Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija (Tirana, il-11 ta' Diċembru 2008) /* KUMM/2008/0783 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.11.2008 KUMM(2008) 783 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija (Tirana, il-11 ta' Diċembru 2008) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija se jiltaqa' f'Tirana (l-Albanija) fil-11 ta' Diċembru 2008. Sabiex il-Komunità Ewropea tieħu sehem fid-deċiżjonijiet rilevanti, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea skont l-Artikolu 300 tat-Trattat u skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija. Il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tkopri l-punti kollha tal-aġenda li għalihom hemm mistennija deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali kif inhu indikat hawn taħt. Il-punti l-oħra tal-aġenda huma msemmija hawn taħt ukoll għall-informazzjoni. 1. ELEMENTI GħAL DEċIżJONI 1.1. Uffiċċju tal-Irkanti Koordinati – lok Xogħlijiet preparatorji sabiex jiġi stabbilit Uffiċċju tal-Irkanti Koordinati li jieħu ħsieb l-allokazzjoni transkonfinali ta' kapaċità u t-tmexxija ta' konġestjoni qegħdin fi stadju avvanzat. Massa kritika ta' operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' elettriku u regolaturi tal-enerġija fir-reġjun qed jagħtu l-appoġġ lill-proġett. Indikaw li orjentazzjoni politika li tikkonċerna s-sit tal-Uffiċċju ħa tgħin l-proċess b'mod konsiderevoli u jagħtu l-lok għall-istabbiliment prattiku fl-2009 – 2010. Fost il-Partijiet Kontraenti, kemm il-Kroazja kif ukoll is-Serbja indikaw l-interess tagħhom sabiex jospitaw l-Uffiċċju tal-Irkanti Koordinati. Il-Kummisjoni ħa tivvaforixxi l-kunsens fuq is-sit li jirċievi l-aktar sapport u jkun iktar aċċettat. 1.2. Att ta' Proċedura relatat mal-istabbiliment, il-kompożizzjoni u l-funzjoni ta' Grupp ta' Koordinazzjoni fuq is-Sigurtà ta' Provvista Wara l-orjentazzjoni politika deċiża fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ministerjali f'Ġunju 2008, huwa mistenni li l-Kunsill Ministerjali jieħu deċiżjoni fuq it-twaqqif ta' Grupp ta' Koordinazzjoni fuq is-Sigurtà ta' Provvista bbażat fuq kkordinazzjoni volontarja bejn il-partijiet (mingħajr setgħa li jieħu deċiżjoni). Dan il-Grupp ikun ikopri kemm l-elettriku u l-gass. Sabiex jiġu evitati spejjeż żejda u jiġu żgurati s-sinerġiji, jiltaqa darba fis-sena b'konnessjoni ma' laqgħa tal-PLHG. Barra minn hekk, ikun jista' jorganizza sessjonijiet ad hoc mal-Grupp tal-UE għall-Koordinament tal-Gass. Kwalunkwe Parti Kontraenti li tkun qed taffaċja sitwazzjoni ta' theddid imminenti tista' titlob lill-President ilaqqa’ laqgħa ad hoc . Hija prevista l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati mill-industrija u organiżżazjonijiet tal-konsumaturi relevanti. 1.3. Deċiżjoni li tikkonċerna l-estensjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija għas-settur taż-żejt u l-istabiliment ta' Forum taż-Żejt anwali. It-Tieni, il-Kunsill Ministerjali se jwessa’ l-ambitu tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija għas-settur taż-żejt (żejt mhux raffinat, prodotti taż-żejt u infrastrutturi taż-żejt). It-test propost jirrifletti approċċ prudenti u gradwali. Dawk l-artikoli tat-Trattat li huma kkunsidrati diffiċli biex jiġu implimentati f'relazzjoni maż-żejt qed jiġu esklużi mill-ambitu tad-dimensjoni taż-żejt, tal-anqas fl-ewwel perjodu. Dan huwa l-każ għad-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza reċiproka, il-kummerċ estern tal-enerġija u l-istandards tekniċi. Barra minn hekk, għalissa ma jispeċifikax lista tal-acquis tal-UE, imma jindika li din il-lista – flimkien ma pjan ta' implimentazzjoni - għandha tkun dettaljata sa Ġunju 2010. Dan se jippermettilna li neżaminaw bir-reqqa meħtieġa l-kwistjoni tal-ħażniet taż-żejt, jekk hemm bżonn bi studju li jista' jsir fl-2009. Finalment, jipprovdi għall-istabiliment ta' forum taż-żejt, kif ġie rikjest minn diversi Stati Membri u Pajjiżi fir-reġjun, li jista’ jitlaqqa’ għall-ewwel darba fit-tieni semestru tal-2009. 2. ELEMENTI OħRA 2.1. Punti mingħajr dibattitu Il-Kummissjoni se tapprova l-konklużjonijiet taż-żewġ laqgħat preċendenti tal-Grupp Permanenti ta' Livell Għoli u r-rapport tal-attivita annwali li jiġi indirizzat lill-Parlament skont l-Artikolu 52 tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija. Il-Kummissjoni se tieħu nota wkoll tar-rapporti li ġejjin: - Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Komunità tal-Enerġija għall-2008; - Rapport Preliminari fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Komunità tal-Enerġija għall-perjodu 01.01.2008- 31.12.2008; - Rapport fuq l-implimentazzjoni tal-Istandards Ġenerali Applikabbli. 2.2. Implimentazzjoni tat-Trattat Il-Kummissjoni se tieħu nota tar-rapport. Se tevalwa b'mod pożittiv il-progress sostanzjali li sar fil-maġġoranza tal-Partijiet Kontraenti matul din is-sena, imma tkompli tisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi kumplimentat il-qafas legali bil-leġislazzjoni sekondarja u l-atti ta’ implimentazzjoni neċessarji. Barra minn hekk, il-Kummisjoni ħa tistħaq fuq l-importanza ta' qafas regolatorju li jiffavorixxi l-investiment u l-importanza li jinstabu soluzzjonijiet negozjati malajr għal tilwim li jinvolvi l-investituri. 2.3. Dimensjoni soċjali Il-Kummisjoni se tieħu nota tar-rapport, speċjalment fejn jirrigwarda r-riżultati tal-Forum Soċjali li seħħ fit-18 u d-19 ta' Novembru 2008 u tkompli tappoġġa l-progress fl-istabbiliment ta' pjanijiet ta’ azzjoni soċjali mill-Partijiet Kontraenti. 2.4. Effiċjenza fl-Enerġija Il-Kummissjoni se tieħu nota tar-rapport intermedjarju ppreżentat mill-President tal-Grupp Ta' Ħidma għall-Effiċjenza Tal-Enerġija, bil-fehma li r-rapport finali – li jinkludi r-rakkomandazzjonijiet - huwa mistenni għall-Kunsill Ministerjali li jmiss f'Ġunju 2009. ________ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija (Tirana, il-11 ta' Diċembru 2008) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(2), Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Konklużjoni mill-Komunità Ewropea tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija [traduzzjoni mhux uffiċjali] (2006/500/KE – 29 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Fid-dawl tal-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Energija li għandha ssir f'Tirana fil-11 ta' Diċembru 2008, il-pożizzjoni tal-Komunità dwar il-kwistjonijiet koperti bit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tat-Trattat huwa stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President ANNESS Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea - Il-Komunità Ewropea tappoġġa l-istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Irkanti Koordinati għall-alokazzjoni ta' kapaċita' transkonfinali u t-tmexxija ta' konġestjoni fil-qasam tal-eletriku. Tiffavorixxi kunsens fejn jikkonċerna s-sit tal-Uffiċju f'wieħed mill-Partijiet Kontraenti, sakemm is-sit ikollu appoġġ wiesa’ fost il-Partijiet Kontraenti u l-Istati Membri parteċipi fl-istabbiliment tal-Uffiċju. - Il-Komunità Ewropea tapprova l-adozzjoni tal-Att ta' Proċedura relatat mal-istabbiliment, il-kompożizzjoni u l-funzjoni ta' grupp ta' koordinament fuq is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u tal-gass. - Il-Komunità Ewropea tapprova l-adozzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-estensjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija għas-settur taż-żejt u l-istabbiliment ta' forum annwali dwar iż-żejt. - Il-Komunità Ewropea tapprova l-adozzjoni ta' lista emendata ta' proġetti infrastrutturali ta' prijorità fil-Partijiet Kontraenti.