|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/85 |
14.1.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/85
tat-13 ta’ Jannar 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/385 li tistabbilixxi miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/385 (1). |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/385, dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiġi estiża sal-20 ta’ Jannar 2026. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/385 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/385, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta’ Jannar 2026.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/385 tad-19 ta’ Jannar 2024 li tistabbilixxi miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina (ĠU L, 2024/385, 19.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/385/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/85/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)