjor ipprovdieh minn art twelidu l-Arabja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Mattew 2, 2-11, b’riferiment għat-tliet maġi, jikteb: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Imbagħad ħarġu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali, deheb, inċens u morr.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></NOTE>. Il-każ inkwistjoni fejn spiżerija Ġermaniża tipproduċi kapsuli tal-inċens u tbigħhom lil pazjenti tal-post ma huwiex eċċezzjoni għal dan, anki għalkemm il-fatti dwaru huma x’aktarx iktar profani mill-missjoni tal-maġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>F’dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja), il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab tiddeċiedi dwar jekk ċerti attivitajiet ta’ manifattura ta’ spiżerija jaqgħux jew le fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13. Vol. 27, p. 69), kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Jekk l-attività tal-ispiżerija kellha taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83, allura tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, li huwa proċess diffiċli li spiżerija waħidha ma jkunx possibbli tidħol għalih b’suċċess. Jekk l-attività kellha taqa’ ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, il-prodott tal-ispiżerija jkun jeżisti flimkien ma’ prodotti oħra, li jkunu nħadmu fuq skala industrijali, ikunu għaddew mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni u mqiegħda fis-swieq mal-Unjoni Ewropea kollha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni: Id-Direttiva 2001/83</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2001/83 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem maħsuba li jitqiegħdu fis-suq fl-Istati Membri inkella jkunu preparati industrijalment jew manifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/83 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Din id-Direttiva ma tapplikax għal:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Kull prodott mediċinali ippreparat ġo spiżerija skond riċetta medika għal pazjent individwali (magħrufa l-aktar bħala l-formola maġistrali).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Kull prodott mediċinali li jkun preparat fi spiżerija skond ir-riċetti ta’ farmakopea u huma maħsuba li jiġu provduti direttament lill-pażjenti servuti mill-ispiżerija in kwistjoni (komunement magħrufa bħala formola uffiċinali);.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-ebda prodott mediċinali ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru jekk ma tkunx inħarġet awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skond din id-Direttiva jew jekk ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini], li għandha tinqara flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta' Diċembru 2006</DATE> dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku [<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="378" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 378, p.1</REF.DOC.OJ>] u r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE>, dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="324" PAGE.FIRST="121" DATE.PUB="2007">ĠU L 324, p.121</REF.DOC.OJ>)Test b’relevanza għaż-ŻEE).<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(1) tad-Direttiva 2001/83:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu kull reklamar ta' prodott mediċinali li dwaru ma ngħatatx awtorizzazzjoni għal-tqegħid fis-suq skond il-liġi tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-paragrafu 3a tal-Gesetz über die Werbung auf dem Gebiete des Heilwesens (Heilmittelwerbegesetz) (Liġi dwar ir-reklamar ta’ mediċini: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>HWG<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) jinkludi projbizzjoni ta’ reklamar ta’ prodotti mediċinali li ma jkunux awtorizzati. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi projbizzjoni ta’ reklamar biss fir-rigward ta’ prodotti mediċinali li għalihom hija meħtieġa awtorizzazzjoni. Il-qorti tar-rinviju tinnota li l-projbizzjoni ta’ reklamar ma tapplikax meta l-prodott mediċinali ma jkunx jeħtieġ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-paragrafu 21(2) tal-Arzneimittelgesetz (il-Liġi dwar prodotti mediċinali; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>AMG<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), ma hija meħtieġa ebda awtorizzazzjoni għal prodotti mediċinali li jkunu intenzjonati sabiex jiġu ssomministrati lill-bnedmin u, minħabba l-fatt li huma frekwentement ordnat mit-tobba jew mid-dentisti, l-istadji essenzjali tal-manifattura ta’ tali prodotti jsiru fi spiżerija bħala parti mill-operat normali ta’ spiżerija li tipproduċi sa mitt pakkett kuljum li jkunu lesti sabiex jingħataw u intiżi għal provvista fil-kuntest tal-liċenzja eżistenti tal-ispiżerija sabiex topera<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Prodotti mediċinali bħal dawn huma magħrufa fil-Ġermanja bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Defekturarzneimittel<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Hecht Pharma GmbH<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Iktar ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Hecht Pharma<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></NOTE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, tbigħ kapsuli tal-inċens fil-Ġermanja bħala supplement tal-ikel bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>H 15 Weihrauch<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (inċens H 15). W. Ertelt, il-konvenut fil-kawża prinċipali, huwa s-sid ta’ spiżerija, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Hohenzollern Apotheke<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fejn jimmanifattura kapsuli tal-inċens u jbigħhom, bħala prodott mediċinali, bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Weihrauch-Extrakt-Kapseln<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (kapsuli tal-estratt tal-inċens). Huwa ma għandux awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għal dan il-prodott mediċinali. Il-partijiet jaqblu li l-konvenut jimmanifattura l-kapsuli bħala parti mill-operat normali ta’ spiżerija u f’konformità mar-rekwiżiti tal-punt 1 tal-paragrafu 21(2) tal-AMG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-konvenut ippromwova l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kapsuli tal-estratt tal-inċens<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tiegħu f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>fuljett ta’ informazzjoni għal pazjenti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u fi brochure. Ir-rikorrenti lmentat li l-pretensjonijiet promozzjonali deskritti f’dawk id-dokumenti kienu kuntrarji għar-regoli tal-kompetizzjoni (nazzjonali), billi sostniet li dawn kienu jiksru l-projbizzjoni ta’ reklamar ta’ prodotti mediċinali li ma jkunux awtorizzati. Hija għamlet rikors għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni sabiex il-konvenut jinżamm milli jippromwovi fil-kummerċ il-prodott mediċinali tal-ispiżerija tiegħu bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kapsuli tal-estratt tal-inċens: 100 kapsula<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kapsuli tal-estratt tal-inċens: 200 kapsula<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-konvenut ikkontesta r-rikors billi sostna li l-projbizzjoni ta’ reklamar ta’ prodotti mediċinali li ma jkunux awtorizzati ma kinitx applikabbli f’dan il-każ. Fil-fehma tal-konvenut din il-projbizzjoni kienet marbuta mar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali rreklamat. Madankollu, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kapsuli tal-estratt tal-inċens<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li huwa rreklama, bħala prodott mediċinali mmanifatturat fi kwantitajiet ikbar fi spiżerija skont il-punt 1 tal-paragrafu 21(2) tal-AMG, ma jeħtiġux awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-Landgericht (qorti reġjonali) ċaħdet ir-rikors għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni. Il-qorti tal-appell ċaħdet l-appell tar-rikorrenti kontra dik is-sentenza. B’dan l-appell fuq punt ta’ dritt (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Stħarriġ<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), li għalih ingħata permess mill-Bundesgerichtshof (il-qorti federali tal-ġustizzja), ir-rikorrenti tkompli ssegwi t-talba tagħha b’mod sħiħ. Il-konvenut jissottometti li l-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju hija tal-fehma li l-eżitu tal-appell jiddependi fuq jekk il-prodott mediċinali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kapsuli tal-estratt tal-inċens<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> irreklamat mill-konvenut għandux ikun awtorizzat skont il-liġi dwar prodotti farmaċewtiċi. Dan imbagħad jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Huwa għal din ir-raġuni li, b’digriet tas-<DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, li wasal għand il-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20150609">9 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-Bundesgerichtshof (il-qorti federali tal-ġustizzja) irrinvijat id-domandi li ġejjin għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2001/83/KE [...][jipprekludi] dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 21(2)(1) tal-Liġi dwar il-kummerċ ta’ prodotti mediċinali (Gesetz über den Verkehr mit Arzneimitteln), li tipprovdi li prodott mediċinali intiż għall-użu mill-bniedem ma huwiex<?PAGE NO="4"?> suġġett għal awtorizzazzjoni u li, minħabba l-fatt li huwa frekwentement ordnat mit-tobba jew mid-dentisti, l-istadji essenzjali tal-manifattura [ta’ tali prodott] jsiru fl-ispiżeriji, f’ammont sa 100 kaxxa għal kull ġurnata kollha ppakkjati bħala parti mill-operat normali tal-ispiżerija, u li huma intiżi għall-provvista fil-kuntest tal-[liċenzja] ta’ operat tal-ispiżerija?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Tali konklużjoni tapplika wkoll meta dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 21(2)(1) tal-Liġi dwar il-kummerċ ta’ prodotti mediċinali hija interpretata fis-sens li ma huwiex suġġett għal awtorizzazzjoni prodott mediċinali intiż għall-użu mill-bniedem u li, minħabba l-fatt li huwa frekwentement ordnat mit-tobba jew mid-dentisti, l-istadji essenzjali tal-manifattura tiegħu jsiru fl-ispiżeriji, f’ammont sa 100 kaxxa għal kull ġurnata kollha ppakkjati bħala parti mill-operat normali tal-ispiżerija, u li huma intiżi għall-provvista fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni ta’ operat tal-ispiżerija, sa fejn dan il-prodott mediċinali huwa jew fornut lil pazjent speċfiku fuq il-bażi ta’ riċetta medika, li mhux neċessarjament għandha tkun disponibbli qabel it-tħejjija tal-prodott mediċinali, jew huwa ppreparat fl-ispiżerija skont l-indikazzjonijiet ipprovduti minn farmakopea sabiex jingħata immedjatament lill-pazjenti?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju, essenzjalment, qiegħda tipprova taċċerta jekk l-Artikolu 3(1) jew (2) tad-Direttiva 2001/83 jipprekludux spiżerija milli timmanifattura prodotti mediċinali skont il-kundizzjonijiet tal-punt 1 tal-paragrafu 21(2) tal-AMG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Minkejja l-fatt li ma jirriżultax ċar mit-test tad-Direttiva 2001/83 jew mill-kunsiderazzjonijiet sistematiċi jew teleoloġiċi b’rabta mal-interpretazzjoni ta’ dik id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Magħquda Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:136">EU:C:2015:136</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja issa ċċarat f’Abcur li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sabiex jaqa’ fid-Direttiva 2001/83, il-prodott ikkonċernat, minn naħa, għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tad-direttiva u, min-naħa l-oħra, ma jaqax f’waħda mid-derogi espressament previsti fl-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Bħala konsegwenza, eżatt bħal f’Abcur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</P></NOTE>, id-domandi tal-qorti tar-rinviju għandhom jiġu estiżi sabiex jinkludu l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/83 fl-analiżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ninnota, inċidentalment, li l-qorti tar-rinviju nfisha tirriferi għall-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/83 fid-digriet tagħha għal deċiżjoni preliminari.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2001/83</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2001/83, din id-direttiva tapplika għal prodotti mediċinali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ippreparati industrijalment jew immanifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/83 ma tiddefinix il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ippreparati industrijalment<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>immanifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara wkoll is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat f’Abcur li dawn it-termini għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>jinkludu, għall-inqas, kull preparazzjoni jew manifattura li tinvolvi proċess industrijali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[p]roċess bħal dan huwa ġeneralment ikkaratterizzat minn sensiela ta’ operazzjonijiet, li jistgħu, fost oħrajn, ikunu mekkaniċi jew kimiċi, għall-finijiet li jinkiseb prodott standardizzat, fi kwantità<?PAGE NO="5"?> sinjifikattiva.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> Għaldaqstant il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>l-produzzjoni, b’mod standardizzat, ta’ kwantitajiet sinjifikattivi ta’ prodott mediċinali għall-ħażna u l-bejgħ bl-ingrossa tiegħu, kif ukoll il-produzzjoni fuq skala kbira jew f’serje ta’ formoli maġistrali f’lottijiet huma karatteristiċi ta’ preparazzjoni industrijali jew produzzjoni skont metodu li jinvolvi proċess industrijali.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>F’Abcur, laboratorju farmaċewtiku pproduċa prodotti mediċinali fuq skala kbira. Għaldaqstant il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prodotti inkwistjoni kienu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/83<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ma hemmx għalfejn inżid li l-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat, kif is-soltu tagħmel, li din kienet kwistjoni ta’ fatt, li fl-aħħar mill-aħħar tinkombi lill-qorti tar-rinviju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, nissottometti li ċ-ċirkustanzi tal-każ fil-kawża prinċipali huma manifestament differenti minn dawk f’Abcur u li, <HT TYPE="ITALIC">in casu</HT>, is-suġġett ma huwiex prodotti mediċinali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ippreparati industrijalment jew immanifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kif jinnota l-Gvern Ġermaniż, il-prodotti inkwistjoni huma essenzjalment ir-riżultat ta’ eżerċizzju ta’ sengħa individwali, li ma jixbahx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>produzzjoni standardizzata<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u li, barra minn hekk, huwa suġġett għal rekwiżiti stretti ta’ protokoll<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-paragrafu 8(1) u (2) tal-Verordnung über den Betrieb von Apotheken (Apothekenbetriebsordnung) (Regolament dwar l-operat tal-ispiżeriji: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>l-ApBetrO<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>It-tieni nett, id-dritt Ġermaniż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Artikolu 21, punt 1 tal-paragrafu 21(2) tal-AMG.</P></NOTE> jillimita l-produzzjoni għal mitt pakkett kuljum lesti sabiex jingħataw. Din ma hijiex, fil-fehma tiegħi, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>kwantità sinjifikattiva<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. F’kull każ, dan il-limitu superjuri rari jintlaħaq, kif juri l-każ inkwistjoni. Skont Hohenzollern Apotheke fl-2015 kienu ngħataw biss 213-il pakkett. Spiżerija li tbigħ dan l-għadd ta’ pakketti, tipikament, ma tipproduċix ħafna iktar minn hekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-fatt li l-manifattura jkollha ssir fil-kuntest tal-ġestjoni regolari tal-ispiżerija huwa indikazzjoni li hija tkun limitata fl-għanijiet tagħha. Ma għandux jintesa li spiżerija prinċipalment tbigħ prodotti mmanifatturati band’oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Ma narax, għalhekk, li r-rekwiżiti tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/83 qegħdin jiġu ssodisfatti. Għalhekk il-prodotti mediċinali inkwistjoni ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-kawża għandha tieqaf hawn u l-qorti tar-rinviju għandha tiġi informata li d-Direttiva 2001/83, b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha ma jipprekludix lil spiżerija milli timmanifattura prodotti mediċinali bil-kundizzjonijiet tal-punt 1 tal-paragrafu 21(2) tal-AMG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu, tkun tal-fehma li r-rekwiżiti tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/83 huma ssodisfatti, allura jkun neċessarju li jiġi eżaminat l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva. Il-punti li ġejjin huma, għalhekk, ipprovduti fuq din il-bażi ipotetika biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 jinkludi għadd ta’ eċċezzjonijiet għall-applikabbiltà tad-Direttiva. Il-qorti tar-rinviju ma hijiex ċara dwar jekk l-Artikolu 3(1) jew (2) tad-Direttiva humiex rilevanti għall-każ inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/83</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/83, id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kull prodott mediċinali ppreparat fi spiżerija skont riċetta medika għal pazjent wieħed (komunement magħrufa bħala l-formola maġistrali). Dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi, biex b’hekk l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/83 ma tistax tapplika jekk waħda minnhom ma tiġix issodisfatta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> tas-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Bis-saħħa tal-Artikolu 1(19) tad-Direttiva 2001/83, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>riċetta medika<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tinħareġ minn persuna professjonali kkwalifikata sabiex tagħmel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Minħabba n-nuqqas ta’ tali riċetta medika u l-formulazzjoni mhux ambigwa tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/83, nassumi li din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għall-każ inkwistjoni. F’dan ir-rigward, ninnota li la l-Irlanda u lanqas il-Finlandja, ma jqisu li l-Artikolu 3(1) jeħtieġ il-preparazzjoni ta’ riċetta maġistrali biss wara li spiżjar ikun għamel riċetta għal pazjent wieħed. Madankollu, kif argumentajt preċedentement, inqis li l-formulazzjoni tal-Artikolu 3(1) hija ċara biżżejjed sabiex timplika li pazjent għandu jkun identifikat qabel ma jiġi mmanifatturat il-prodott mediċinali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi Magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:136">EU:C:2015:136</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/83 ma huwiex, għalhekk, applikabbli għall-każ inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/83</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Indur issa għall-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kull prodott mediċinali li jkun ippreparat fi spiżerija skont il-preskrizzjonijiet ta’ farmakopea u li jkun intenzjonat sabiex jingħata direttament lill-pazjent moqdi mill-ispiżerija inkwistjoni (komunement magħrufa bħala formola uffiċinali). Dawn il-kundizzjonijiet huma wkoll kumulattivi b’tali mod li ma tistax tiġi applikata l-eċċezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni jekk waħda minnhom ma tkunx ġiet issodisfatta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-uniku rekwiżit li jimmerita eżami iktar mill-qrib huwa dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>skond il-preskrizzjonijiet ta’ farmakopea<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, minħabba li r-rekwiżiti l-oħra tal-Artikolu 3(2), fil-fehma tiegħi, huma manifestament issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ma hijiex ċerta dwar jekk il-punt 1 tal-paragrafu 21(2) tal-AMG huwiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni minħabba li d-dispożizzjoni Ġermaniża ma teżiġix li prodott mediċinali mmanifatturat fi spiżerija għandu jiġi ppreparat f’konformità ma’ farmakopea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Gvern Ġermaniż jisħaq li skont il-punt 1 tal-paragrafu 21(2) tal-AMG, il-manifattura għandha ssir fil-kuntest tal-liċenzja eżistenti tal-operat tal-ispiżerija. Barra dan, filwaqt li l-punt 1 tal-paragrafu 21(2) tal-AMG ma jeżiġix li tali prodotti mediċinali jkunu ppreparati skont ir-rekwiżiti ta’ farmakopea, il-paragrafu 6(1) tal-ApBetrO jispeċifika dan li ġej: prodotti mediċinali mmanifatturati fi spiżerija għandhom jiġu prodotti skont il-kwalità tax-xjenza farmaċewtika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-paragrafu 1 tad-dispożizzjoni.</P></NOTE> u għandhom jiġu mmanifatturati u kkontrollati skont regoli farmaċewtiċi rrikonoxxuti u jekk il-farmakopea jkollha regoli, għandu jkun hemm konformità ma’ tali regoli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-paragrafu 2 tad-dispożizzjoni.</P></NOTE>. Il-paragrafu 55 tal-AMG<?PAGE NO="7"?> imbagħad jistipula li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>[i]l-Farmakopea hija kollezzjoni ta’ regoli farmaċewtiċi rrikonoxxuti dwar il-kwalità, l-ittestjar, il-ħżin, l-għoti u l-isem ta’ prodotti mediċinali u s-sustanzi użati fil-manifattura tagħhom, ippubblikata mill-Istitut Federali għad-Drogi u Apparati Mediċi bi qbil mal-Istitut Paul Ehrlich u l-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi u s-Sikurezza fl-Ikel.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-ewwel inċiż tal-paragrafu 55(1) tal-AMG, fil-forma ta’ traduzzjoni pprovduta mis-Servizz Lingwistiku tal-Ministeru Federali għas-Saħħa Ġermaniż, li tinsab fi: https://www.gesetze-im-internet.de/englisch_amg/englisch_amg.html#p1223.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Barra dan, kif il-Gvern Ġermaniż jinnota korrettament, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>farmakopea<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> la huwa ddefinit fid-Direttiva 2001/83 u lanqas f’atti oħra ta’ liġi sussidjarja. Lanqas, sa fejn naf jiena, ma kien iddefinit mill-Qorti tal-Ġustizzja. Farmakopea (etimoloġikament,<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>manifattura tad-droga<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>), fis-sens tekniku modern tagħha, hija, kif huwa wkoll rifless fil-paragrafu 55 tal-AMG imsemmi iktar ’il fuq, ktieb li fih gwidi għall-identifikazzjoni ta’ mediċini komposti, u ppubblikat bl-awtorità ta’ soċjetà governattiva jew medika jew farmaċewtika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara https://en.wikipedia.org/wiki/Pharmacopoeia.</P></NOTE>. L-iktar wieħed prominenti fl-Ewropa, li ta’ sikwit ukoll isir riferiment għalih fil-kuntest tad-Direttiva 2001/83 huwa l-Farmakopea Ewropea, amministrat mid-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini u tal-Kura tas-Saħħa (EQDM), direttorat tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasbourg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara https://www.edqm.eu/.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-każ inkwistjoni, Hohenzollern Apotheke tisħaq li hemm regoli rilevanti li qegħdin, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fil-Farmakopea Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa li hija konformi magħhom fil-manifattura tal-kapsuli intensivi tagħha. Għalhekk l-attivitajiet inkwistjoni ta’ Hohenzollern Apotheke huma konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-domanda usa’ dwar jekk id-dispożizzjonijiet Ġermaniżi ċċitati humiex konformi wkoll mal-Artikolu 3(2), b’mod ġenerali nenfasizza dan li ġej: peress li sa minn Abcur il-Qorti tal-Ġustizzja tidher li tassumi li l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/83 japplika għal prodotti mediċinali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ippreparati industrijalment jew immanifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-punt 17 ta’ dawn il-konklużjonijiet u s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Kif huwa magħruf, naħseb li l-affarijiet huma inqas espliċiti minn hekk; ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi Magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:136">EU:C:2015:136</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, allura r-rekwiżit tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>preskrizzjonijiet ta’ farmakopea<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għandu jkun interpretat b’mod restrittiv skont it-tifsira litterali tiegħu, partikolarment minħabba li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/83 huwa eċċezzjoni għar-regola ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>skond il-preskrizzjonijiet ta’ farmakopea<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> timplika li jekk tali preskrizzjonijiet ikunu jeżistu huma jkun jeħtiġilhom jiġu segwiti b’mod obbligatorju. Jekk ma jkunux jeżistu, insib diffikultà sabiex naċċetta li dan ir-rekwiżit għal prodotti li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ippreparati industrijalment jew immanifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> sabiex issir deroga fir-rigward tagħhom mid-direttiva, skont l-Artikolu 3 jista’ sempliċiment jiġi skartat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta d-dispożizzjonijiet Ġermaniżi fid-dawl ta’ din il-konstatazzjoni. Madankollu, ir-rekwiżit li jiġu segwiti l-preskrizzjonijiet ta’ farmakopea ma jistax jiġi skartat fil-kuntest ta’ tali interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra dan, tali interpretazzjoni hija kompletament konformi mal-għan ġenerali tad-Direttiva 2001/83, li huwa l-protezzjoni tas-saħħa pubblika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara l-premessa 2 tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE>. Id-dispożizzjonijiet Ġermaniżi jinkludu fihom salvagwardji biżżejjed sabiex jissodisfaw dan l-objettiv ta’ saħħa pubblika. Finalment, il-prodotti mediċinali inkwistjoni għandhom jingħataw direttament lill-pazjenti. Tali provvisti lokali u diretti ma jiddisturbawx il-loġika tas-suq intern li hija l-bażi tad-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-premessa 3 tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/83 ma jipprekludix spiżerija milli timmanifattura prodotti mediċinali skont il-kundizzjonijiet tal-punt 1 tal-paragrafu 21(2) tal-AMG.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar ir-reklamar</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju hija, fil-fehma tiegħi, korretta meta tassumi li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83 li jikkonċernaw ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva, u l-projbizzjoni ta’ reklamar, skont l-Artikolu 87(1) tad-Direttiva, japplikaw biss għal prodotti mediċinali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva u ma humiex inklużi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-Artikolu 87(1) tad-Direttiva 2001/83, li bis-saħħa tiegħu l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu kull reklamar ta’ prodott mediċinali li fir-rigward tiegħu ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq skont id-dritt tal-Unjoni, ma huwiex rilevanti għal dan il-każ, minħabba li ma japplikax għal prodotti mediċinali li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83. Fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Ludwigs-Apotheke</HT>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prodotti mediċinali koperti b’dispożizzjoni tad-dritt Ġermaniż dwar prodotti mediċinali huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83 u li, għalhekk, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VIII dwar reklamar, ta’ din id-direttiva ma humiex applikabbli għalihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE> <NAME.CASE>Ludwigs-Apotheke</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑143/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:656">EU:C:2007:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi Magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:136">EU:C:2015:136</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni hija bla ħsara għal restrizzjonijiet eventwali oħra naxxenti mid-dritt tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, għandi nenfasizza b’mod partikolari li, f’sitwazzjoni, bħal fil-każ inkwistjoni, meta d-Direttiva 2001/83 ma tkunx applikabbli, id-Direttiva 2006/114/KE (ġenerali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kodifikata) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2006">ĠU L 376, p. 21</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> tkun għadha applikabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi Magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:136">EU:C:2015:136</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tagħti risposti għad-domandi tal-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja, il-Ġermanja) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ma jipprekludix liġi nazzjonali, bħalma huwa l-punt 1 tal-Artikolu 21(2) tal-Arzneimittelgesetz (liġi dwar prodotti mediċinali), li tistabbilixxi li ma hija meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali li jkun intenzjonat sabiex jiġi ssomministrat lill-bnedmin u, minħabba l-fatt li huwa frekwentement ordnat mit-tobba jew mid-dentisti, l-istadji essenzjali tal-manifattura ta’ tali prodott isiru fl-ispiżeriji, f’ammont sa 100 kaxxa għal kull ġurnata kollha ppakkjati bħala parti mill-operat normali tal-ispiżerija, u li huma intiżi għall-provvista fil-kuntest tal-liċenzja ta’ operat tal-ispiżerija.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha ma ssegwix l-interpretazzjoni proposta skont il-punt preċedenti u tqis li r-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2001/83 huma ssodisfatti, allura l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/83 ma jipprekludix liġi nazzjonali bħalma huwa l-punt 1 tal-Artikolu 21(2) tal-Arzneimittelgesetz (liġi dwar prodotti mediċinali), li biha ma tkun meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali li jkun intenzjonat sabiex jiġi ssomministrat lill-bnedmin u, minħabba l-fatt li huwa frekwentement ordnat mit-tobba jew<?PAGE NO="9"?> mid-dentisti, l-istadji essenzjali tal-manifattura ta’ tali prodott isiru fl-ispiżeriji, f’ammont sa 100 kaxxa għal kull ġurnata kollha ppakkjati bħala parti mill-operat normali tal-ispiżerija, u li huma intiżi għall-provvista fil-kuntest tal-liċenzja ta’ operat tal-ispiżerija, dment li jiġu osservati l-preskrizzjonijiet ta’ farmakopea.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>