28.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/23


REGOLAMENT (UE) Nru 674/2010 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta’ Lulju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(BĊE/2010/7)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwalità tad-daqs minimu tal-kampjun nazzjonali determinata mill-kriterji definiti trid tiġi vvalutata aktar u għalhekk hija meħtieġa estensjoni tal-perijodu transizzjonali relevanti sabiex din il-kwistjoni tiġi studjata.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18) (2) għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sentenza introduttorja tal-ewwel paragrafu tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) hija sostitwita b’li ġej:

“Sa u inkluż ix-xahar ta’ referenza ta’ Diċembru 2013, paragrafu 10 ta’ Anness I jinqara kif ġej:”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Done at Frankfurt am Main, it-23 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)   ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24.