<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑24/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CO0024</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:40">EU:C:2014:40</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAS-<DATE ISO="20140116">16.1.2014</DATE> — KAWŻA C‑24/13</P><P>DÉL-ZEMPLÉNI NEKTÁR LEADER NONPROFIT</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P>tas-<DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1698/2005</KEYWORD><KEYWORD>FAEŻR</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti marbuta mal-forma legali ta’ gruppi ta’ azzjoni lokali</KEYWORD><KEYWORD>Tibdil tal-imsemmija rekwiżiti</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenzi tal-Istati membri</KEYWORD><KEYWORD>Limiti</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑24/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Fővárosi közigazgatási és munkaügyi bíróság (l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130103">3 ta’ Jannar 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20130121">21 ta’ Jannar 2013</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Dél-Zempléni Nektár Leader Nonprofit kft.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Vidékfejlesztési miniszter,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, J. Malenovský u A. Prechal (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 53(2) u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286M" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2010">ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 26</REF.DOC.OJ>) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006, tal-<DATE ISO="20061215">15 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="322M" PAGE.FIRST="305" DATE.PUB="20081202">ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 305</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Dél-Zempléni Nektár Leader Nonprofit kft. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>DZNLN<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u vidékfejlesztési miniszter (ministeru għall-iżvilupp rurali) dwar deċiżjoni ta’ rtirar tal-approvazzjoni li kienet tibbenefika minnha DZNLN bħala grupp ta’ azzjoni lokali.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1698/2005 jistabbilixxi r-regoli ta’ intervent tal-FAEŻR.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-FAEŻR għandu jaġixxi fl-Istati Membri permezz ta’ programmi għall-iżvilupp rurali. Dawn il-programmi jimplimentaw strateġija ta’ żvilupp rurali permezz ta’ sett ta’ miżuri magħquda flimkien skont l-assi definiti fit-Titolu IV, li għall-kisba tagħhom ser titfittex għajnuna mill-FAEŻR.</ALINEA><ALINEA>Kull programm għall-iżvilupp rurali għandu jkopri perijodu bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Abbażi tas-sistema ta’ għajnuna tal-assi 4 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Leader<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, l-Artikolu 61 tar-Regolament Nru 1698/2005 jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-approċċ Leader għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>strateġiji lokali ta’ żvilupp bbażati fuq iż-żona maħsuba għal territorji rurali sub-reġjonali definiti b’mod ċar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>sħubiji pubbliċi-privati fil-livell lokali (minn hawn ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Gruppi ta’ Azzjoni Lokali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>approċċ minn isfel għal fuq b’setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għal gruppi ta’ azzjoni lokali dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji lokali ta’ żvilupp;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>tfassil u implimentazzjoni multi-settorjali tal-istrateġija bbażati fuq l-interazzjoni bejn l-atturi u l-proġetti ta’ setturi differenti tal-ekonomija lokali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>in-netwerking ta’ sħubiji lokali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Gruppi ta’ azzjoni lokali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, l-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 1698/2005 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="062.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-approċċ ta’ żvilupp lokali bi sħab għandu jkun implimentat mill-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jeħtieġ li jipproponu strateġija lokali integrata ta’ żvilupp ibbażata mill-inqas fuq l-elementi mniżżla fl-Artikolu 61(a) sa (d) u (g), u jeħtieġ li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jeħtieġ li jkunu grupp diġà kkwalifikat għall-inizjattivi Leader II [...] jew għal-Leader+ [...] jew skont l-approċċ Leader, jew ikun grupp ġdid li jirrappreżenta msieħba mid-diversi setturi soċjo-ekonomiċi bbażati lokalment fit-territorju kkonċernat. Fil-livell ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, kif ukoll rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili, bħall-bdiewa, in-nisa rurali, iż-żgħażagħ u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, iridu jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tas-sħubija lokali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jeħtieġ li juru abbiltà li jiddefinixxu u jimplimentaw strateġija ta’ żvilupp għaż-żona.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="062.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura li l-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali jew jagħżlu attur prinċipali amministrattiv u finanzjarju kapaċi jamministra l-fondi pubbliċi u jiżgura l-funzjonament sodisfaċenti tas-sħubija, jew jersqu flimkien fi struttura komuni ffurmata legalment li l-kostituzzjoni tagħha tiggarantixxi l-funzjonament sodisfaċenti tas-sħubija u l-kapaċità ta’ amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="062.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali għandhom jagħżlu l-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati taħt l-istrateġija. Huma jistgħu jagħżlu wkoll proġetti ta’ kooperazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>DZNLN, kumpannija b’responsabbiltà limitata mingħajr skop ta’ lukru, kienet approvata bħala grupp ta’ azzjoni lokali Leader permezz ta’ deċiżjoni tal-Új Magyarország Vidékfejlesztési Program Irányító Hatósága (Awtorità responsabbli mill-programm tal-iżvilupp rurali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ungerija Ġdida<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) tas-<DATE ISO="20080926">26 ta’ Settembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Sussegwentement DZNLN eżerċitat l-attività tagħha fil-funzjoni ta’ grupp ta’ azzjoni lokali Leader filwaqt li osservat l-obbligi naxxenti kemm mid-dritt tal-Unjoni kif ukoll mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-approvazzjoni suesposta ġiet irtirata fir-rigward ta’ DZNLN permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, b’effett mit-<DATE ISO="20120430">30 ta’ April 2012</DATE>, peress li, skont l-Artikolu 2(1) sa (3) tad-Digriet 54/2011 tal-ministeru tal-iżvilupp rurali, sa minn dik id-data, huma biss l-assoċjazzjonijiet, bl-esklużjoni għalhekk, b’mod partikolari, tal-entitajiet li joperaw, bħal DZNLN, taħt il-forma ta’ kumpannija ekonomika mingħajr skop ta’ lukru, li jistgħu jingħataw it-titolu ta’ grupp ta’ azzjoni lokali Leader.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Peress li DZNLN ippreżentat quddiemha kawża li tikkontesta l-imsemmija deċiżjoni, il-Fővárosi közigazgatási és munkaügyi bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Budapest) tistaqsi dwar il-konformità ta’ din tal-aħħar mar-Regolamenti Nri 1698/2005 u 1974/2006. Barra minn hekk, l-imsemmija qorti ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lil Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1)</NO.P><TXT>Ir-Regolamenti [Nri 1698/2005 u 1974/2006] jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-gruppi ta’ azzjoni lokali stabbiliti fir-rigward tal-għajnuna agrikola jistgħu joperaw fi Stat Membru partikolari biss fil-forma ta’ organizzazzjoni legalment iddefinita?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Istat Membru jista’, abbażi tar-regolamenti ċċitati iktar ’il fuq, jadotta leġiżlazzjoni ddifferenzjata b’mod li jirriżerva l-awtorizzazzjoni tal-gruppi ta’ azzjoni lokali għal ċerti forom ta’ organizzazzjoni legali permezz tal-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet iktar stretti jew differenti, indipendentement mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 1698/2005?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Abbażi tar-regolamenti ċċitati iktar ’il fuq, huwa biżżejjed li fl-Istat Membru l-grupp ta’ azzjoni lokali jissodisfa biss il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 1698/2005? L-Istat Membru jista’ jirrestrinġi din id-dispożizzjoni billi jimponi rekwiżiti formali jew legali addizzjonali fir-rigward ta’ organizzazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet [tal-imsemmi Artikolu 62(1)]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Ir-regolamenti ċċitati iktar ’il fuq jistgħu jiġu interpretati fis-sens li taqa’ taħt il-marġni ta’ diskrezzjoni ta’ Stat Membru d-deċiżjoni li permezz tagħha huwa jxolji l-grupp ta’ azzjoni lokali li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 1698/2005 u li, fl-operat tiegħu, dejjem osserva r-regoli nazzjonali u Komunitarji kollha rilevanti, b’mod li jiġi permess biss l-operat ta’ grupp ta’ azzjoni lokali li għandu forma ġdida ta’ organizzazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Ir-regolamenti ċċitati iktar ’il fuq jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-Istat Membru partikolari jista’, anki fir-rigward tal-programmi ta’ għajnuna u tal-perijodu ta’ programmazzjoni attwali, jemenda skont il-każ il-kuntesti ġuridiċi ta’ operat tal-gruppi ta’ azzjoni lokali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Ir-regolamenti ċċitati iktar ’il fuq kif għandhom jiġu interpretati fil-każ li l-grupp ta’ azzjoni lokali li qabel kien jopera b’mod konformi u regolari jkun ser jispiċċa? F’tali każ x’jiġri mill-impennji meħuda u mid-drittijiet miksuba mill-grupp ta’ azzjoni lokali, b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari għall-persuni kollha milquta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>L-Artikolu 62(2) tar-[Regolament Nru 1698/2005] jista’ jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jitqiesu bħala ammissibbli u legali d-dispożizzjonijiet nazzjonali li abbażi tagħhom grupp ta’ azzjoni lokali Leader li jopera fil-forma ta’ kumpannija ekonomika mingħajr skop ta’ lukru għandu fi żmien sena jieħu l-forma ta’ assoċjazzjoni minħabba li hija biss il-forma ta’ assoċjazzjoni li għandhom is-soċjetajiet mhux kummerċjali li tista’ tiżgura b’mod konformi l-ħolqien ta’ netwerk bejn il-membri lokali, peress li min-naħa, skont id-dritt Ungeriż fis-seħħ, l-għan ewlieni ta’ kumpannija ekonomika huwa li tagħmel profitt u min-naħa l-oħra, l-interessi ekonomiċi jeskludu t-tfittxija u r-reklutaġġ ta’ membri minn fost il-pubbliku?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok li jitfakkar, minn naħa, li, b’mod konformi mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat. Jeħtieġ li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża fir-rigward tal-ewwel sal-ħames domanda kif ukoll fir-rigward tas-seba’ waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 53(2) ta’ dawn l-istess regoli, meta talba tkun manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat. Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest tal-kawża odjerna fir-rigward tas-sitt domanda.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sat-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel tliet domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-Regolamenti Nri 1698/2005 u 1974/2006 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jirrikjedu, jipprojbixxu jew jippermettu l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu li grupp ta’ azzjoni lokali li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha nnumerati fl-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 1698/2005, huwa, barra minn hekk, suġġett għall-obbligu li jadotta forma ta’ organizzazzjoni legali partikolari u għal rekwiżiti oħra assoċjati ma’ dan.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li, għalkemm minħabba n-natura tagħhom stess u l‑funzjoni tagħhom fl-iskema tas-sorsi tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti għandhom, ġeneralment, effett immedjat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali mingħajr ma jkun meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri ta’ applikazzjoni, uħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom jistgħu<?PAGE NO="5"?> jeħtieġu, madankollu, għall-implementazzjoni tagħhom, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni mill-Istati Membri (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Ketelä, C‑592/11, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta’ applikazzjoni ta’ regolament jekk ma jostakolawx l-applikabbiltà diretta tiegħu, jekk ma jaħbux in-natura Komunitarja tiegħu u jekk jispeċifikaw l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mogħtija minn dan ir-regolament filwaqt li jibqgħu fil-parametri tad-dispożizzjonijiet tiegħu (sentenza Ketelä, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa permezz ta’ riferiment għad-dispożizzjonijiet relevanti tar-regolament inkwistjoni, interpretati fid-dawl tal-għanijiet tiegħu, li għandu jiġi ddeterminat jekk dawn jipprojbixxux, jimponux jew jippermettux lill-Istati Membri li jadottaw ċerti miżuri ta’ applikazzjoni u, b’mod partikolari f’din l-aħħar ipoteżi, jekk il-miżura kkonċernata taqax fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandu kull Stat Membru (sentenza Ketelä, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jitfakkar li, skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) id-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplementaw id-dritt tal-Unjoni. Waqt tali implementazzjoni, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji ġenerali ta’ dan id-dritt, bħal, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20020620">20 ta’ Ġunju 2002</DATE>, Mulligan <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-313/99" PAGE.ECR="I-5719" YEAR="2002">C-313/99, Ġabra p. I-5719</REF.DOC.ECR>, punt 46, kif ukoll tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, JK Otsa Talu, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-241/07" PAGE.ECR="I-4323" YEAR="2009">C-241/07, Ġabra p. I-4323</REF.DOC.ECR>, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-elementi mfakkra fil-punti 15 u 16 ta’ dan id-digriet, jeħtieġ li jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 1698/2005 ma jipprevedix regoli relatati ma’ forma legali partikolari li għandhom ikollhom il-gruppi ta’ azzjoni lokali. F’dan ir-rigward, l-imsemmi regolament fl-Artikolu 62(2) tiegħu sempliċiment jiddikjara li l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jew jagħżlu attur prinċipali amministrattiv u finanzjarju kapaċi jamministra l-fondi pubbliċi u jiżgura l-funzjonament sodisfaċenti tas-sħubija, jew jersqu flimkien fi struttura komuni ffurmata legalment li l-kostituzzjoni tagħha tiggarantixxi l-funzjonament sodisfaċenti tas-sħubija u l-kapaċità ta’ amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, u fid-dawl b’mod partikolari tal-għażla li din l-aħħar dispożizzjoni toffri lill-awtorità ta’ ġestjoni, ir-Regolament Nru 1698/2005 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li huwa jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprevedu li l-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom jadottaw forma legali partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentement, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-imsemmi Artikolu 62(2) lanqas ma jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa jostakola lill-Istati Membri milli jirrikjedu l-adozzjoni, mill-gruppi ta’ azzjoni lokali, ta’ forma legali partikolari, billi jipprivileġġaw, b’dan il-mod, waħda miż-żewġ modalitajiet li jsir riferiment għalihom mill-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mit-termini stess ta’ dan tal-aħħar, dan ma għandu l-ebda skop ieħor ħlief li jikkontribwixxi sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sħubija u l-kapaċità ta’ din tal-aħħar li tiġġestixxi fondi pubbliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-indikazzjonijiet inklużi fl-Artikoli 61 u 62(1) tar-Regolament Nru 1698/2005, li minnhom jirriżulta li l-grupp ta’ azzjoni lokali jikkostitwixxi sħubija pubblika-privata li tinkludi firxa wiesgħa ta’ sħab privati u għandu jkollha setgħa deċiżjonali u kapaċità li tiddefinixxi u timplementa strateġija lokali ta’ żvilupp li hija responsabbli minnu, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-obbligu li tintuża forma legali partikolari sabiex jiġi kkostitwit tali grupp huwa ta’<?PAGE NO="6"?> natura li jikkontribwixxi b’mod partikolarment effikaċi sabiex jintlaħaq l-imsemmi għan. Għal dan l-għan, l-impożizzjoni ta’ tali obbligu, taqa’, bħala prinċipju, taħt il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri fl-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1698/2005.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-aħħar, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk, billi adottaw leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet nazzjonali baqgħux fil-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni li huma għandhom għalhekk fl-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1698/2005, jeħtieġ li jitfakkar li, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, in-neċessità li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali tirrikjedi, b’mod partikolari, li din tal-aħħar tiddefinixxi il-kuntest fattwali u legali li fih hija tqajjem id-domandi jew, tal-inqas, li hija tispjega l-każijiet fattwali li fuqhom ikunu bbażati dawn id-domandi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080131">31 ta’ Jannar 2008</DATE>, Centro Europa 7, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-380/05" PAGE.ECR="I-349" YEAR="2008">C-380/05, Ġabra p. I-349</REF.DOC.ECR>, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, hemm lok li jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li, ħlief id-dikjarazzjoni li tistabbilixxi li jirriżulta mill-Artikolu 2(1) sa (3) tad-Digriet 54/2011 li, sa mit-<DATE ISO="20120430">30 ta’ April 2012</DATE>, huma biss l-entitajiet li jkollhom il-forma legali tal-assoċjazzjoni li jistgħu jingħataw it-titolu ta’ grupp ta’ azzjoni lokali Leader, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludi l-ebda indikazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet l-oħra li jikkaratterizzaw il-kuntest ġuridiku l-ġdid b’hekk stabbilit u ma lanqas ma tippreċiża l-karatteristiċi legali speċifiċi li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>assoċjazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> għandhom jissodisfaw skont id-dritt nazzjonali applikabbli. Barra minn hekk, l-imsemmija deċiżjoni ma tinkludi l-ebda preċiżjoni dwar il-kuntest ġuridiku intern preċedenti u l-ebda indikazzjoni ċara dwar ir-raġunijiet li wasslu lill-awtorità kompetenti sabiex tissostitwixxi dak il-kuntest ġuridiku b’wieħed ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-kontenut tad-deċiżjoni tar-rinviju ma huwiex ta’ natura li jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti lill-qorti tar-rinviju indikazzjonijiet li jmorru lil hinn minn dawk, ta’ natura ġenerali, diġà msemmija fil-punti 15 sa 17 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ, b’mod partikolari, li jitfakkar li l-informazzjoni pprovduta fid-deċiżjonijiet tar-rinviju ma sservix biss biex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti tweġibiet utli imma wkoll li tagħti lill-Gvernijiet tal-Istati Membri kif ukoll lill-partijiet interessati oħra l-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiżgura li din il-possibbiltà tiġi ssalvagwardjata, fid-dawl tal-fatt li, skont l-imsemmija dispożizzjoni, huma biss id-deċiżjonijiet tar-rinviju li jiġu nnotifikati lill-partijiet interessati (ara, b’mod partikolari, id-digriet tat-<DATE ISO="20000628">28 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Laguillaumie, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-116/00" PAGE.ECR="I-4979" YEAR="2000">C-116/00, Ġabra p. I-4979</REF.DOC.ECR>, punt 14 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, iċ-ċirkustanza li l-Gvern Ungeriż, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, intrabat li jistabbilixxi b’mod iktar preċiż il-kuntest legali intern li l-konoxxenza tiegħu tippermetti li jingħataw risposti, fejn ikun xieraq, iktar preċiżi, għall-mistoqsijiet imqajma fid-domandi preliminari ma tistax tagħmel tajjeb għad-difetti msemmija iktar ’il fuq li jikkaratterizzaw id-deċiżjoni tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jiġi rrilevat li, għalkemm id-domandi tal-qorti tar-rinviju jindirizzaw b’mod espliċitu r-Regolament Nru 1974/2006, l-imsemmija qorti, la fid-domandi, u lanqas fit-test tad-deċiżjoni tar-rinviju ma identifikat dispożizzjoni tal-imsemmi regolament li hija, b’mod partikolari titlob l-interpretazzjoni tagħha, u lanqas ma tat, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, xi spjegazzjoni dwar ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn tali dispożizzjoni u l-vertenza fil-kawża prinċipali jew is-suġġett ta’ din tal-aħħar. F’dawn il-kundizzjonijiet, ma hemmx lok li jiġu evalwati d-domandi magħmula fir-rigward tar-Regolament Nru 1974/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, jeħtieġ li tingħata risposta għall-ewwel tliet domandi li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1698/2005, b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 62 ta’ dan tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jirrikjedux u, bħala prinċipju, lanqas ma jipprojbixxu l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu li grupp ta’ azzjoni lokali li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha enumerati fl-Artikolu 62(1) ta’ dan ir-regolament jista’ jeżerċita l-attività tiegħu biss taħt forma legali<?PAGE NO="7"?> partikolari. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li, fid-dawl tal-karatteristiċi rilevanti kollha tagħha, tali leġiżlazzjoni ma tostakolax l-applikabbiltà diretta tal-imsemmi regolament u li tippreċiża l-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri minn dan l-istess regolament filwaqt li tibqa’ fil-limiti tad-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar. Il-qorti tar-rinviju għandha wkoll tiżgura li din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tosserva d-dispożizzjonijiet tal-Karta u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’, il-ħames, u s-seba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’, il-ħames u s-seba’ domanda, li hemm lok li jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom biss taħt forma legali partikolari tiġi applikata, matul perijodu tranżitorju ta’ sena, għal gruppi ta’ azzjoni lokali li ġew ikkostitwiti validament taħt il-forma legali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali preċedenti, anki meta jkunu pendenti l-programmi ta’ għajnuna u l-perijodu ta’ programmazzjoni marbuta magħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 17 ta’ dan id-digriet, l-Istati Membri huma b’mod partikolari obbligati jiżguraw l-osservanza tal-Karta u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni meta jadottaw leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fost dawn il-prinċipji ġenerali hemm inkluż il-prinċipju ta’ ċertezza legali li jirrikjedi li leġiżlazzjoni li tinvolvi konsegwenzi sfavorevoli fir-rigward ta’ individwi tkun ċara u preċiża u l-applikazzjoni tagħha tkun prevedibbli għall-persuni suġġetti għaliha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20050607">7 ta’ Ġunju 2005</DATE>, VEMW <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-17/03" PAGE.ECR="I-4983" YEAR="2005">C-17/03, Ġabra p. I-4983</REF.DOC.ECR>, punt 80 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li persuna ma tistax tibbaża l-aspettattivi tagħha fuq l-assenza totali ta’ emenda leġiżlattiva, iżda tista’ biss tikkontesta l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ tali emenda. F’dan ir-rigward, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jirrikjedi, b’mod partikolari, li l-leġiżlatur jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet partikolari tal-operaturi ekonomiċi u jipprovdi, jekk ikun neċessarju, adattamenti għar-regoli legali l-ġodda (ara s-sentenza VEMW <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 81, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li perijodu tranżitorju ta’ sena li jkollu l-għan li jippermetti lill-operaturi kkonċernati li jaddattaw għal-leġiżlazzjoni l-ġdida bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jirriżultax li huwa bħala prinċipju irraġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ aspetti oħra li jikkaratterizzaw l-imsemmija leġiżlazzjoni, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju ma pprovdietx, fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, indikazzjonijiet suffiċjenti li jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħtiha risposta utli li tmur lil hinn mill-prinċipji mtennija fil-punti 15 sa 17 ta’ dan id-digriet u fil-kuntest tar-risposta mogħtija għall-ewwel tliet domandi preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, ħlief għall-preċiżjoni marbuta mat-tul tal-perijodu tranżitorju, id-deskrizzjoni tal-kuntest ġuridiku intern rilevanti inkluża fid-deċiżjoni tar-rinviju hija difettuża u dan kif ġie diġà rrilevat fil-punt 24 ta’ dan id-digriet. Bl-istess mod, jeħtieġ li tiġi rrilevata l-assenza, f’din l-istess deċiżjoni, ta’ kull element ta’ informazzjoni fir-rigward, minn naħa, tal-kundizzjonijiet li jikkaratterizzaw l-approvazzjoni inizjali bħala grupp ta’ azzjoni lokali u l-obbligi legali li, abbażi tagħha, tibbenefika minnhom DZNLN fir-relazzjoni tagħha mal-awtoritajiet, kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-implikazzjonijiet konkreti li jirriżultaw għal entità bħal DZNLN mill-bidla għall-forma legali tal-assoċjazzjoni fil-kuntest tas-sistema legali l-ġdida stabbilita permezz tad-digriet 54/2011 jew, fin-nuqqas ta’ tali tibdil tal-forma, it-telf tal-kwalità ta’ grupp ta’ azzjoni lokali.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, jeħtieġ li tingħata risposta għar-raba’, il-ħames u s-seba’ domanda li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix, bħala prinċipju, li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom biss taħt forma legali partikolari tista’ tiġi applikata, matul perijodu tranżitorju ta’ sena, għal gruppi ta’ azzjoni lokali li ġew ikkostitwiti validament taħt forma legali oħra skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali preċedenti, anki meta jkunu pendenti l-programmi ta’ għajnuna u l-perijodu ta’ programmazzjoni marbuta magħhom. Dan japplika biss sa fejn, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, fid-dawl, b’mod partikolari tal-karatteristiċi proprji tal-imsemmija leġiżlazzjonijiet nazzjonali suċċessivi u tal-indikazzjonijiet konkreti ta’ dawn tal-aħħar, l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida għal tali gruppi ta’ azzjoni lokali tippreċiża l-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri mir-Regolament Nru 1698/2005 filwaqt li tibqa’ fil-limiti tad-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar u li din issir b’osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Karta kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment liema huma l-implikazzjonijiet li jista’ jkollhom id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti 1698/2005 u 1974/2006 fir-rigward tal-obbligi assunti u d-drittijiet miksuba minn grupp ta’ azzjoni lokali meta dan jisparixxi.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, stabbilita mill-Artikolu 267 KE, hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha titressaq il-kawża u li trid tieħu r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tittieħed, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress illi d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja bħala prinċipju għandha l-obbligu li tagħti deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, s-sentenza tal-<DATE ISO="20120424">24 ta’ April 2012</DATE>, Kamberaj, C‑571/10, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom il-kawża tressqet quddiemha mill-qorti nazzjonali sabiex tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha stess. Fil-fatt, l-ispirtu ta’ kollaborazzjoni li għandu jkun hemm f’rinviju għal deċiżjoni preliminari jinvolvi li, min-naħa tagħha, il-qorti nazzjonali tikkunsidra l-funzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, li hija li tikkontribwixxi għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri u mhux li tagħti opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi (ara s-sentenza Kamberaj, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rifjut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda konnessjoni mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex twieġeb b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara s-sentenza Kamberaj, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi rrilevat li l-kawża prinċipali hija bejn DZNLN u l-vidékfejlesztési miniszter dwar il-legalità tad-deċiżjoni li permezz tagħha dan tal-ewwel irtira l-approvazzjoni tiegħu ta’ DZNLN bħala grupp ta’ azzjoni lokali.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, ma jirriżulta minn ebda element inkluż fl-imsemmija deċiżjoni li l-kawża li l-qorti tar-rinviju għandha tiddeċiedi tirrigwarda l-obbligi assunti jew id-drittijiet miksuba minn tali grupp ta’ azzjoni lokali, u għandu jiġi kkonstatat, f’dan ir-rigward, li l-qorti tar-rinviju ma stabbilixxietx kif is-sitt<?PAGE NO="9"?> domanda mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jkollha konnessjoni mar-realtà jew is-suġġett tal-kawża ppreżentata quddiemha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kamberaj, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-imsemmija domanda ma tirrigwardax interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tissodisfa bżonn oġġettiv tad-deċiżjoni li għandha tieħu l-qorti tar-rinviju (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, Abt <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑194/10, punti 37 u 38 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, is-sitt domanda hija manifestament inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 62 ta’ dan tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jirrikjedux u, bħala prinċipju, lanqas ma jipprojbixxu l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu li grupp ta’ azzjoni lokali li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha enumerati fl-Artikolu 62(1) ta’ dan ir-regolament jista’ jeżerċita l-attività tiegħu biss taħt forma legali partikolari. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li, fid-dawl tal-karatteristiċi rilevanti kollha tagħha, tali leġiżlazzjoni ma tostakolax l-applikabbiltà diretta tal-imsemmi regolament u li tippreċiża l-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri minn dan l-istess regolament filwaqt li tibqa’ fil-limiti tad-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar. Il-qorti tar-rinviju għandha wkoll tiżgura li din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tosserva d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix, bħala prinċipju, li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom biss taħt forma legali partikolari tista’ tiġi applikata, matul perijodu tranżitorju ta’ sena, għal gruppi ta’ azzjoni lokali li ġew ikkostitwiti validament taħt forma legali oħra skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali preċedenti, anki meta jkunu pendenti l-programmi ta’ għajnuna u l-perijodu ta’ programmazzjoni marbuta magħhom. Dan japplika biss sa fejn, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, fid-dawl, b’mod partikolari tal-karatteristiċi proprji tal-imsemmija leġiżlazzjonijiet nazzjonali suċċessivi u tal-indikazzjonijiet konkreti ta’ dawn tal-aħħar, l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida għal tali gruppi ta’ azzjoni lokali tippreċiża l-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri mir-Regolament Nru 1698/2005 filwaqt li tibqa’ fil-limiti tad-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar u li din issir b’osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>