13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/226/UE dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja

(notifikata bid-dokument C(2013) 8780)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/753/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (“l-Aġenzija”) skont id-Direttiva 2004/49/KE biex tfassal abbozz ta’ miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”) u l-abbozz tal-metodi komuni relatati tas-sikurezza għall-perjodu mill-2011 sal-2015. Wara l-valutazzjoni annwali tal-2013, l-Aġenzija għamlet ir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Kummissjoni biex jiġi emendat it-tieni sett tal-abbozz ta’ CSTs kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/226/UE tat-23 ta’ April 2012 dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (2). Din id-Deċiżjoni tibbaża fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija.

(2)

Minħabba n-nuqqas ta’ dejta nazzjonali konsistenti, il-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (“NRVs”) għall-Bulgarija, ir-Rumanija u s-Slovakkja ġew stabbiliti oriġinarjament għal ċerti kategoriji ta’ riskji individwali bl-użu ta’ dejta mhux konsistenti għalkollox mill-2004 sal-2006 jew skont l-NRVs ta’ Stati Membri oħra. Issa jistgħu jerġgħu jiġu kkalkulati l-NRVs għal dawn il-kategoriji b’mod konsistenti u għalhekk għandhom jinbidlu l-NRVs oriġinali fit-tabelli mehmuża.

(3)

Il-Kroazja daħlet fl-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013. Biex tinstab il-prestazzjoni attwali tas-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji fil-Kroazja b’mod kwantitattiv, l-NRVs ġew ikkalkulati bil-metodoloġija li ntużat għal Stati Membri oħra. Dawn l-NRVs għandhom jiddaħħlu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2012/226/UE.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2012/226/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deciżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/49/KE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Taqsima 1 “Il-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (NRVs)” fl-Anness tad-Deċiżjoni 2012/226/UE tinbidel bit-test tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)   ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.

(2)   ĠU L 115, 27.4.2012, p. 27.


ANNESS

“1.   Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (NRVs)

1.1.   NRVs għar-riskju tal-passiġġieri (NRV 1.1 u NRV 1.2)

Stat Membru

NRV 1.1 (× E-09) (*1)

NRV 1.2 (× E-09) (*2)

Il-Belġju (BE)

37,30

0,318

Il-Bulgarija (BG)

207,00

1,911

Ir-Repubblika Ċeka (CZ)

46,50

0,817

Id-Danimarka (DK)

9,04

0,110

Il-Ġermanja (DE)

8,13

0,081

L-Estonja (EE)

78,20

0,665

L-Irlanda (IE)

2,74

0,0276

Il-Greċja (EL)

54,70

0,503

Spanja (ES)

29,20

0,270

Franza (FR)

22,50

0,110

Il-Kroazja (HR)

176,9

1,135

L-Italja (IT)

38,10

0,257

Il-Latvja (LV)

78,20

0,665

Il-Litwanja (LT)

97,20

0,757

Il-Lussemburgu (LU)

23,80

0,176

L-Ungerija (HU)

170,00

1,650

Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL)

7,43

0,089

L-Awstrija (AT)

26,30

0,292

Il-Polonja (PL)

116,10

0,849

Il-Portugall (PT)

41,80

0,309

Ir-Rumanija (RO)

57,40

0,607

Is-Slovenja (SI)

25,30

0,362

Is-Slovakkja (SK)

62,10

0,883

Il-Finlandja (FI)

9,04

0,110

L-Isvezja (SE)

3,54

0,033

Ir-Renju Unit (UK)

2,73

0,028

Il-FWSIs fi (*) u (**) jitfissru fil-punt d tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

1.2.   NRVs għar-riskju tal-impjegati (NRV 2)

Stat Membru

NRV 2 (× E-09) (*3)

Il-Belġju (BE)

24,60

Il-Bulgarija (BG)

20,40

Ir-Repubblika Ċeka (CZ)

16,50

Id-Danimarka (DK)

9,10

Il-Ġermanja (DE)

12,60

L-Estonja (EE)

64,80

L-Irlanda (IE)

5,22

Il-Greċja (EL)

77,90

Spanja (ES)

8,81

Franza (FR)

6,06

Il-Kroazja (HR)

73,65

L-Italja (IT)

18,90

Il-Latvja (LV)

64,80

Il-Litwanja (LT)

41,00

Il-Lussemburgu (LU)

12,00

L-Ungerija (HU)

9,31

Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL)

5,97

L-Awstrija (AT)

20,30

Il-Polonja (PL)

17,20

Il-Portugall (PT)

53,10

Ir-Rumanija (RO)

22,30

Is-Slovenja (SI)

40,90

Is-Slovakkja (SK)

2,71

Il-Finlandja (FI)

9,21

L-Isvezja (SE)

2,86

Ir-Renju Unit (UK)

5,17

Hawnhekk l-FWSIs ifissru kif tfissru fil-punt d tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

1.3.   L-NRVs għar-riskju tal-utenti tal-mogħdijiet ferrovjarji (NRV 3.1 u NRV 3.2)

Stat Membru

NRV 3.1 (× E-09) (*4)

NRV 3.2 (*5)

Il-Belġju (BE)

138,0

n.a.

Il-Bulgarija (BG)

141,6

n.a.

Ir-Repubblika Ċeka (CZ)

238,0

n.a.

Id-Danimarka (DK)

65,4

n.a.

Il-Ġermanja (DE)

67,8

n.a.

L-Estonja (EE)

400,0

n.a.

L-Irlanda (IE)

23,6

n.a.

Il-Greċja (EL)

710,0

n.a.

Spanja (ES)

109,0

n.a.

Franza (FR)

78,7

n.a.

Il-Kroazja (HR)

611,3

n.a.

L-Italja (IT)

42,9

n.a.

Il-Latvja (LV)

239,0

n.a.

Il-Litwanja (LT)

522,0

n.a.

Il-Lussemburgu (LU)

95,9

n.a.

L-Ungerija (HU)

274,0

n.a.

Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL)

127,0

n.a.

L-Awstrija (AT)

160,0

n.a.

Il-Polonja (PL)

277,0

n.a.

Il-Portugall (PT)

461,0

n.a.

Ir-Rumanija (RO)

542,0

n.a.

Is-Slovenja (SI)

364,0

n.a.

Is-Slovakkja (SK)

309,0

n.a.

Il-Finlandja (FI)

164,0

n.a.

L-Isvezja (SE)

64,0

n.a.

Ir-Renju Unit (UK)

23,5

n.a.

Il-FWSIs fi (*) u (**) jitfissru fil-punt d tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

1.4.   NRVs għar-riskju ta’ persuni fil-kategorija ‘oħrajn’ (NRV 4)

Stat Membru

NRV 4 (× E-09) (*6)

Il-Belġju (BE)

2,86

Il-Bulgarija (BG)

35,47

Ir-Repubblika Ċeka (CZ)

2,41

Id-Danimarka (DK)

14,20

Il-Ġermanja (DE)

3,05

L-Estonja (EE)

11,60

L-Irlanda (IE)

7,00

Il-Greċja (EL)

4,51

Spanja (ES)

5,54

Franza (FR)

7,71

Il-Kroazja (HR)

7,28  (*7)

L-Italja (IT)

6,70

Il-Latvja (LV)

11,60

Il-Litwanja (LT)

11,60

Il-Lussemburgu (LU)

5,47

L-Ungerija (HU)

4,51

Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL)

4,70

L-Awstrija (AT)

11,10

Il-Polonja (PL)

11,60

Il-Portugall (PT)

5,54

Ir-Rumanija (RO)

2,83

Is-Slovenja (SI)

14,50

Is-Slovakkja (SK)

2,41

Il-Finlandja (FI)

14,20

L-Isvezja (SE)

14,20

Ir-Renju Unit (UK)

7,00

1.5.   NRVs għar-riskju ta’ persuni mhux awtorizzati fil-bini tal-linji tal-ferrovija (NRV 5)

Stat Membru

NRV 5 (× E-09) (*8)

Il-Belġju (BE)

72,6

Il-Bulgarija (BG)

900,2

Ir-Repubblika Ċeka (CZ)

301,0

Id-Danimarka (DK)

116,0

Il-Ġermanja (DE)

113,0

L-Estonja (EE)

1 550,0

L-Irlanda (IE)

85,2

Il-Greċja (EL)

723,0

Spanja (ES)

168,0

Franza (FR)

67,2

Il-Kroazja (HR)

676,3  (*9)

L-Italja (IT)

119,0

Il-Latvja (LV)

1 310,0

Il-Litwanja (LT)

2 050,0

Il-Lussemburgu (LU)

79,9

L-Ungerija (HU)

588,0

Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL)

15,9

L-Awstrija (AT)

119,0

Il-Polonja (PL)

1 210,0

Il-Portugall (PT)

834,0

Ir-Rumanija (RO)

1 388,2

Is-Slovenja (SI)

236,0

Is-Slovakkja (SK)

1 758,0

Il-Finlandja (FI)

249,0

L-Isvezja (SE)

94,8

Ir-Renju Unit (UK)

84,5

1.6.   NRVs għar-riskju għas-soċjetà (NRV 6)

Stat Membru

NRV 6 (× E-09) (*10)

Il-Belġju (BE)

275,0

Il-Bulgarija (BG)

1 440,0

Ir-Repubblika Ċeka (CZ)

519,0

Id-Danimarka (DK)

218,0

Il-Ġermanja (DE)

203,0

L-Estonja (EE)

2 110,0

L-Irlanda (IE)

114,0

Il-Greċja (EL)

1 540,0

Spanja (ES)

323,0

Franza (FR)

180,0

Il-Kroazja (HR)

1 467,0

L-Italja (IT)

231,0

Il-Latvja (LV)

1 660,0

Il-Litwanja (LT)

2 590,0

Il-Lussemburgu (LU)

210,0

L-Ungerija (HU)

1 020,0

Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL)

148,0

L-Awstrija (AT)

329,0

Il-Polonja (PL)

1 590,0

Il-Portugall (PT)

1 360,0

Ir-Rumanija (RO)

1 704,4

Is-Slovenja (SI)

698,0

Is-Slovakkja (SK)

1 130,0

Il-Finlandja (FI)

417,0

L-Isvezja (SE)

169,0

Ir-Renju Unit (UK)

120,0

L-għadd totali ta’ FWSIs hawnhekk ifisser it-total tal-FWSIs kollha kkunsidrati fil-kalkolu tal-NRVs l-oħra kollha.”


(*1)  NRV 1.1 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri fis-sena Hawnhekk, kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri jfissru l-unità ta’ traffiku tal-ferroviji tal-passiġġieri biss.

(*2)  NRV 1.2 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena.

(*3)  NRV 2 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena.

(*4)  NRV 3.1 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ utenti tal-mogħdijiet ferrovjarji li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena.

(*5)  NRV 3.2 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ utenti tal-mogħdijiet ferrovjarji li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[(L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena × L-għadd ta’ mogħdijiet ferrovjarji)/kilometri tal-binarji]. Id-dejta dwar l-għadd ta’ mogħdijiet ferrovjarji u kilometri tal-binarji ma kinitx affidabbli biżżejjed waqt l-estrazzjoni tad-dejta (il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri taw dejta komuni dwar il-kilometri tal-linji minflok dwar il-kilometri tal-binarji).

(*6)  NRV 4 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni fil-kategorija ‘oħrajn’ li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena. Hawnhekk l-FWSIs ifissru kif tfissru fil-punt d tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

(*7)  L-NRV hu kkalkulat bħala l-medja tal-valuri NRV tal-pajjiżi ġirien (l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovenja).

(*8)  NRV 5 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fil-bini tal-linji tal-ferrovija li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena. Hawnhekk l-FWSIs ifissru kif tfissru fil-punt d tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

(*9)  L-NRV hu kkalkulat bħala l-medja tal-valuri NRV tal-pajjiżi ġirien (l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovenja).

(*10)  NRV 6 espress bħala: L-għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.