2002R0417 — MT — 20.04.2009 — 005.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 417/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta' Frar 2002 (ĠU L 064, 7.3.2002, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2099/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 |
L 324 |
1 |
29.11.2002 |
|
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1726/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Lulju 2003 |
L 249 |
1 |
1.10.2003 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2172/2004 tas-17 ta' Diċembru 2004 |
L 371 |
26 |
18.12.2004 |
|
|
REGOLAMENT (KE) Nru 457/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ April 2007 |
L 113 |
1 |
30.4.2007 |
|
|
REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009 |
L 87 |
109 |
31.3.2009 |
|
Ikkoreġut b'
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 417/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Frar 2002
dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Waqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ),
Billi:|
(1) |
Fil-qafas ta' l-istrateġija komuni tat-trasport, aktar miżuri għandhom jittieħdu sabiex isaħħu s-sigurtà u jipprevjenu t-tniġġis fit-trasport marittimu. |
|
(2) |
Il-Komunità hija serjament ikkonċernata bl-inċidenti marittimi li jinvolvu tankers taż-żejt u t-tniġġis assoċjat tal-linji kostali tagħha u l-ħsara lejn il-fawna u l-flora u r-riżorsi marittimi l-oħra. |
|
(3) |
Fil-komunikazzjoni tagħha “strateġija komuni dwar ibħra siguri”, il-Kummissjoni enfasizzat it-talba tal-Kunsill straordinarju dwar l-Ambjent u t-Trasport tal-25 ta' Jannar 1993 sabiex tappoġġja l-azzjoni fl-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) dwar it-tnaqqis tad-differenza tas-sigurtà bejn bastimenti ġodda u dawk eżistenti billi ttejjeb u/jew tnaqqas b'mod gradwali il-bastimenti eżistenti. |
|
(4) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-istrateġija komuni dwar ibħra siguri ( 5 ), il-Parlament Ewropew laqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u għamel sejħa b'mod partikolari sabiex tittieħed azzjoni sabiex jittejbu l-livelli ta' sigurtà ta' tankers. |
|
(5) |
Bir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar politika komuni dwar ibħra siguri ( 6 ), il-Kunsill appoġġja bis-sħiħ l-iskopijiet tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(6) |
Bir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-roqgħa taż-żejt barra mill-kosta Franċiża adottata fl-20 ta' Jannar 2002, il-Parlament Ewropew laqa' l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex iġib 'il quddiem id-data li fiha tankers taż-żejt ikunu obbligati li jkollhom kostruzzjoni ta' buq doppju. |
|
(7) |
L-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) stabbiliet, fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti, 1973 u l-Protokoll ta' l-1978 relatat magħha (MARPOL 73/78), regoli ta' prevenzjoni ta' tniġġis mifthiema internazzjonalment li jaffettwaw id-disinn u l-operazzjoni ta' tankers taż-żejt. L-Istati Membri huma sieħba fil-MARPOL 73/78. |
|
(8) |
Bi qbil ma' l-Artikolu 3.3 tal-MARPOL 73/78, dik il-Konvenzjoni ma tapplikax għal bastimenti tal-gwerra, bastimenti navali awżiljarji jew bastimenti oħra li huma ta' jew operati minn Stat u użati biss għal servizzi governattivi mhux kummerċjali. |
|
(9) |
Paragun ta' l-età ta' bastiment u l-istatistika ta' l-inċidenti turi rati ta' inċidenti li jiżdiedu għal bastimenti aktar anzjani. Ġie mifthiem internazzjonalment li l-adozzjoni ta' l-emendi ta' l-1992 tal-MARPOL 73/78 li jeħtieġu l-applikazzjoni ta' standards ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt eżistenti b'buq wieħed meta jkollhom ċerta etàtipprovdi għal dawk il-bastimenti livell ogħla ta' protezzjoni kontra tniġġis aċċidentali ta' żejt fil-każ ta' kolliżjoni jew inkaljar. |
|
(10) |
Hu fl-interess tal-Komunità li tadotta miżuri sabiex tassigura li tankers taż-żejt jidħlu f'xi port u f' xi terminal 'il barra mix-xtut li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri u li tankers taż-żejt li jtajru l-bnadar ta' l-Istati Membri jkunu konformi mar-Regolament 13G ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78 kif rivedut fl-2001 bir-Riżoluzzjoni MEPC 95(46) sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tniġġis aċċidentali biż-żejt fl-ibħra Ewropej. |
|
(11) |
L-emendi għall-Konvenzjoni MARPOL 73/78 adottata mill-IMO fis-6 ta' Marzu 1992 daħħlu fis-seħħ fis-6 ta' Lulju 1993. Dawn il-miżuri jimponu ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt ikkonsenjati nhar is-6 ta' Lulju 1990 jew wara immirati għall-prevenzjoni tat-tniġġis miż-żejt fil-każ ta' kolliżjoni jew inkaljar. Fi ħdan dawn l-emendi, skema ta' tnaqqis b'mod gradwali tat-tankers taż-żejt b'buq wieħed, ikkonsenjati qabel dik id-data li daħlet fis-seħħfis-6 ta' Lulju 1995 teħtieġ li tankers ikkonsenjati qabel l-1 ta' Ġunju 1982 ikunu konformi ma' l-istandards ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti sa mhux aktar tard minn 25 sena u, f'ċerti każijiet, 30 sena wara d-data ta' meta jkunu ġew ikkonsenjati. Tankers taż-żejt eżistenti b'buq wieħed bħal dawn ma jitħallewx joperaw wara l-2007 u, f'ċerti każijiet, l-2012 sakemm ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti tar-Regolament 13F ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78. Għal tankers taż-żejt eżistenti b'buq wieħed ikkonsenjati wara l-1 ta' Ġunju 1982 jew dawk kkonsenjati qabel l-1 ta' Ġunju 1982 u li huma kkonvertiti, u li huma konformi mal-ħtiġiet tal-MARPOL 73/78 dwar it-tankijiet tas-saborra segregati u l-lokazzjoni protettiva tagħhom, dan il-limitu ta' żmien għandu jintlaħaq sa mhux aktar tard mill-2026. |
|
(12) |
Emendi importanti ġodda għar-Regolament 13G ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78 kienu adottati fis-27 ta' April 2001 mis-46 sessjoni tal-Kumitat dwar il-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marittimu ta' l-IMO (MEPC 46) bir-Resoluzzjoni MEPC 95(46), daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2002, li fihom, skema ġdida aċċellerata ta' tnaqqis b'mod gradwali għal tankers taż-żejt b'buq wieħed, kienet ġiet introdotta. Id-dati finali rispettivi li fihom tankers għandhom ikunu konformi mar-Regolament 13F ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78 jiddependu mid-daqs u l-età tal-bastiment. It-tankers taż-żejt huma għalhekk f'dik l-iskema maqsuma fi tliet kategoriji skond it-tunnellaġġ, il-kostruzzjoni u l-età tagħhom. Dawn il-kategoriji kollha, inkluż l-anqas waħda (3), huma importanti għall-kummerċ intra-Komunitarju. |
|
(13) |
Id-data finali li fiha t-tanker taż-żejt b'buq wieħed għandhom ikunu mneħħija b'mod gradwali hija l-anniversarju tad-data tal-konsenja tal-bastiment, skond skeda li tibda fl-2003 sa' l-2007 għat-tankers taż-żejt tal-Kategorija (1), u sa l-2015 għat-tankers taż-żejt tal-Kategorija (2) u (3). |
|
(14) |
Ir-Regolament irrivedut 13G ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78 iżomm il-ħtiġiet għat-tankers tal-Kategorija (1), wara 25 sena, li jkollhom tankijiet fil-ġnub jew qigħan doppji f'lokazzjonijiet protettivi li ma humiex użati għal ġarr ta' tagħbija jew sabiex joperaw biss b'tagħbija bilanċjata b'mod idrostatiku. |
|
(15) |
Dak l-istess Regolament jintroduċi ħtieġa li t-tankers taż-żejt tal-Kategorija (1) u (2) jistgħu jkomplu joperaw wara l-anniversarju tad-data tal-konsenja tagħhom fl-2005 u fl-2010 rispettivament biss soġġett għal konformità ma' l-Iskema ta' Assessjar tal-Kundizzjoni (CAS), adottata fis-27 ta' April 2001 mill-IMO fir-Reżoluzzjoni MEPC 94(46). Il-CAS timponi obbligu li l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera toħroġ Dikjarazzjoni ta' Konformità u tkun involuta fil-proċeduri ta' spezzjoni tas-CAS. |
|
(16) |
Il-Paragrafu 5 tar-Regolament imsemmi jippermetti eċċezzjoni għat-tankers taż-żejt tal-Kategorija (2) u (3) sabiex joperaw, taħt ċerti ċirkostanzi, lill hinn mill-limitu ta' żmien tat-tnaqqis b'mod gradwali tagħhom. Il-Paragrafu 8b ta' l-istess Regolament jagħti d-dritt lill-Partijiet tal-Konvenzjoni MARPOL 73/78 sabiex jiċħdu d-dħul fil-portijiet jew terminals 'il barra x-xtut taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ta' tankers taż-żejt imħollija joperaw permezz ta' din l-eċċezzjoni. L-Istati Membri ddikkjaraw l-intenzjoni tagħhom li jużaw dan id-dritt. Id-Deċiżjoni ta' rikors għal dan id-dritt trid tiġi komunikata lill-IMO. |
|
(17) |
Huwa importanti li jkun assigurat li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jipperikolawx is-sigurtà ta' l-ekwipaġġ jew tat-tankers taż-żejt fit-tfittix għal post tal-kenn jew post ta' refuġju. |
|
(18) |
Sabiex it-tarznari fl-Istati Membri jitħallew isewwu tankers taż-żejt b'buq wieħed, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjonijiet sabiex jippermettu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' bastimenti bħal dawn, basta li ma jkunux iġorru xi tagħbija. |
|
(19) |
Għandu jkun possibbli li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu konformi ma' strumenti internazzjonali adottati, emendati jew imdaħħla fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mingħajr ma jwessgħu l-iskop tiegħu. Dawn l-emendi għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 7 ). |
|
(20) |
Invista tad-data finali li qiegħeda toqrob għat-tankers taż-żejt b'buq wieħed li ma humiex konformi mal-ħtiġiet tal-MARPOL 73/78 dwar tankijiet tas-saborra segregati u l-lokazzjoni protettiva tagħhom, u meqjus li dan hu aktar relevanti għal tankers tal-Kategorija (1), ma hemm l-ebda raġuni sabiex tinżamm fis-seħħ is-sistema ta' imposti differenzjali prevista mir-Regolament (KE) Nru 2978/94 ( 8 ) bejn it- tankers taż-żejt bħal dawn u t-tankers taż-żejt li huma konformi mal-ħtiġiet imsemmija wara l-2007, u għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 2978/94 għandu jkun imħassar, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Skop
L-iskop ta' dan ir-Regolament hu li jistabbilixxi skema aċċellerata ta' dħul għall-applikazzjoni tal-ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti tal-Konvenzjoni MARPOL 73/78 għat-tankers taż-żejt b'buq wieħed ►M2 , u li jiġi pprojbit it-trasport lejn u mill-portijiet ta' l-Istati Membri ta' tipi ta' żejt tqil ġo tankers taż-żejt li jkollhom buq wieħed' ◄ .
L-Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal tankers taż-żejt ta' tunnellaġġ ta' 5 000 tunnellata metrika u aktar:
— li jidħlu jew joħorġu minn port jew minn stallazzjoni barra mix-xtut fejn jinħażen iż-żejt jew li jankraw f'post li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, jew,
— li jtajjru bandiera ta' Stat Membru.
Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 4(3), dan ir-Regolament għandu japplika għal tankers taż-żejt ta' tunnellaġġ ta' 600 tunnellata metrika u aktar.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal xi bastiment tal-gwerra, bastiment navali awziljarju jew bastiment ieħor, tal-proprjeta jew operat minn Stat u użat, għall-mument ta', biss fuq servizz mhux kummerċjali tal-gvern. L-Istati Membri għandhom, sa fejn hu raġonevoli u prattikabbli, iħabirku sabiex jirrispettaw dan ir-Regolament għall-bastimenti li hemm referenza dwarhom f'dan il-paragrafu.
L-Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw:
(1) “Marpol 73/78” ifisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri, 1973, kif emendat bil-Protokoll ta' l-1978 li jirrelata għalih, fil-verżjonijiet aġġornati tiegħu;
(2) “Regolament rivedut 13G ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78” tfisser l-emendi tar-Regolament 13G ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78 u għas-Suppliment taċ-Ċertifikat IOPP, kif adottat bir- ►M3 ►C1 Riżoluzzjoni MEPC 111(50) tal-4 ta' Diċembru 2003 li tidħol fis-seħħ nhar l-4 ta' April 2005 ◄ ◄ ;
(3) “tanker taż-żejt” tfisser tanker taż-żejt kif definit fir-Regolament 1(4) ta' l-Anness 1 tal-MARPOL 73/78;
(4) “piż nett” tfisser piż nett kif definita fir-Regolament 1(22) ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78;
(5) “tanker taż-żejt ġdid” tfisser tanker ġdid taż-żejt kif definit fir-Regolament 1(26) ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78;
(6) “tanker taż-żejt tal-kategorija (1)” tfisser tanker taż-żejt ta' 20 000 tunnellata piż nett u aktar li jġorr żejt mhux maħdum, żejt għall-karburanti, żejt diesel tat-tip oħxon jew żejt lubrifikanti bħala tagħbija, u ta' 30 000 tunnellata piż nett u aktar li jġorr żejt apparti minn dawk ta' hawn fuq, li ma hux konformi mal-ħtiġiet għat-tankers ġodda taż-żejt kif definit fir-Regolament 1(26) ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78;
(7) “tanker taż-żejt tal-kategorija (2)” tfisser tanker taż-żejt ta' 20 000 tunnellata piż nett u aktar li jġorr żejt mhux maħdum, żejt karburanti, zejt diesel tat-tip oħxon jew żejt lubrifikanti bħala tagħbija, u ta' 30 000 tunnellata piż nett u aktar li jġorr żejt apparti minn dak ta' hawn fuq, li ma hux konformi mal-ħtiġiet għat-tankers ġodda taż-żejt kif definit fir-Regolament 1(26) ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78; ►M3 ►C1 kull tanker taż-żejt tal-Kategorija 2 irid ikollu t-tankijiet tas-saborra segregati u mqegħdin f'post fis-sikur (SBT/PL); ◄ ◄
(8) “tanker taż-żejt tal-kategorija (3)” tfisser tanker taż-żejt ta' 5 000 tunnellata piż nett u aktar imma anqas minn dak speċifikat fid-definizjonijiet 6 u 7;
(9) “tanker taż-żejt b'buq wieħed” tfisser xi tanker taż-żejt li ma jilħaqx il-ħtiġiet ta' buq doppju jew ta'disinn ekwivalenti tar-Regolament 13F ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78;
(10) tanker taż-żejt b'żewġt ibwieq tfisser:
(a) tanker taż-żejt ta' 5 000 tunnellata piż nett u aktar, u li jissodisfa l-kondizzjonijiet taż-żewġt ibwieq jew ta' disinn ekwivalenti tar-Regolament 13F tal-Anness I tal-MARPOL 73/78 jew jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Paragrafu 1(c) tar-Regolament 13G rivedut tal-Anness I tal-MARPOL 73/78; jew
(b) tanker taż-żejt ta' 600 tunnellata piż nett u aktar imma ta' inqas minn 5 000 tunnellata piż nett, armat b'tankijiet jew spazji ta' qiegħ doppju li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament 13F (7)(a) tal-Anness I tal-MARPOL 73/78, u tankijiet tal-ġnub jew spazji mqiegħda skont ir-Regolament 13F (3)(a) u li jissodisfaw il-kondizzjoni tad-distanza w kif riferit għaliha fir-Regolament 13F (7)(b) tal-Anness I tal-MARPOL 73/78.
(11) “età” tfisser l-età tal-bastiment, espressa f'numru ta' snin wara d-data tal-konsenja tiegħu;
(12) “żejt diesel tat-tip oħxon” tfisser żejt diesel kif definit fir-Regolament 13G rivedut ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78;
(13) “żejt karburanti” tfisser distillati ħoxnin jew residwi minn żejt mhux maħdum jew taħlit ta' materjali bħal dawn kif definit fir-Regolament 13G rivedut ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78;
(14) “tipi ta' żejt tqil” ghandu jfisser:
(a) żejt mhux raffinat li għandu densità ta' aktar minn 900 kg/m3 f'temperatura ta' 15 °C ( 9 );
(b) żejt użat bħala fjuwil li għandu densità ta' aktar minn 900 kg/m3 f'temperatura ta' 15 °C jew viskożità kinematika ta' aktar minn 180 mm2/s f'temperatura ta' 50 °C ( 10 );
(ċ) bitum u qatran u emulsjonijiet tagħhom.
L-Artikolu 4
Konformità mal-ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti minn tankers taż-żejt ta' buq wieħed
1. L-ebda tanker taż-żejt ma għandu jitħalla jopera taħt il-bandiera ta' Stat Membru, lanqas l-ebda tanker taż-żejt, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, ma għandu jitħalla jidħol fil-portijiet jew terminals 'il barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat Membru wara l-anniversarju tad-data tal-konsenja tal-bastiment fis-sena speċifikata minn hawn 'il quddiem, sakemm dak it-tanker ma jkunx tanker taż-żejt ta' buq doppju:
(a) għal tankers taż-żejt ta' l-ewwel kategorija:
— 2003 għal vapuri ikkunsinnati fl-1980 jew qabel,
— 2004 għal vapuri ikkunsinnati fl-1981,
— 2005 għal vapuri ikkunsinnati fl-1982 jew wara,
(b) għal tankers taż-żejt tat-tieni jew it-tielet kategorija:
— 2003 għal vapuri ikkunsinnati fl-1975 jew qabel,
— 2004 għal vapuri ikkunsinnati fl-1976,
— 2005 għal vapuri ikkunsinnati fl-1977,
— 2006 għal vappuri ikkunsinnati fl-1978 u fl-1979,
— 2007 għal vapuri ikkunsinnati fl-1980 u fl-1981,
— 2008 għal vapuri ikkunsinnati fl-1982,
— 2009 għal vapuri ikkunsinnati fl-1983,
— 2010 għal vapuri ikkunsinnati fl-1984 jew wara;
▼M2 —————
2. Minkejja x'jgħid paragrafu 1, tankers taż-żejt tat-tieni jew it-tielet kategoriji li huma mgħammra biss b'qigħan doppji jew ġnub doppji li ma jintużawx għall-ġarr taż-żejt u li huma estiżi tul it-tank kollu li fih titgħabba l-merkanzija, jew bi spazji ta' bwieq doppji li ma jintużawx għall-ġarr taż-żejt u li huma estiżi tul it-tank kollu li fih titgħabba l-merkanzija, imma li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-provvedimenti stipulati fil-paragrafu 1 (ċ) tar-Regolament rivedut 13Ġ ta' l-Anness I ta' Marpol 73/78, jistgħu jibqgħu jitħaddmu wara d-data li hemm referenza għaliha fl-ewwel paragrafu, imma mhux aktar tard mid-data ta' l-anniversarju ta' meta ġie ikkunsinnat il-vapur meta din id-data tagħlaq fl-2015 jew id-data meta l-vapur jagħlaq 25 sena mid-data tal-kunsinna tiegħu, liema minnhom tiġi l-aktar kmieni.
3. L-ebda tanker li jġorr prodotti taż-żejt tqil ma għandu jkun permess li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru, għajr jekk ikun tanker taż-żejt b’żewġt ibwieq.
L-ebda tanker li jġorr prodotti taż-żejt tqil, irrispettivament mill-bandiera li jkun qed itajjar, ma għandu jkun permess li jidħol jew joħroġ mill-portijiet jew mit-terminals ‘il bogħod mix-xtut jew li jankra f’zoni taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, għajr jekk ikun tanker taż-żejt b’żewġt ibwieq.
4. Tankers taż-żejt li joperaw esklużivament f'portijiet u fi tbaħħir intern jistgħu jiġu eżentati mill-obbligazzjoni msemmija fil-paragrafu tlieta bil-kondizzjoni li jkunu iċċertifikati taħt il-leġislazzjoni li tirrigwarda l-kanali li wieħed jista' jbaħħar fihom.
5. Tankers taż-żejt ta' tunnellaġġ ta' anqas minn 5 000 tunnellata metrika jridu jikkonformaw mal-provvedimenti ta' paragrafu tlieta imma mhux aktar tard mid-data ta' l-anniversarju ta' meta ġie ikkunsinnat il-vapur meta din id-data tagħlaq fl-2008.
6. Sal-21 ta' Ottubru 2005 Stat Membru jista', f'dawk il-każijiet fejn minħabba l-kondizzjonijiet tas-silġ ikun meħtieġ l-użu ta' bastiment li jkun jiflaħ għas-silġ, jippermetti li tankers taż-żejt li għandhom buq wieħed u li jifilħu għas-silġ, mgħammra b'qigħan doppji, li ma jintużawx għall-ġarr taż-żejt u li huma estiżi tul it-tank kollu tat-tagħbija, li jġorru żejt tat-tip tqil, li jidħlu u jħallu portijiet jew stallazzjonijiet barra x-xtut fejn jinħażen iż-żejt jew jankraw f'post li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, bil-kondizzjoni li ż-żejt tat-tip tqil jinġarr biss fit-tankijiet ċentrali tal-bastiment.
L-Artikolu 5
Konformità ma' l-iskema ta' l-ivverifikar tal-kondizzjoni għal vapuri tat-tieni u t-tielet Kategorija
Irrispettivament mill-bandiera tiegħu, tanker taż-żejt li għandu buq wieħed u li għandu aktar minn ħmistax-il sena m'għandux jitħalla jidħol jew iħalli portijiet jew stallazzjonijiet barra x-xtut fejn jinħażen iż-żejt jew jankra f'postijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru aktar tard mid-data ta' l-anniversarju ta' meta jkun ġie ikkunsinnat il-vapur, meta din tagħlaq fl-2005 għall-vapuri tat-tieni u t-tielet kategoriji, sakemm ma jikkonformax ma' l-iskema ta' l-ivverifikar tal-kondizzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6.
L-Artikolu 6
Skema ta' l-ivverifikar tal-kondizzjoni
Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 5, l-iskema ta' l-ivverifikar tal-kondizzjoni adottata permezz tar- ►M3 ►C1 Riżoluzzjoni MEPC 94(46) tas-27 ta' April 2001 kif emendata mir-Riżoluzzjoni MEPC 99(48) tal-11 ta' Ottubru 2002 u mir-Riżoluzzjoni MEPC 112(50) tal-tal-4 ta' Diċembru 2003 ◄ ◄ , kif emendata, għandha tapplika.
L-Artikolu 7
Data finali
Wara l-anniversarju tad-data tal-kunsinnja tal-bastiment fl-2015:
— it-tkomplija ta' l-operazzjoni, bi qbil mal-paragrafu 5 tar-Regolament 13G revedut ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78, għat-tankers taż-żejt tal-Kategorija (2) u tal-Kategorija (3) taħt il-bandiera ta' Stat Membru, u
— id-dħul fil-portijiet jew fit-terminals li huma 'l barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat Membru ta' tankers taż-żejt oħra tal-Kategorija (2) u tal-Kategorija (3), irrispettivament mill-fatt li jkomplu joperaw taħt il-bandiera ta' Stat terz bi qbil mal-paragrafu 5 tar-Regolament 13G revedut ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78,
ma għandhomx jitħallew aktar.
L-Artikolu 8
Eżenzjonijiet għal bastimenti f'diffikultà jew għal bastimenti li għandhom jissewwew
1. B'deroga minn l-Artikoli 4, 5 u 7, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista', suġġett għall-provvedimenti nazzjonali, tippermetti, taħt ċirkustanzi eċċezzjonali, li vapur individwali jidħol jew iħalli port jew stallazzjoni barra x-xtut fejn jinħażen iż-żejt jew jankra f'post li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, meta:
— tanker taż-żejt ikun f'diffikultà u qiegħed ifittex post ta' refuġju,
— tanker taż-żejt mhux mgħobbi qiegħed jipproċedi lejn xi port għat-tiswija.
2. L-Istati Membri għandhom, fi żmien xieraq, imma qabel l-1 ta' Settembru 2002, jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma japplikaw fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.
L-Artikolu 9
Notifika lill-IMO
1. Il-Presidenza tal-Kunsill, waqt li taġixxi f'isem l-Istati Membri, u l-Kummissjoni għandhom flimkien jinfurmaw lill-IMO bl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, fejn għandha ssir referenza għall-Artikolu 211, il-paragrafu 3 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.
2. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-IMO bid-deċiżjoni tiegħu li jiċħad id-dħul lit-tankers taż-żejt, skond l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, li jopera bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 tar-Regolament 13G revedut ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78 fil-portijiet jew fit-terminals 'il barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, abbażi tal-paragrafu 8(b) tar-Regolament 13 G revedut ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78.
3. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-IMO jekk jippermetti, jissosspendi, jirtira jew jirrifjuta l-operazzjoni ta' tanker taż-żejt tal-Kategorija (1) jew tal-Kategorija (2) intitolat li jtajjar il-bandiera tiegħu, bi qbil ma' l-Artikolu 5, abbażi tal-paragrafu 8(a) tar-Regolament 13 G rivedut ta' l-Anness I tal-MARPOL 73/78.
Artikolu 10
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ).
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
L-Artikolu 11
Proċedura ta' Emenda
Il-Kummissjoni tista' temenda r-referenzi f'dan ir-Regolament għar-Regolamenti tal-Anness I għall-MARPOL 73/78, kif ukoll għar-Riżoluzzjonijiet MEPC 111(50) u 94(46) kif emendata bir-Riżoluzzjonijiet MEPC 99(48) u 112(50), sabiex ir-referenzi jiġu allinjati mal-emendi għal dawk ir-Regolamenti u r-Riżoluzzjonijiet adottati mill-IMO, sa fejn dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
L-emendi għall-istrument internazzjonali msemmi fl-Artikolu 3(1) jistgħu jiġu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.
L-Artikolu 12
Imħassar
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 huwa hawnhekk imħassar mill-31 ta' Diċembru 2007.
L-Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2002.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU C 212 E, tal-25.7.2000, p. 121 u
ĠU C 154 E, tad-29.5.2001, p. 41.
( 2 ) ĠU C 14, tas-16.1.2001, p. 22.
( 3 ) ĠU C 22, ta' l-24.1.2001, p. 19.
( 4 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2000 (ĠU C 228, tat-13.8.2001, p. 140), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-7 ta' Awissu 2001 (ĠU C 307, tal-31.10.2001, p. 41) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2001.
( 5 ) ĠU C 91, tat-28.3.1994, p. 301.
( 6 ) ĠU C 271, tas-7.10.1993, p. 1.
( 7 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 8 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.747(18) dwar l-applikazzjoni ta' kejl ta' tunnellaġġ fl-ispazji għas-saborra ta' tankers taż-żejt bis-saborra segregata (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 1).
( 9 ) Jikkorrispondi għal grad API ta' anqas minn 25,7.
( 10 ) Jikkorrispondi għal viskożità kinematika ta' aktar minn 180 cSt.
( 11 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.