|
9.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 119/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Settembru 2006
dwar l-għajnuna mill-Istat C 45/04 (ex NN 62/04) favur il-produttur ta’ l-azzar Ċek Třinecké železárny a.s.
(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 5245)
(Il-verżjoni Ċeka biss hi awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/319/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 2 dwar ir-ristrutturar ta’ l-indusrija ta’ l-azzar Ċeka tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ikkwotati aktar 'il fuq (1),
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-12 ta’ Novembru 2003 il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni li l-Gvern Ċek kien adotta r-“Riżoluzzjoni li tikkonċerna l-fażi finali tar-ristrutturar tas-settur ta’ l-azzar u li tipproponi soluzzjoni għal Třinecké železárny a.s.” (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “TŽ”). Ir-Riżoluzzjoni indikat li l-Gvern ippjana li jagħti għajnuna statali li tammonta għal madwar CZK 1,9 biljun (madwar EUR 67 miljun) (2) lil TŽ. |
|
(2) |
Fir-Riżoluzzjoni l-Gvern Ċek ta l-kunsens tiegħu għal dawn it-tranżazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(3) |
Ir-Riżoluzzjoni tistipula wkoll li ż-żewġ tranżazzjonijiet jistgħu jidħlu fis-seħħ biss wara li jkollhom deċiżjoni pożittiva mingħand l-uffiċju Ċek għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni (OPC) li tinħareġ wara konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra datata s-26 ta’ Novembru 2003, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni marbuta mat-tranżazzjonijiet imsemmija aktar ‘l fuq. |
|
(5) |
Saru laqgħat fl-10 ta’ Diċembru 2003 u s-7 ta’ Jannar 2004 bejn il-Prim Ministru Ċek u l-Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija u l-Kummissarju għall-Kompetizzjoni. Sar qbil li tkun rispettata l-aħħar stqarrija tar-Riżoluzzjoni (ara punt 3). |
|
(6) |
Fl-20 ta’ Frar 2004 il-Kummissjoni rċeviet deskrizzjoni tal-proġetti kollha li għalihom il-Gvern Ċek kellu fi ħsiebu li jagħti għajnuna statali lil TŽ. Fis-17 ta’ Marzu 2004 saret konsultazzjoni teknika fi Brussell bejn id-dipartimenti tal-Kummisjoni, ir-rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet Ċeki u l-kumpanija. |
|
(7) |
Fid-29 ta’ Marzu u fid-29 ta’ April 2004 il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tagħha lill-awtoritajiet Ċeki fejn indikat li fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li kellha ma setgħetx teskludi li l-pjan tal-Gvern Ċek li jakkwista l-ishma ta’ l-INH li kellha TŽ kien ser ikun aktar mill-prezz tas-suq, b’hekk jinvolvi għajnuna statali favur dan ta’ l-aħħar, u li l-għajnuna statali li tiffinanzja l-proġetti differenti ta’ TŽ ma kinitx tidher li hi kompatibbli mar-regoli preżenti tal-Komunità għall-għajnuna statali. |
|
(8) |
Fit-22 u t-30 ta’ April 2004 l-Uffiċju Ċek għall-Protezzjoni mill-Kompetizzjoni awtorizza l-għajnuna statali lil TŽ. |
|
(9) |
Permezz ta’ ittra datata l-14 ta’ Diċembru 2004 il-Kummissjoni informat lir-Repubblika Ċeka li ddeċidiet li tibda l-proċeduri fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE u talbet għal ċerta informazzjoni. |
|
(10) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(11) |
Permezz ta’ ittri tal-31 ta’ Jannar 2005, li kienu reġistrati bħala ittri riċevuti fl-1 ta’ Frar 2005, ir-Repubblika Ċeka rrispondiet għal xi wħud mill-mistoqsijiet imqanqla fid-Deċiżjoni biex tibda l-proċedura ta’ l-investigazzjoni formali. |
|
(12) |
Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ April 2005, il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni li ngħatat permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Mejju 2005, li kienet reġistrata bħala ittra riċevuta fit-18 ta’ Mejju 2005. |
|
(13) |
Permezz ta’ ittra ta’ l-4 ta’ Lulju 2005, il-Kummissjoni talbet kopja ta’ ċerti dokumenti kkwotati mill-awtoritajiet Ċeki, li kienu sottomessi permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Lulju 2005, reġistrata bħala ittra riċevuta fil-25 ta’ Lulju 2005. |
|
(14) |
Permezz tal-posta elettronika fl-10 ta’ Awwissu 2005, l-awtoritajiet Ċeki nformaw lill-Kummissjoni dwar l-elementi l-ġodda. |
|
(15) |
Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Settembru 2005, il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni, li ngħatat waqt laqgħa ma’ l-awtoritajiet Ċeki fid-29 ta’ Settembru 2005 u permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ottubru 2005, reġistrata bħala ittra riċevuta fid-19 ta’ Ottubru 2005. |
|
(16) |
Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni li ngħatat permezz ta’ ittra ta’ l-20 ta’ Marzu 2006, li kienet reġistrata bħala ittra riċevuta fil-21 ta’ Marzu 2006. F’din l-ittra, l-awtoritajiet Ċeki indikaw li ma kinux ser iħallsu l-għajnuna ta’ l-għeluq għax TŽ għamlet xi tibdil fl-israteġija kummerċjali tagħha. |
|
(17) |
Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni, li ntbagħtet permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Awwissu 2006. |
(a) Miżuri adottati f’April 2004
|
(18) |
Fl-14 ta’ April 2004 il-Gvern tar-Repubblika Ċeka għadda riżoluzzjoni li tispeċifika li għandu jitħallas prezz ta’ CZK 1 250 għal kull sehem lil TŽ għal 1 306 920 sehem ta’ l-INH li għandha bħalissa, li jirrappreżenta 10,54 % tal-kapital ta’ din il-kumpanija. Fit-22 ta’ April 2004 l-OPC ikkonsidrat li din it-tranżazzjoni ma kinitx tinvolvi għajnuna statali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. It-tranżazzjoni saret fl-aħħar ta’ dak ix-xahar. |
|
(19) |
Fit-30 ta’ April 2004 l-OPC awtoriżżat għajnuna statali lil TŽ fil-forma ta’ trasferimenti ta’ bonds b’valur totali nominali ta’ madwar CZK 576,7 miljuni (EUR 20 miljun) għal taħriġ ambjentali, ta’ riċerka u żvilupp u proġetti ta’ l-għeluq għas-snin 2004-2006. Parti minn dan kien għajnuna ta’ CZK 44 088 300 (EUR 1,5 miljun) għall-proġetti ta’ taħriġ u CZK 4 152 500 (EUR 0,14 miljun) għal proġett ta’ għeluq. |
(b) Informazzjoni dwar il-kumpanija
|
(20) |
TŽ kienet ipprivatizzata f’nofs is-snin 90 u kienet totalment ristrutturata mingħajr appoġġ mill-istat. |
|
(21) |
L-iskop kummerċjali ewlieni ta’ TŽ hu l-produzzjoni metallurġika (ta’ l-azzar) b’ċiklu metallurġiku magħluq. Apparti mill-produzzjoni tal-kokk, tal-metall mhux maħdum u ta’ l-azzar, il-prodotti prinċipali tal-kumpanija huma l-prodotti magħmula minn impjanti bir-rombli, jiġifieri mases tal-ħadid għall-forma, ċangaturi, ingotti, wajer imgerbeb, azzar rinfurzat, u sezzjoni għal azzar ħafif, medju u tqil. TŽ hu l-uniku produttur tal-linji tal-ferrovija fir-Repubblika Ċeka. |
2. RAĠUNIJIET BIEX JIBDEW IL-PROĊEDURI
|
(22) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jibdew il-proċeduri formali għall-investigazzjoni kienu jikkonċernaw tlieta mill-miżuri li ttieħdu mill-Istat favur TŽ, jiġifieri x-xiri ta’ l-ishma, l-għajnuna għat-taħriġ, u l-għajnuna għall-għeluq. Il-miżuri l-oħra għall-għajnuna (R&D u l-protezzjoni ambjentali) kienu konformi mar-regoli rilevanti u mhumiex is-suġġett tal-proċedura preżenti (4). Fid-deċiżjoni tagħha biex jibdew il-proċeduri, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha li dawn it-tliet miżuri implimentati mir-Repubblika Ċeka qabel l-adeżjoni kienu jinvolvu għajnuna bil-moħbi għar-ristrutturar lil TŽ, li jmur kontra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 (minn hawn ‘il quddiem “Protokoll Nru 2”). |
|
(23) |
Rigward l-għajnuna għat-taħriġ u l-għajnuna għall-għeluq, il-Kummissjoni kellha d-dubji li fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna kienet tikkonforma mal-ħtiġijiet korrispondenti tar-regoli eżistenti ta’ l-għajnuna statali tal-Komunità (5). Id-dokumenti sottomessi lill-Kummissjoni fi Frar u f’Marzu 2004 ma kinux ċari rigward l-għanijiet u l-kundizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ miżuri ta’ għajnuna. L-informazzjoni vaga pprovduta fid-deċiżjoni ta’ l-OPC ma ppermettitx li jsir l-iċċekkjar jekk din l-għajnuna kinitx fil-fatt mogħtija skond ir-regoli rilevanti. |
|
(24) |
Rigward ix-xiri ta’ l-ishma ta’ l-INH li kellhom TŽ, il-Kummissjoni kellha dubju jekk il-prezz ta’ CZK 1 250 għal kull sehem li ħallas l-Istat kienx ikun aċċettabbli għall-investitur fl-ekonomija tas-suq u kienx ħieles minn kull għajnuna favur il-bejjiegħ. Fil-fatt, f’Marzu 2004 il-Kummissjoni għas-Sigurtà Ċeka (“CSC”) awtoriżżat lill-INH biex terġa’ tixtri lura l-ishma tagħha mis-suq ta’ l-ishma bil-prezz ta’ CZK 550. Fis-sottomissjoni tagħha lis-CSC, l-INH saħħet l-appoġġ għall-prezz propost mir-rapport tal-valutazzjoni ta’ espert. Il-Kummissjoni osservat li l-Istat ma tax każ tal-prezz ħafna orħos approvat mis-CSC xi ġimgħat qabel u aċċetta li jħallas il-prezz ikkalkulat mill-espert tiegħu stess (KPMG). |
|
(25) |
It-titlu tar-Riżoluzzjoni Nru 1126 tal-Gvern tar-Repubblika Ċeka adottata fit-12 ta’ Novembru 2003, li kien jgħid li din ir-riżoluzzjoni “tikkonċerna l-iffinaliżżar tar-ristrutturar tas-settur ta’ l-azzar u tipproponi soluzzjoni għal Třinecké železárny, a.s” kompla saħħaħ id-dubji tal-Kummissjoni. |
|
(26) |
Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga jekk dawn it-tliet miżuri kinux jikkostitwixxu għajnuna moħbija għar-ristrutturar lill-produttur ta’ l-azzar TŽ u għalhekk kienu jmorru kontra l-Protokoll Nru 2. |
3. KUMMENTI MIR-REPUBBLIKA ĊEKA
Għajnuna għat-taħriġ
|
(27) |
L-awtoritajiet Ċeki ssottomettew lill-Kummissjoni kopji tal-proġetti kollha għat-taħriġ ta’ l-impjegati ta’ TŽ għall-perjodu 2004-2006, li kienu eżaminati mill-OPC u li abbażi tagħhom ingħatat l-għajnuna statali. Barra dan, huma spjegaw fid-dettal l-attivitajiet kollha koperti mit-taħriġ ġenerali u speċifiku u indikaw kif l-għajnuna għat-taħriġ kienet ser ittejjeb u taġġorna l-livelli ta’ ħiliet ta’ l-impjegati tal-kumpanija u l-kapaċità għall-impjieg fid-dawl ta’ l-isfidi l-ġodda tas-suq. |
|
(28) |
Il-proġetti ta’ taħriġ, li għandhom isiru mill-2004 sa l-2006, jikkonsistu fi programm ta’ taħriġ komprensiv ta’ diversi korsijiet differenti (żvilupp personali, komunikazzjoni, marketing, taħriġ fil-maniġment, awditjar, teknoloġiji ġodda, inġinerija, kwalità, eċċ). L-ispiża totali eliġibbli għal dawn il-proġetti tammonta għal CZK […] (*1) L-ammonti ta’ għajnuna totali jammontaw għal CZK 44 088 300 (EUR 1,5 miljuni). |
Għajnuna għall-għeluq
|
(29) |
Fl-ittra tagħhom ta’ l-20 ta’ Marzu 2006, l-awtoritajiet Ċeki indikaw li ma kinux ser iħallsu l-għajnuna għall-għeluq, li tammonta għal CZK 4 152 500 (EUR 14-il miljun), li tkopri parti mill-ħlas għar-redundancy lill-impjegati tal-forn li ngħalaq minħabba li TŽ biddlet l-istrateġija tan-negozju. |
Ix-xiri ta’ l-ishma ta’ l-INH li kellhom TŽ
|
(30) |
L-awtoritajiet Ċeki jsostnu li huma aġixxew bħal investitur f’ekonomija tas-suq meta ma qisux il-prezz ta’ CZK 550 approvat mis-CSC u konsekuttivament innegozjaw il-prezz mal-bejjiegħ – TŽ – abbażi tar-rapport ta’ l-espert (ir-rapport ta’ KPMG). Biex isaħħu din l-asserżjoni, l-awtoritajiet Ċeki ressqu diversi elementi, li jinkludu dan li ġej. |
|
(31) |
L-ewwel, huma jsostnu li investitur f’ekonomija tas-suq jaf li l-interess ta’ kumpanija (f’dan il-każ l-INH), jkun jrid iħallsu l-orħos prezz possibli meta tiġi biex terġa’ tixtri lura l-ishma tagħha stess. Għalhekk, waqt in-negozjati tal-prezz ta’ l-ishma mal-bejjiegħ, l-investitur razzjonali ma jikkonsidrax il-prezz propost fil-qafas ta’ l-offerta għax-xiri lura bħala li jikkostitwixxi l-valur tas-suq. |
|
(32) |
It-tieni, l-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li ma tistax tiġbed konklużjoni mill-fatt li l-prezz propost minn INH kien imsaħħaħ minn rapport ta’ espert u kien approvat mis-CSC li kien jirrappreżenta l-valur tas-suq ta’ l-ishma:
|
|
(33) |
It-tielet, b’żjieda ma’ l-aħħar konsiderazzjoni, l-awtoritajiet Ċeki jindikaw li, qabel ma eventwalment tat l-approvazzjoni tagħha f’Marzu 2004, is-CSC kienet diġa’ irrifjutat sottomissjoni mill-INH u waħda minn LNM (l-azzjonist maġġoritarju ta’ l-INH). Tassew, li fiż-zewġ każi r-rapport ta’ l-espert li kien jifforma l-bażi għall-prezz propost kien fih nuqqasijiet serji fejn jidħlu l-ħtiġijiet regulatorji għal rapport ta’ espert. L-INH imbagħad għamlet sottomissjoni ġdida abbażi ta’ rapport ta’ valutazzjoni li kien jirrispetta l-ħtiġijiet regulatorji. Is-CSC ma kellhiex fuqhiex tirrifjuta din l-aħħar sottomissjoni u konsegwentement approvatha. Skond l-awtoritajiet Ċeki, investitur fl-ekonomija tas-suq kien jinterpreta dan ir-rifjut doppju aktar bikri mis-CSC bħala konferma ta’ l-aspetattivi tagħha li l-INH u l-LNH permezz ta’ dawn in-nuqqasijiet identifikati mis-CSC fir-rapporti ta’ l-espert, biex jissottovalutaw il-kumpanija sabiex ikunu jistgħu jħallsu l-anqas prezz possibli għall-ishma li ppjanaw li jixtru lura. |
|
(34) |
Ir-raba’, l-awtoritajiet Ċeki jindikaw li investitur f’ekonomija tas-suq jikkonsidra li l-prezz ta’ CZK 550 huwa sottovalutat jekk wieħed iqis il-fatt li jikkorrispondi għal relazzjoni bejn il-prezz (tas-suq) u l-qliegħ (P/E) esaġeratament baxxa. Tasal għal dan il-proporzjon billi tiddividi l-prezz ta’ sehem bil-profitt nett minn kull sehem. Abbażi tal-profitt nett ta’ l-INH għall-2003, li seta’ jiġi stmat fil-bidu ta’ l-2004 meta saret it-tranżazzjoni, prezz ta’ CZK 550 għal kull sehem jagħti P/E ta’ madwar 1,25. Prezz ta’ CZK 1 250 għal kull sehem jagħti P/E ta’ 2,8, li kien fil-qiegħ nett tal-kejl tal-P/E għall-produtturi ta’ l-azzar ikkwotati fil-borża. Fi kliem ieħor, il-prezz ikkalkulat mill-espert ta’ l-INH jikkorrispondi ghal valutazzjoni ferm baxxa tal-kumpanija, li ma kinitx rikonċiljabbli mal-valutazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-kumpaniji li dak iż-żmien kienu joperaw fis-settur ta’ l-azzar. |
|
(35) |
Finalment, l-awtoritajiet Ċeki jindikaw li l-offerta pubblika ta’ l-INH biex jixtru lura l-ishma tagħhom bil-prezz ta’ CZK 550 kellha rispons fqir. Il-maġġoranza l-kbira ta’ l-investituri eleġibbli ddeċidew li ma jbigħux l-ishma tagħhom b’dan il-prezz. Bosta minnhom ilmentaw u allegaw ksur tad-drittijiet tagħhom. |
4. IL-VALUTAZZJONI TA’ L-GĦAJNUNA
4.1. Il-liġi applikabbli
|
(36) |
Il-protokoll Nru 2 jippermetti li tingħata għajnuna ristrutturata mill-istat lill-industrija ta’ l-azzar Ċeka in konnessjoni mar-ristrutturar tagħha fil-perjodu ta’ bejn l-1997 u l-2003 sa massimu ta’ CZK 14 147 miljun (EUR 453 miljun). Il-Protokoll jikkombina l-għotja ta’ għajnuna statali ma’ diversi kundizzjonijiet, inter alia, biex jerġghu jistabbilixxu l-vijabblilità u l-impenn li jnaqqsu l-kapaċità. |
|
(37) |
Punt 1 ta’ Protokoll Nru 2 jistipula li “Minkejja l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE, l-għajnuna statali mogħtija mir-Repubblika Ċeka għal skopijiet ta’ ristrutturar lill-partijiet speċifiċi ta’ l-industrija ta’ l-azzar Ċeka għandha tfisser li tkun kompattibli mas-suq komuni” jekk, inter alia, jinkisbu l-kundizzjonijiet li saru fil-Protokoll. |
|
(38) |
Punt 3 ta’ Protokoll Nru 2 jistipula li “l-kumpaniji imniżżla f’Anness 1 biss għandhom ikunu eleġibbli għall-għajnuna statali fil-qafas tal-programm Ċek għar-ristrutturar ta’ l-azzar.” TŽ ma tissemmiex f’Anness 1 |
|
(39) |
L-aħħar sentenza ta’ punt 6 ta’ Protokoll Nru 2 jipprojbixxi li tingħata xi għajnuna addizzjonali għall-iskop ta’ ristrutturar lill-industrija ta’ l-azzar Ċeka. Għal dan il-għan, punt 20 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tieħu “passi xierqa li ġġiegħel li kull kumpanija kkonċernata tirrifondi kull għajnuna mogħtija bi ksur tal-kundizzjonijiet mniżżla f’dan il-Protokoll” jekk il-monitoraġġ tar-ristrutturar ma jkunx konformi mal-mod kif tingħata “għajnuna addizzjonali statali inkompatibbli lill-industrija ta’ l-azzar”. |
|
(40) |
Il-perjodu ta’ grazzja biex tingħata għajnuna għar-ristrutturar lill-industrija ta’ l-azzar Ċeka skond il-Ftehim Ewrpoew ġie estiż mill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2006. Dan il-ftehim kien rikonnoxxut mill-Protokoll Nru 2. Sabiex jilħaq dan il-għan, il-Protokoll ikopri perjodu ta’ żmien li jestendi minn qabel sa wara l-adeżjoni. B’mod aktar preċiż, il-Protokoll awtorizza ammont żgħir ta’ għajnuna għar-ristrutturar għas-snin 1997-2003 u jipprojbixxi kull għajnuna oħra għal skopijiet ta’ ristrutturar lill-industrija ta’ l-azzar Ċeka bejn l-1997 u l-2006. F’dan ir-rigward, b’mod ċar hu differenti minn dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, bħalma hu l-mekkaniżmu interim imwaqqaf f’Anness IV (il-“proċedura għall-għajnuna eżistenti”), li tikkonċerna biss l-għajnuna statali mogħtija qabel l-adeżjoni safejn “tkun għadha applikabbli wara” d-data ta’ l-adeżjoni. Il-Protokoll Nru 2 għalhekk, jista’ jitqies bħala lex specialis li, għall-materji li jkopri, jieħu post kull diżpożizzjoni oħra tat-Trattat ta’ Adeżjoni. |
|
(41) |
Konsegwentement, filwaqt li l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE normalment ma japplikawx għall-għajnuna mogħtija wara l-adeżjoni, id-diżpożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 2 jestendu l-kontroll ta’ l-għajnuna statali skond it-Trattat tal-KE għal kwalunkwe għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni għar-ristrutturar ta’ l-industrija ta’ l-azzar Ċeka bejn l-1997 u l-2006. |
|
(42) |
Il-protokoll Nru 2 ma japplikax għall-miżuri oħra ta’ għajnuna mogħtija lill-industrija ta’ l-azzar Ċeka għal skopijiet speċifiċi li jistgħu jiġu dikjarati kompatibbli ma’ miżuri oħra, bħalma huma għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna għall-protezzjoni ambjentali, għajnuna għat-taħriġ, u għajnuna għall-għeluq, eċċ. Dawn il-miżuri ta’ għajnuna ma jaqgħux taħt l-għan ta l-Artikoli 87 u 88 jekk jiġu mogħtija qabel l-adeżjoni u mhumiex applikabbli wara l-adeżjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Protokoll ma jillimitax il-possibiltà li jagħti xi forom oħra ta’ għajnuna lill-kumpaniji ta’ l-azzar Ċeki skond l-acquis tal-Komunità. Naturalment, ma jillimitax il-possibiltà li jaddotta miżuri li ma jikkwalifikawx bħala għajnuna, eż. injezzjonijiet ta’ kapital skond it-test ta’ l-investitur privat fl-ekonomija tas-suq. Mill-banda l-oħra, kull miżura li tikkonċerna l-kumpaniji ta’ l-azzar Ċeki li tikkostitwixxi għajnuna statali u li ma titqiesx bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt regoli oħra għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna għar-ristrutturar – jew fi kwalunkwe każ, bħala għajnuna marbuta mar-ristrutturar għas-settur ta’ l-azzar Ċek u għalhekk tiġi taqa’ taħt Protokoll Nru 2. |
|
(43) |
Għaldaqstant, skond il-prassi kostanti tagħha u skond punt 20 ta’ Protokoll nru 2, il-Kummissjoni tista’ għalhekk tivvaluta l-miżuri ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fejn tissuspetta li l-awtoritajiet Ċeki taw għajnuna lill-kumpaniji ta’ l-azzar li mhumiex kompatibbli mas-suq komuni għal raġunijiet ‘il hinn mir-ristrutturar u li, għalhekk, il-Protokoll Nru 2 ma jkunx qed jiġi osservat mir-Repubblika Ċeka. Japplika wkoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ marzu 1999 li jfassal regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 (6). |
4.2. L-eżistenza ta’ l-għajnuna
Għajnuna għat-taħriġ
|
(44) |
Sussidji għat-taħriġ favur TŽ jikkostitwixxu għajnuna statali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Huma ffinanzjati mill-Istat jew permezz tar-riżorsi ta’ l-Istat. Dawn il-mezzi finanzjarji addizzjonali jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni fil-Komunità billi jagħtu vantaġġ lil TŽ fuq kompetituri li ma jirċevux għajnuna. Fl-aħħarnet, hemm kummerċ estensiv bejn l-Istati Membri fis-settur ta’ l-azzar li fih TŽ għandha parti importanti, għalhekk l-għajnuna għandha mnejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
Għajnuna għall-għeluq
|
(45) |
L-awtoritajiet Ċeki mhumiex ser iħallsu lil TŽ għall-għajnuna għall-għeluq li tkopri parti mill-ħlas għar-redundancy lill-impjegati tal-forn li ngħalaq minħabba bidla fl-istrateġija tal-kummerċ ta’ TŽ. Għaldaqstant il-kumpanija mhux ser tirċievi l-għotja ta CZK 4 152 500 (EUR 0,146 miljun) li kienet imwiegħda lilha suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Għaldaqstant din il-miżura ta’ l-awtoritajiet Ċeki saret mhux operattiva. |
Ix-xiri ta’ l-ishma ta’ l-INH li kellhom TŽ
|
(46) |
Il-Kummissjoni ser tanaliżża, fl-ordni li fiha jidhru fis-sezzjoni preċedenti “il-Kummenti mir-Repubblika Ċeka”, l-elementi mressqa mill-awtoritajiet Ċeki biex isostnu l-asserzjoni tagħhom li huma aġixxew bħala investitur fl-ekonomija tas-suq (7) meta ma qisux il-prezz ta’ CZK 550 fi ħdan il-qafas tan-negozjati mal-bejjiegħ, sottomess minn INH u approvat mis-CSC. |
|
(47) |
Il-Kummissjoni tilqa’ l-ewwel talba ta’ l-awtoritajiet Ċeki li investitur fl-ekonomija tas-suq, kif ukoll il-bejiiegħ jaf li hu fl-interess ta’ kumpanija (f’dan il-każ jiġifieri l-INH), li tħallsu l-orħos prezz possibli meta tiġi biex tixtri lura l-ishma tagħha stess. Għaldaqstant, waqt in-negozjati tagħhom għall-prezz ta’ l-ishma, l-investitur razzjonali u l-bejjiegħ ikollhom suspetti dwar il-prezz propost fil-qafas ta’ tali offerta għax-xiri lura. Jikkonsidrawh biss bħala li jikkostitwixxi f’riflessjoni tal-valur tas-suq jekk dan il-prezz ikun sostnut minn elementi addizzjonali. Per eżempju, jekk l-offerta għax-xiri lura tkun konkluża u tkun suċċess fost l-investituri, li jkun ifisser li perċentwali sinifikanti ta’ l-investituri jkunu lesti li jbiegħu l-ishma b’dak il-prezz, l-investitur fl-ekonomija tas-suq normalment iqis dan il-prezz. Madanakollu, fil-każ preżenti, l-offerta għax-xiri lura kienet għadha fis-seħħ meta saret it-tranżazzjoni u ma kien hemm l-ebda informazzjoni li tindika li kienet ser tkun suċċess. |
|
(48) |
Fir-rigward tat-tieni asserzjoni mill-awtoritajiet Ċeki, il-Kummissjoni trid tisħaq li jridu jiġu analiżżati d-dettalji tal-każ. L-ewwel, ma kien hemm l-ebda prezz fis-suq li seta’ jintuża bħala bażi ċara u indiskutibbli għall-valur fis-suq tal-kumpanija (8). Konsegwentement, sabiex isir valutazzjoni tal-kumpanija, kien meħtieġ li ssir previżjoni għaċ-ċirkolazzjoni tal-flus fil-futur imbagħad jikkalkulaw il-valur preżenti. It-tieni, il-kumpanija li kienet ser tiġi valutata kienet għaddejja minn riorganiżżazzjoni profonda. Il-kumpanija kienet għadha kemm inbiegħet lill-intrapriża ta’ l-azzar kbira u privata mill-Istat, li kellu l-kontroll fuqha sa dik id-data. Din ta’ l-aħħar kellha l-inkarigu li timmoderniżża l-kumpanija u li tagħmel investimenti sostanzjali. Meta wieħed jikkonsidra t-tibdil drammatiku fil-kumpanija u l-maniġment tagħha, id-data finanzjarja ta’ l-imgħoddi ma setgħetx tiġi kkonsidrata bħala gwida ta’ min jorbot fuqha għall-azzjonijiet futuri. Il-previżjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-flus jew dividendi ma setgħux jiġu bbażati fuq is-serje eżistenti osservabbli. Bħala konklużjoni, il-valutazzjoni tal-kumpanija kienet tiddependi mill-previżjoni, li għaliha ma setgħet tintuża l-ebda bażi indisputibbli. Il-Kummissjoni taqbel li, f’dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, ma tistax tiġbed konklużjoni mill-fatt li l-prezz propost mill-INH kien imsaħħaħ minn rapport ta’ espert u kien approvat mis-CSC bħala li kien jirrappreżenta l-valur tas-suq ta’ l-ishma:
|
|
(49) |
Il-Kummissjoni taċċetta t-tielet element imressaq mill-awtoritajiet Ċeki, l-aktar dak li investitur fl-ekonomija tas-suq kien jinterpreta r-rifjut doppju minn qabel mis-CSC bħala li tikkonferma l-aspettattivi tagħha li INH u LNM (l-azzjonist maġġoritarju ta’ INH, li hu l-mutur li jagħti spinta lil din l-operazzjoni peress li jixtri mingħand INH l-ishma li l-kumpanija kienet xtrat lura) kienu qed jipprovaw jissottovalutaw il-kumpanija sabiex ikunu jistgħu jħallsu l-anqas prezz possibli għall-ishma li xtaqu jixtru lura. |
|
(50) |
Fir-rigward tar-raba’ asserzjoni mill-awtoritajiet Ċeki, il-Kummisjoni kienet tosserva li, fiż-żmien tal-preparazzjoni tar-rapporti ta’ valutazzjoni li kienu ordnati mill-INH u mill-Istat rispettivament fl-ewwel kwart ta’ l-2004, il-qliegħ ta’ l-INH għas-sena sħiħa 2003 ma kienx għadu magħruf iżda seta’ jiġi stmat miċ-ċifri ta’ l-ewwel kwart li kienu diġà magħrufa. Għalhekk, il-profitti netti li kienu nklużi fiż-żewġ rapporti ta’ valutazzjoni previżti għas-sena sħiħa 2003 huma ta’ l-istess kobor. Abbażi tal-qliegħ nett għall-2003, huma jipprevedu li prezz għal kull sehem ta’ CZK 550 jagħti P/E ekwivalenti ta’ madwar 1,5. (L-awtoritajiet Ċeki kkalkulaw il-proporzjon tal-P/E ta’ 1,25 abbażi tal-qliegħ effettiv li ma kienx magħruf dak iż-żmien u li spiċċa biex kien aħjar mill-previżjoni taż-żewġ esperti, għalhekk proporzjon aktar baxx tal-P/E.) Din l-aħħar ċifra hija baxxa ħafna. Investitur fl-ekonomija tas-suq jivvaluta biss kumpanija bi prezz daqshekk baxx jekk fil-futur b’mod eċċezzjonali jkollu aspetattivi negattivi fit-tkabbir tad-dħul nett. Il-Kummissjoni tosserva li l-espert imqabbad mill-INH jikkonsidra tassew li l-qliegħ nett miksub fl-2003 hu ferm eċċezzjonali u jantiċipa li l-profitti ser jonqsu b’żewġ terzi fis-snin li ġejjin. Fi kliem ieħor, dan l-espert jantiċipa li għas-snin ta’ wara l-2003 jerġa’ jkun hemm kważi l-livell ta’ profitti ta’ l-2002 (CZK 0,9 biljun), perjodu li fih l-INH kienet għadha qed issofri minn maniġment fqir u nuqqas ta’ investiment wara li kienet saret ta’ l-istat. L-espert jipprevedi tnaqqis ta’ bejgħ u tnaqqis limitat fl-ispejjeż. Il-Kummissjoni tosserva li r-rapport ta’ valutazzjoni ma jispjegax b’mod ċar għaliex LNM, li ħadet il-kontroll ta’ l-INH fil-bidu ta’ l-2003, tkun ineffiċjenti fir-ristrutturar tal-kumpanija, fit-tnaqqis ta’ l-ispejjeż operattivi u tad-dħul, u f’li tiżviluppa aktar prodotti li jagħmlu qliegħ u f’relazzjonijiet kummerċjali. F’kuntrast ma’ dan, il-prezz ta’ CZK 1 250 ikkalkulat mill-espert imqabbad mill-Istat, KPMG, jagħti P/E ta’ bejn 3 u 3,5. Dan hu fil-qiegħ tal-firxa tal-P/E tas-swieq finanzjarji għall-produtturi ta’ l-azzar osservata f’dak iż-żmien. Il-proporzjon baxx jirrifletti previżjoni prudenti għat-tkabbir fil-profitti. Tassew, li KPMG tbassar tnaqqis (limitat) fil-profitti wara l-2003. Għaldaqstant KPMG tirrikonoxxi, bħal ma jagħmel l-espert imqabbad mill-INH, is-sitwazzjoni favorevoli tas-suq ta’ l-azzar fl-2003 u n-natura ċiklika tiegħu. Madanakollu, KPMG tantiċipa wkoll li, taħt il-kontroll ta’ l-LNM, ikompli l-istrutturar operattiv tal-kumpanija li qabel kienet ta’ l-Istat, jinstabu sorsi orħos ta’ dħul grazzi għall-integrazzjoni ma’ kumpanija kbira ta’ l-azzar, u l-produzzjoni tkun orjentata mill-ġdid lejn prodotti li jkollhom aktar valur miżjud. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni taqbel li investitur fl-ekonomija tas-suq ikun ikkonsidra l-prezz ta’ CZK 550 bħala wieħed baxx minħabba l-fatt li jikkorrispondi ma’ P/E eċċezzjonalment baxx li hu diffiċli li jkun ġustifikat abbażi tal-progress mistenni fl-andament finanzjarju tal-kumpanija li seta’ jkun pjuttost mistenni wara l-privatiżżazzjoni u l-investiment u l-programm ta’ ristrutturar imniedi mill-azzjonist privat ġdid tagħha. |
|
(51) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kombinazzjoni ta’ l-erba’ elementi ta’ qabel jgħinu biex jiġi spjegat għaliex, fiż-żmien li l-Gvern kien ser jixtri, il-prezz ta’ CZK 550 propost mill-INH fi ħdan il-qafas ta’ l-operat għax-xiri mill-ġdid u approvat mis-CSC ma kienx jitqies bis-serjetà minn investitur fl-ekonomija tas-suq u ma kienx jikkostitwixxi għodda għal negozjar serju biex iġġiegħel lill-bejjiiegħ iraħħas il-prezz. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ prezz ieħor ta’ riferenza, investitur fl-ekonomija tas-suq ikun innegozja mal-bejjiegħ abbażi tal-prezz ikkalkulat mill-espert (9). Hekk kif il-prezz li ħallas il-Gvern Ċek hu fil-limitu tal-prezz ikkalkulat minn KPMG, dawn ir-riżorsi ta’ l-Istat kienu nvestiti b’mod li jkunu aċċettabbli għal investitur fl-ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonsidra li x-xiri ta’ l-ishma ma jikkostitwixxix f’għajnuna statali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1). Il-Kummissjoni tixtieq tisħaq li din il-konklużjoni hi totalment dipendenti miċ-ċikostanzi partikolari tal-każ preżenti. |
|
(52) |
Finalment, rigward il-ħames element imressaq mill-awtoritajiet Ċeki, l-aktar għall-fatt li l-offerta pubblika mill-INH biex jixtru lura l-ishma tagħhom bil-prezz ta’ CZK 550 kellu rispons fqir, il-Kummissjoni tagħraf li din ma kinitx magħrufa fi żmien l-analiżi tat-tranżazzjoni u għaldaqstant tikkonludi li dan il-fatt ma jistax jiġġustifika għaliex il-prezz propost ma ġiex meqjus mill-Istat. |
4.3. Il-kompatibilità ta’ l-għajnuna
|
(53) |
Kif spjegat fi premessi 41 u 42, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-kompatibilità potenzjali mar-regolamenti applikabbli tal-miżura li tinstab li tkun mgħejjuna mill-istat, sabiex tassigura li ma tkunx tikkostitwixxi għajnuna ta’ ristrutturar, li mhux permessa skond il-Protokoll Nru 2. |
|
(54) |
L-għajnuna għat-taħriġ abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ (10). |
|
(55) |
Id-distinzjoni bejn azzjonijiet għal taħriġ speċifiku u taħriġ ġenerali hi mfassla skond l-Artikolu 2 tar-Regolament. Taħriġ speċifiku hu definit fl-Artikolu 2(d) tar-Regolamenti bħala taħriġ li jinvolvi tagħlim dirett u prinċipalment applikabbli għall-pożizzjoni preżenti jew futura ta’ l-impjegat fl-intrapriża mgħejjuna u li jipprovdi l-kwalifiki li mhumiex jew li huma biss sa ċertu punt trasferibbli lill-intrapriżi oħra jew oqsma ta’ xogħol ieħor. |
|
(56) |
Taħriġ ġenerali hu definit fl-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 bħala taħriġ li jinvolvi tagħlim li ma japplikax biss jew prinċipalment għall-pożizzjoni preżenti jew futura ta’ l-impjegat fl-intrapriża mgħejjuna, iżda li jipprovdi l-kwalifiki li huma trasferibbli b’mod liberu lill-intrapriżi oħra jew oqsma ta’ xogħol ieħor u għalhekk itejjeb b’mod sostanzjali l-opportunità ta’ xogħol għall-impjegat. |
|
(57) |
Ir-Repubblika Ċeka pprovdiet informazzjoni dettaljata għall-korsijiet ta’ taħriġ proposti. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni setgħet tivverifika li d-distinzjoni bejn taħriġ ġenerali u speċifiku applikat mir-Repubblika Ċeka kien f’konformità ma l-Artikolu 2 tar-Regolamenti (KE) Nru 68/2001. Għalhekk, il-korsijiet deskritti bħala taħriġ ġenerali huma konnessi ma’ kwalifiki, bħal maniġment, l-iżvilupp personali, il-komunikazzjoni, ħiliet fil-marketing u l-awditjar, li huma liberament trasferibbli lill-impriżi jew oqsma oħra ta’ xogħol. Bl-istess argument, korsijiet konnessi b’mod partikolari ma’ prodotti, teknoloġiji ġodda, inġinerija, proġetti tekniċi, maniġment ambjentali, titjib fil-kwalità, u oħrajn kellhom applikabilità limitata għall-funzjonijiet oħra, kienu deskritti bħala taħriġ speċifiku skond l-Artikolu 2 (d) tar-Regolament. Skond l-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, l-għajnuna għat-taħriġ kienet meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet maħsuba. |
|
(58) |
L-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 jiddefinixxi l-ispejjeż eliġibbli għal-proġett ta’ taħriġ u jitlob li l-informazzjoni dwar l-ispejjeż ikunu trasparenti u elenkati. Ir-Repubblika Ċeka għaddiet lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż marbuta mal-proġett, li kienu elenkati b’tali mod li kien possibli li jkunu identifikati dawn l-ispejjeż ma’ dawk imfassla fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament. Din l-informazzjoni kienet konformi ma’ dik mitluba mill-Artikolu 4(7) tar-Regolament. |
|
(59) |
Aktar minn hekk, l-intensitajiet ta’ l-għajnuna applikati mir-Repubblika Ċeka kienu konformi ma’ l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna permessa skond l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 68/2001. Għalhekk, l-intensitajiet ta’ l-għajnuna proposta jikkorrispondu ma’ dawk permessi mir-Regolament għat-taħriġ speċifiku u ġenerali, rispettivament, fir-rigward ta’ intrapriżi li qegħdin f’żoni li jikkwalifikaw għall-għajnuna reġjonali skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-trattat tal-KE. |
|
(60) |
Bħala konklużjoni, l-għajnuna hi konformi mal-ħtiġijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 68/2001. |
5. KONKLUŻJONI
|
(61) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-taħriġ għall-għajnuna ta’ CZK 44 088 300 (EUR 1,55 miljun) favur TŽ hi konformi mar-Regolament (KE) No 68/2001. |
|
(62) |
L-għajnuna ta’ għeluq ta’ CZK 4 152 500 (EUR 0,14 miljun) mhux ser titħallas lil TŽ għax TŽ bidlet il-pjanijiet kummerċjali tagħha. |
|
(63) |
Ix-xiri ta’ l-ishma ta’ l-INH li kellhom TŽ ma jikkostitwixxux għajnuna statali. |
|
(64) |
Għaldaqstant, dawn it-tliet miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna moħbija għar-ristrutturar lil TŽ, li kien imur kontra l-Protokoll Nru 2, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna ta’ CZK 44 088 300 għat-taħriġ favur Třinecké železárny, a.s. hi konformi mal-kriterji imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 68/2001 u ma tikkostitwixxix għajnuna għar-ristrutturar skond it-tifsira tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.
Ix-xiri ta’ l-ishma ta’ ISPAT Nová Huť li kellha Třinecké železárny, a.s. ma jikkostitwixxix għajnuna statali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni hija ndirizzata lir-Repubblika Ċeka.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Settembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Il-konverżjoni tal-munita użata f’din id-deċiżjoni hi EUR 1 = CZK 28.43 (skond l-20 ta’ Settembru 2006) u li qiegħda biss għall-informazzjoni.
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.
(4) L-awtoritajiet Ċeki nformaw lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 li setgħu jikkonsidraw tibdil f’dawn il-proġetti. Il-Kummissjoni tifhem li dan it-tibdil ikun notifikat skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.
(5) Il-miżuri l-oħra ta’ għajnuna huma konformi mal-linji gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna Statali għall-Potezzjoni Ambjentali (ĠU C 37, 3.2.2001 p, 3), u l-Qafas għall-Għajnuna Statali għar-Riċerka u l-Iżvilupp tal-Komunità (ĠU C 45, 17.2.1996, p. 5)
(*1) Sigriet kummerċjali.
(6) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20,12,2006, p. 1).
(7) Il-prinċipju ta’ l-investitur fl-ekonomija tas-suq ilu li ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja. Ara, per eżempju il-Każ C-305/89 Alfa Romeo, ECR [1991] I-603, (paragrafi 19 et seq.).
(8) Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tagħraf li, filwaqt li l-prezz tas-suq normalment huwa l-aħjar indikatur għall-valur ta’ l-ishma, il-prezz osservat fil-Borża ta’ Praga għall-ishma ta’ l-INH ma jikkostitwixxux f’indikatur li tista’ torbot fuqu tal-valur ta’ 10 % ta’ l-ishma tal-kapital ta’ l-INH. Tassew, li statistiċi ta’ kull xahar u annwali juru li l-valur tal-kummerċ hu ferm limitat. Għaldaqstant, il-prezz tas-suq, mhux riżultat ta’ l-interazzjoni ta’ numru sostanzjali ta’ investituri siniifikanti.
(9) Ir-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-espert ma fihx nuqqasijiet. Madanakollu, fid-deċiżjoni tagħha li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni m’esprimitx dubbji dwar il-validità tal-fehmiet espressi f’dan ir-rapport. Lanqas ma l-analiżi t’hawn fuq tindika li l-konklużjonijiet tagħha mhumiex raġjonevoli.
(10) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 3. Regolament kif emendat fl-aħħar minn Regolament (KE) Nru 1976/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85).