|
7.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 436/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2161
tas-6 ta’ Diċembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 b’appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali dwar il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi fil-Balkani tal-Punent
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta' Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha. |
|
(3) |
Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, il-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti), li jaġixxi f’isem iċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir talab estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 sas-17 ta’ Ottubru 2022, fid-dawl tad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġetti skont id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. |
|
(4) |
It-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 sas-17 ta' Ottubru 2022 tista’ titwettaq mingħajr ebda konsegwenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji . |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fis-17 ta' Ottubru 2022.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. CIGLER KRALJ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta' Novembru 2018 b'appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t- traffikar illeċitu ta' armi fil-Balkani tal-Punent (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11).