IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 31.8.2023
COM(2023) 500 final
ANNESS
għar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
Rapport Annwali dwar l-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja tal-Unjoni Ewropea ffinanzjati fl-2022
Anness III: Valutazzjoni esterna dwar l-għajnuna umanitarja
Is-servizzi ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni huma responsabbli għat-tmexxija, il-koordinazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-funzjoni ta’ evalwazzjoni. Huma jipproduċu riżultati ta’ evalwazzjoni f’waqthom u ta’ kwalità għolja biex jiżguraw evidenza għal teħid ta’ deċiżjonijiet u responsabbiltà infurmati. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkunu ġeografiċi, tematiċi jew iffokati fuq sħubija speċifika. Fl-2022, id-DĠ ECHO lesta l-evalwazzjonijiet strateġiċi li ġejjin:
·
Evalwazzjoni tal-interventi umanitarji tal-Unjoni Ewropea fil-Jemen u fl-Aċċess Umanitarju, 2015-2020;
·
Evalwazzjoni kkombinata tal-interventi umanitarji tal-Unjoni Ewropea fil-Qarn tal-Afrika (HoA) fil-perjodu 2016-2020, u s-sħubija tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja (DĠ ECHO) mal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA);
·Evalwazzjoni tal-programm tax-Xibka ta’ Sikurezza Soċjali ta’ Emerġenza (ESSN-2, 2018-2020);
·
Evalwazzjoni kkombinata tar-rispons umanitarju tal-Unjoni Ewropea għal diżastri li jfeġġu għall-għarrieda u tas-sħubija tad-DĠ ECHO mal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar (IFRC), 2016-2020;
·Evalwazzjoni kkombinata tal-interventi umanitarji tal-Unjoni Ewropea fis-Saħel u fis-setturi tal-assistenza alimentari u n-nutrizzjoni, 2016-2020;
·Evalwazzjoni tal-interventi umanitarji tal-Unjoni Ewropea fit-tħejjija għad-diżastri;
·
Evalwazzjoni kkombinata tar-rispons umanitarju tad-DĠ ECHO għall-epidemiji, u tas-sħubija tad-DĠ ECHO mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2017-2021.
F’Jannar 2023, kien hemm evalwazzjonijiet pendenti għall-oqsma li ġejjin:
·Evalwazzjoni Interim tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, 2017-2022;
·Evalwazzjoni tal-loġistika umanitarja fl-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u tal-għajnuna umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea, 2018-2022, u tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà fi ħdan ir-riattivazzjoni tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, 2020-2022;
·Evalwazzjoni kkombinata tar-rispons tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi reġjonali tal-Venezwela, u tas-sħubija tad-DĠ ECHO mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, 2017-2021.