Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw /* KUMM/2008/0305 finali - CNS 2008/0102 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.5.2008 KUMM(2008)305 finali 2008/0102 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA - Il-bażi tal-proposta u l-għanijiet tagħha Id-Deċiżjoni tal-Kunsill […] li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (id-Deċiżjoni EUROPOL), li taħtha l-EUROPOL għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Komunità, se tapplika mill-1 ta' Jannar 2010 jew mid-data ta' l-applikazzjoni ta' l-emenda proposta għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 skond liema minnhom tiġi l-aħħar. Sabiex jiġi assigurat li d-Deċiżjoni tal-EUROPOL tiġi applikata mill-1 ta' Jannar 2010, l-emenda għar-Regolament tal-Kunsill Nru 549/69 li tiċċara li l-immunità mill-proċedimenti legali ma tapplikax għall-persunal tal-EUROPOL li jkun qed jipparteċipa fi gruppi konġunti ta' investigazzjoni, għandha tiġi adottata mingħajr dewmien. - Il-kuntest ġenerali Matul it-tħejjija tad-Deċiżjoni tal-EUROPOL, il-kwistjoni ta' l-immunitajiet tal-persunal tal-EUROPOL li jkun qed jipparteċipa fi gruppi konġunti ta' investigazzjoni ġiet diskussa b'mod sħiħ. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12-13 ta' Ġunju 2007 dwar is-sostituzzjoni tal-Konvenzjoni tal-EUROPOL b'Deċiżjoni tal-Kunsill iddikjaraw li 'l-EUROPOL tiġi ffinanzjata mill-baġit tal-Komunità sa mill-1 ta' Jannar 2010 jekk jinstabu soluzzjonijiet sodisfaċenti dwar dawn it-tliet kwistjonijiet pendenti: 1. it-tneħħija ta' l-immunità għall-uffiċjali tal-EUROPOL meta jkunu qed jieħdu sehem f'attivitajiet operattivi, partikolarment il-Gruppi Konġunti ta' Investigazzjoni (JITs), ….'. Wara d-diskussjonijiet fil-Kunsill dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni qablet fl-20 ta' Frar 2008, li tressaq proposta sabiex jiġi emendat ir-Regolament Nru 549/69 bil-għan li tiġi ċċarata l-firxa ta' l-applikazzjoni ta' l-immunitajiet ġuriżdizzjonali. - Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta - Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (1965), u b'mod partikolari l-Kapitolu V (Artikoli 12 - 16) tiegħu, li jispeċifika l-immunitajiet u l-privileġġi li l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej igawdu fit-territorji ta' l-Istati Membri. Skond l-Artikolu 16 tal-Protokoll, il-Kunsill għandu, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti, jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet li għalihom japplikaw b'mod sħiħ jew parzjali d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, u l-Artikolu 14. - L-Att tal-Kunsill tat-18 ta' Dċembru 1997 li jfassal, fuq il-bażi ta' l-Artikolu K3 tat-Trattat dwar l-Unoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar l-assistenza u l-koperazzjoni reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana. - Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw, kif emendat. - L-Att tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2000 li jistabbilixxi, skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. - Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti - Il-konsistenza mal-politiki u ma’ l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT - Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Mhux rilevanti. - Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. - Valutazzjoni ta’ l-Impatt L-emenda proposta tikkorrispondi mat-talba li l-immunità mill-proċedimenti legali (Artikolu 12 (a) tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet) m'għandux japplika fir-rigward tal-persunal tal-EUROPOL li jitpoġġa għad-dispożizzjoni ta' skwadra konġunta ta' investigazzjoni fir-rigward ta' atti uffiċjali li jridu jsiru fit-twettiq ta' l-inkarigi operattivi stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill […] li tistabbilixxi l-EUROPOL. ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA - Sinteżi ta' l-azzjoni proposta Li tiġi proposta emenda li tiċċara li l-persunal tal-EUROPOL li jipparteċipa fi skwadri ta' investigazzjoni konġunta m'għandux immunità mill-proċedimenti legali. - Bażi legali Artikolu 16 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. - Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hi konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Artikolu 16 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet jistipula li l-Kunsill għandu, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-istituzzjonijiet l-oħra involuti, jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet li għalihom japplikaw, b'mod sħiħ jew parzjali, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, u l-Artikolu 14. M'hemm l-ebda mezzi oħra, anqas wiesgħa, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' din il-proposta. - L-għażla ta’ l-istrumenti Strument propost: regolament. Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Il-proposta tirrigwarda l-emendar ta' strument eżistenti. L-IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. 2008/0102 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja[3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri[4], Billi: 1. Skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [ id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-Europol ][5], il-persunal tal-EUROPOL jista' jipparteċipa fi rwol ta' appoġġ fi skwadri konġunti ta' investigazzjoni maħluqa minn żewġ Stati Membri jew iżjed, u fuq inizjattiva ta' dawn l-Istati Membri, sakemm dawn l-iskwadri jkunu qed jinvestigaw reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol. Dawn l-iskwadri konġunti ta' investigazzjoni huma mmexxija minn kap ta' l-iskwadra li jirrappreżenta l-awtorità nazzjonali kompetenti li tkun qed tipparteċipa fl-investigazzjonijiet kriminali mill-Istat Membri li fih topera l-iskwadra. Matul l-operat ta' l-iskwadra konġunta ta' investigazzjoni, il-persunal tal-EUROPOL għandu, fir-rigward tar-reati mwettqa kontrihom jew minnhom, ikunu suġġetti għal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru ta' l-operazzjoni applikabbli għal persuni b'funzjonijiet komparabbli. 2. Meta l-possibilità li uffiċjali tal-Europol jipparteċipaw fi skwadri konġunti ta' investigazzjoni ġiet introdotta mill-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Europol[6], tqies li, fid-dawl ta' l-ispeċifiċitajiet tal-parteċipazzjoni ta' l-uffiċjali tal-Europol fi skwadri konġunti ta' investigazzjoni maħluqa mill-Istati Membri fil-kuntest ta' investigazzjonijiet kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol, uffiċjali tal-Europol m'għandhomx igawdu l-immunità mill-proċedimenti legali fir-rigward ta' l-atti uffiċjali mwettqa waqt il-parteċipazzjoni f'dawn l-iskwadri. 3. Il-privileġġi u l-immunitajiet li l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej jagħti, biss fl-interessi tal-Komunitajiet, lill-uffiċjali u lill-aġenti tagħhom, għandhom natura purament funzjonali, fis-sens li huma maħsuba biex jevitaw kull interferenza mal-funzjonament u l-indipendenza tal-Komunitajiet. Ladarba d-Deċiżjoni tal-Kunsill [ id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-Europol ] ma tibdilx l-ispeċifiċitajiet tal-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Europol fl-iskwadri konġunti ta' investigazzjoni, l-adozzjoni tagħha m'għandhiex testendi l-immunità mill-ġuriżdizzjoni għall-persunal tal-Europol li jkun qed jipparteċipa f'dawn l-iskwadri. Għaldaqstant, ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69[7] għandu jiġi emendat sabiex jiġi ċċarat, fil-kuntest ta' dik id-Deċiżjoni, u esklussivament għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tagħha, l-ambitu ta' l-immunità tal-persunal tal-Europol li jkun għad-dispożizzjoni ta' skwadra konġunta ta' investigazzjoni, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 1a li ġej hu hawnhekk inserit fir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru. 549/69: Artikolu 1a L-Artikolu 12 (a) tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet m'għandux japplika għall-persunal tal-EUROPOL li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta' skwadra konġunta ta' investigazzjoni fir-rigward ta' atti uffiċjali li jkun meħtieġ li jsiru fi twettiq ta' l-inkarigi stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [ id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-Europol ].' Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea [pubblikazzjoni fl-istess jum tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-Europol ]. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] [1] ĠU C […], […], p. […]. [2] ĠU C […], […], p. […]. [3] ĠU C […], […], p. […]. [4] ĠU C […], […], p. […]. [5] Ara paġna ... ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [6] ĠU C 312, 16.12.2002, p. 1. [7] ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1. Ir-Regolament kif ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1749/2002 (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 13).