|
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/65 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 36/2007
tas-27 ta' April 2007
li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/329/KE ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar kwestjonarju biex jintuża meta jsiru rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 32fc (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/369/KE) ta' l-Anness XX tal-Ftehim:
|
“32fd. |
32006 D 0329: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/329/KE ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar kwestjonarju biex jintuża meta jsiru rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 38).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2006/329/KE fil-lingwa Iżlandiża u fil-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 333, 30.11.2006, p. 55.
(2) ĠU L 121, 6.5.2006, p. 38.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.