|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1452 |
16.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1452
tal-15 ta’ Lulju 2025
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2098
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33, flimkien mal-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2098 (1), li ħatret lis-Sur Johan BORGSTAM bħala r-RSUE għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2025. |
|
(3) |
Il-mandat tar-RSUE jenħtieġ li jiġi estiż għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar u jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiġi aġġustat kif meħtieġ. |
|
(4) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2098 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea 1. Is-Sur Johan BORGSTAM huwa b’dan maħtur bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar mill-1 ta’ Settembru 2024 sal-31 ta’ Awwissu 2025. 2. Il-mandat tas-Sur Johan BORGSTAM bħala r-RSUE għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2027. 3. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jestendi l-mandat tar-RSUE, jew li jtemmu qabel, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (‘ir-Rappreżentant Għoli’).” |
|
(2) |
fl-Artikolu 5(1) jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2025 sal-31 ta’ Awwissu 2027 għandu jkun ta’ EUR 3 385 100,49.” ; |
|
(3) |
fl-Artikolu 13 it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2027.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2098 tas-26 ta’ Lulju 2024 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar (ĠU L, 2024/2098, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2098/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1452/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)