|
14.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1218/2014
tat-13 ta' Novembru 2014
li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tar-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali għat-Trichinella fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' annimali porċini domestiċi maħsuba għat-tgħammir, il-produzzjoni jew il-qatla, u tal-laħam frisk tagħhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti kunsinni ta' annimali ħajjin jew ta' laħam frisk. Dan jistipula li l-kunsinni tal-bhejjem tal-ifrat għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw ma' ċerti rekwiżiti u jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat veterinarju xieraq, magħmul skont il-mudell rilevanti stabbilit f'dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' annimali porċini domestiċi għat-tgħammir u/jew il-produzzjoni, u għall-qtil immedjat huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 rispettivament bħala l-mudelli “POR-X” u “POR-Y”. Dawn il-mudelli ma jinkludux garanziji għat-Trichinella. |
|
(3) |
Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' annimali porċini domestiċi huwa stipulat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala l-mudell “POR”. Dan il-mudell jinkludi garanziji għat-Trichinella. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 (5) jistabbilixxi regoli għat-teħid ta' kampjuni ta' karkassi ta' speċijiet suxxettibbli għall-infezzjoni tat-Trichinella u għad-determinazzjoni tal-istatus ta' azjendi li jżommu ħnieżer domestiċi. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 (6) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2075/2005 jagħti deroga mid-dispożizzjonijiet tal-ittestjar waqt il-qatla għal azjendi li huma uffiċjalment rikonoxxuti li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2014 (7) jistipula li azjenda fejn jinżammu ħnieżer domestiċi, tista' tiġi rikonoxxuta biss li qed tapplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni jekk, fost l-oħrajn, l-operatur tan-negozju tal-ikel jintroduċi ħnieżer domestiċi ġodda fl-azjenda jekk dawn joriġinaw biss u jkunu ġejjin minn azjendi li wkoll ikunu uffiċjalment rikonoxxuti li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni. |
|
(6) |
Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji “POR-X” u “POR-Y” stabbiliti fl-Anness I tal-mudell taċ-ċertifikat “POR” stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandhom jiġu emendati biex jirriflettu r-rekwiżiti relatati mal-importazzjonijiet ta' annimali porċini domestiċi u l-laħam frisk tagħhom stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2075/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 216/2014. B'mod partikolari, l-informazzjoni dwar ir-rikonoxximent uffiċjali tal-azjenda ta' provenjenza ta' ħnieżer domestiċi għandha tiġi inkluża jew tiġi emendata rispettivament fil-mudelli taċ-ċertifikati sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-reġim xieraq tal-ittestjar għat-Trichinella waqt il-qatla, biex l-istatus tal-azjenda ta' destinazzjoni tal-ħnieżer domestiċi għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni ma jiġix ipperikolat u biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-laħam frisk. |
|
(7) |
Veterinarju uffiċjali għandu jinkludi garanziji supplimentari u kundizzjonijiet speċifiċi b'rabta mal-kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni fir-rigward tat-Trichinella fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji “POR-X”, “POR-Y” u “POR”. |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' kunsinni ta' annimali porċini domestiċi u ta' laħam frisk tagħhom, l-użu ta' ċertifikati maħruġa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fil-verżjonijiet tagħhom qabel l-emendi li qed jiġu introdotti permezz ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu awtorizzati matul il-perjodu tranżitorju soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrata li ġejja tiżdied ma' Kundizzjonijiet Speċifiċi fil-Parti 1 tal-Anness I:
|
|
(2) |
Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “POR-X” fil-Parti 2 tal-Anness I, huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “POR-X” fil-Parti 2 tal-Anness I, huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-entrata li ġejja “K” tiżdied ma' SG (Garanziji supplimentari) fil-Parti 2 tal-Anness II:
|
|
(5) |
Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “POR-X” fil-Parti 2 tal-Anness II, huwa emendat kif ġej:
|
|||||||||||||||
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta' Marzu 2015, il-kunsinni ta' annimali ħajjin u laħam frisk akkumpanjati biċ-ċertifikati veterinarji xierqa maħruġa sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2015 skont il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji “POR-X” u “POR-Y” stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u l-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “POR” stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament fil-verżjonijiet tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.
(2) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 85).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2014 tal-21 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 302, 22.10.2014, p. 46).