|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2721 |
19.5.2025 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2721)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni (b’mod parzjali)
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2025) 2734 |
it-12 ta’ Mejju 2025 |
triossidu tal-kromu (Nru KE 215-607-8; Nru CAS 1333-82-0) |
Itaca Tec S.r.l., Via Oddino Pietra 8, 28887 Omegna, Verbano-Cusio-Ossola, l-Italja |
REACH/25/24/0 |
Elettroplejtjar ta’ tipi differenti ta’ substrati bl-għan li tinħoloq superfiċje b’durabbiltà għolja fit-tul b’dehra tgħajjat (tleqq) jew matta għall-applikazzjonijiet fis-settur idrosanitarju |
22 ta’ Novembru 2031 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jisbqu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2721/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)