1.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 327/2014

tas-26 ta' Marzu 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Requeijão da Beira Baixa (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Portugall biex id-denominazzjoni “Requeijão da Beira Baixa” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u d-denominazzjoni “Requeijão da Beira Baixa” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 312, 26.10.2013, p. 26.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.4. Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)

IL-PORTUGALL

Requeijão da Beira Baixa (DPO)