|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5026 |
15.9.2025 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Gwida dwar id-data tal-vetturi, li takkumpanja r-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (l-Att dwar id-Data)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5026)
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Ir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (l-“Att dwar id-Data”) għandu l-għan li jiżgura allokazzjoni ġusta tal-valur tad-data u li jagħti spinta lid-disponibbiltà tad-data. Dan se joħloq il-kundizzjonijiet għal ekonomija tad-data b’saħħitha u se jippermetti l-iżvilupp ta’ prodotti, servizzi, u mudelli tan-negozju innovattivi. L-Att dwar id-Data huwa biċċa leġiżlazzjoni orizzontali, li tapplika fl-oqsma u fis-setturi kollha tal-ekonomija. |
|
2. |
Din il-gwida dwar id-data tal-vetturi tipprovdi pariri mfassla apposta lill-partijiet ikkonċernati tas-settur awtomobilistiku dwar kif għandu jiġi implimentat il-Kapitolu II tal-Att dwar id-Data. Hija għandha l-għan li tispjega l-obbligi ewlenin tal-Att dwar id-Data peress li dawn huma relatati mad-data dwar il-vetturi kif definita fil-paragrafu19 ta’ din il-gwida, billi tenfasizza fuq id-data li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu II tal-Att dwar id-Data u fuq ir-regoli ta’ aċċess applikabbli. |
|
3. |
Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni komprensiva hija u tiġbor flimkien dan id-dokument ta’ gwida. Hija kkonsultat diversi partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw il-katina kollha tal-valur tas-settur awtomobilistiku, filwaqt li żgurat bilanċ ġeografiku u settorjali. Il-konsultazzjoni involviet workshops, kwestjonarji u laqgħat tal-partijiet ikkonċernati. Il-Kummissjoni analizzat kif xieraq u qieset l-input estensiv li rċeviet, u bbażat fuqu fit-tħejjija tal-gwida. |
|
4. |
Dan id-dokument huwa maħsub biss bħala gwida. Ma jestendix u ma jimmodifikax id-drittijiet jew l-obbligi stabbiliti skont l-Att dwar id-Data. |
|
5. |
Din il-gwida hija relatata biss mal-Att dwar id-Data. Għalhekk ma għandhiex titqies bħala interpretazzjoni, u lanqas ma għandha taffettwa l-applikazzjoni ta’:
|
|
6. |
Din il-gwida tikkonċerna biss is-settur awtomobilistiku. Dan jinkludi lill-fabbrikanti tat-tagħmir oriġinali (OEMs), il-fornituri, il-fornituri tas-servizzi tas-suq ta’ wara l-bejgħ u l-fornituri tal-assigurazzjoni. Għalhekk, il-kontenut tagħha ma jistax jiġi awtomatikament estrapolat għal industriji oħra jew għas-settur pubbliku. |
|
7. |
Din il-gwida ma tiħux post u ma tipprevalix dokumenti ta’ gwida oħrajn dwar l-Att dwar id-Data ppubblikati mill-Kummissjoni. Minflok, din il-gwida tikkomplementa dawk id-dokumenti u għandha tinqara flimkien magħhom. |
|
8. |
L-interpretazzjoni vinkolanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE hija l-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-Att dwar id-Data fir-rigward tal-applikazzjoni tiegħu għad-data tal-vetturi ma għandha l-ebda effett fuq l-interpretazzjoni li tista’ tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
9. |
Il-fehmiet espressi f’din il-gwida ma għandhom l-ebda effett fuq il-pożizzjoni li l-Kummissjoni tista’ tieħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
2. DATA LI TAQA’ FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-KAPITOLU II TAL-ATT DWAR ID-DATA
|
10. |
Il-Kapitolu II tal-Att dwar id-Data jistabbilixxi d-drittijiet għall-aċċess u għall-użu tad-data tal-utenti ta’ prodotti konnessi u ta’ servizzi relatati. |
2.1. Prodott konness
|
11. |
“Prodott konness” tfisser “oġġett li jikseb, jiġġenera jew jiġbor data dwar l-użu jew l-ambjent tiegħu u li jkun jista’ jikkomunika data ta’ prodott permezz ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika, konnessjoni fiżika jew aċċess fuq l-apparat, u li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-ħżin, l-ipproċessar jew it-trażmissjoni tad-data f’isem kwalunkwe parti għajr l-utent” (l-Artikolu 2(5)). |
|
12. |
Din il-gwida hija relatata biss ma’ vetturi li jikkostitwixxu “prodotti konnessi” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(5). Huwa f’idejn l-OEM jew id-detentur tad-data, skont il-każ, li jivvaluta jekk vettura tikkwalifikax bħala “prodott konness”. |
2.2. Servizz relatat
|
13. |
“Servizz relatat” tfisser “servizz diġitali, għajr servizz tal-komunikazzjoni elettronika, inkluż software, li jkun konness mal-prodott fil-mument tax-xiri, kiri jew lokazzjoni b’tali mod li n-nuqqas tiegħu jipprevjeni lill-prodott konness milli jwettaq waħda jew aktar mill-funzjonijiet tiegħu, jew li sussegwentement ikun konness mal-prodott mill-manifattur jew parti terza biex iżid, jaġġorna jew jadatta l-funzjonijiet tal-prodott konness” (l-Artikolu 2(6)). |
|
14. |
Din il-gwida hija relatata biss ma’ servizzi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6) li huma konnessi ma’ vettura kif definiti fil-paragrafu 12 ta’ din il-gwida (għall-finijiet ta’ din il-gwida, dan jista’ jissejjaħ “servizz relatat mal-vettura”). |
|
15. |
Servizz relatat mal-vettura jippresupponi skambju ta’ data bidirezzjonali bejn il-vettura u l-fornitur tas-servizz, kemm jekk ikun l-OEM kif ukoll jekk parti terza, li jaffettwa l-operat jew l-imġiba tal-vettura (ara l-Premessa 17). Is-servizzi li ma jaffettwawx il-funzjonament tal-vettura ma jistgħux jitqiesu bħala servizzi relatati. Eżempji ta’ servizzi bħal dawn jinkludu applikazzjoni fuq smartphone li tanalizza u turi l-istorja tal-iċċarġjar ta’ vettura elettrika mingħajr ma tibgħat kmandi lill-vettura, jew servizzi tal-assigurazzjoni bi ħlas skont kif issuq, li janalizzaw id-data tal-vettura biex jinħoloq profil tal-imġiba tas-sewwieq. |
|
16. |
Is-servizzi tradizzjonali tas-suq ta’ wara l-bejgħ bħall-konsulenza awżiljarja, l-analitika u s-servizzi finanzjarji, u t-tiswija u l-manutenzjoni regolari ġeneralment ma jitqisux bħala servizz relatat mal-vetturi, peress li “ma jkollhomx impatt fuq l-operat tal-prodott konness” jew “ma jinvolvux it-trażmissjoni ta’ data jew kmandi lill-prodott konness mill-fornitur tas-servizzi” (ara l-Premessa 17). Dawn is-servizzi ma humiex “marbuta b’mod espliċitu mat-tħaddim tal-funzjonijiet tal-prodott konness”. Pereżempju, it-tiswija u l-manutenzjoni “regolari”, bħas-sostituzzjoni tal-brejkijiet jew il-bidliet taż-żejt, ma humiex meqjusa bħala servizzi relatati jekk jitwettqu manwalment u offline (jiġifieri ma humiex servizzi diġitali). Barra minn hekk, dawn is-servizzi mhux neċessarjament iwasslu biex “tiżdied jew tiġi adattata l-funzjonalità” tal-vettura, u lanqas ma jinvolvu t-trażmissjoni ta’ data jew kmandi lill-vettura. |
|
17. |
Is-servizzi relatati mal-vetturi fis-settur tal-karozzi jistgħu jinkludu:
|
2.3. Definizzjoni ta’ data fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu II tal-Att dwar id-Data
|
18. |
Id-data fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu II tal-Att dwar id-Data tinkludi d-data dwar il-prodott (l-Artikolu 2(15)) u d-data dwar is-servizzi relatati (l-Artikolu 2(16)), inkluża l-metadata rilevanti meħtieġa għall-interpretazzjoni u l-użu ta’ dik id-data (ara l-Artikoli 2(17), 3(1), 4(1) u 5(1)). |
|
19. |
Din il-gwida hija relatata mad-data tal-vettura, li għall-finijiet biss tal-gwida għandha tinftiehem bħala data tal-prodott iġġenerata mill-użu ta’ vettura (ara l-paragrafu12 ta’ din il-gwida), u data tas-servizzi relatati mal-vettura (ara l-paragrafu14 ta’ din il-gwida). |
|
20. |
L-Att dwar id-Data jagħti lill-utenti u lil partijiet terzi magħżula mill-utent id-dritt għall-aċċess u għall-użu tad-data tal-vetturi. Dan ma fihx regoli dwar id-drittijiet ta’ aċċess għall-funzjonijiet jew għar-riżorsi tal-vetturi (8). Għaldaqstant, ir-regoli dwar id-drittijiet ta’ aċċess għall-funzjonijiet jew għar-riżorsi tal-vetturi ma humiex parti minn din il-gwida. |
|
21. |
F’konformità mal-ispjegazzjonijiet ipprovduti fil-Premessa 15, id-detenturi tad-data għandhom jagħtu aċċess biss għal data “mhux ipproċessata” u “pproċessata minn qabel”, inkluża l-metadata li takkumpanja meħtieġa biex tiġi interpretata u użata d-data. B’kuntrast għal dan, “l-informazzjoni inferita jew derivata minn tali data” għandha titqies barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar id-Data. |
|
22. |
L-għan tal-Att dwar id-Data huwa li d-data ssir aċċessibbli għall-utenti u għal partijiet terzi. Għalhekk, id-data kollha ġġenerata mill-użu ta’ vettura jew matul il-forniment ta’ servizz relatat mal-vettura għandha fil-prinċipju titqies fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar id-Data, sakemm ma tkunx “informazzjoni inferita jew derivata” minn data mhux ipproċessata u pproċessata minn qabel dwar il-vetturi skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data. |
|
23. |
Minħabba l-varjetà ta’ implimentazzjonijiet tekniċi possibbli u l-potenzjal għal żviluppi futuri, it-taqsimiet u l-eżempji li ġejjin huma maħsuba biex ikunu illustrattivi u mhux eżawrjenti. |
2.3.1. Data mhux ipproċessata
|
24. |
Id-data mhux ipproċessata hija data li ma tiġix modifikata sostanzjalment. Hija magħrufa wkoll bħala data sors jew primarja. Din tirreferi għal punti ta’ data li jiġu ġġenerati awtomatikament mingħajr ebda forma oħra ta’ pproċessar ta’ data (il-Premessa 15). Din tinkludi data li tirriżulta direttament mill-azzjoni tal-utent (kontrolli, skrins, buttuni eċċ.) jew data ġġenerata awtomatikament minn, pereżempju, sensuri tal-vettura. |
2.3.2. Data pproċessata minn qabel
|
25. |
Id-data pproċessata minn qabel hija magħmula minn punti ta’ data li jkunu għaddew minn ipproċessar “bl-għan li tinftiehem u tkun tista’ tintuża qabel ipproċessar u analiżi ulterjuri” (il-Premessa 15). Din tinkludi “data miġbura minn sensur wieħed jew minn grupp konness ta’ sensuri bl-għan li d-data miġbura tkun tista’ tinftiehem għal każijiet ta’ użu usa’ billi tiġi ddeterminata kwantità jew kwalità fiżika jew il-bidla fi kwantità fiżika, bħat-temperatura, il-pressjoni, ir-rata tal-fluss, l-awdjo, il-valur pH, il-livell tal-likwidu, il-pożizzjoni, l-aċċellerazzjoni jew il-veloċità”. Għalhekk, l-Att dwar id-Data japplika fehim funzjonali tal-ipproċessar tad-data (il-funzjoni hija li d-data tkun tista’ tinftiehem u tintuża). Fatturi bħall-kumplessità tal-ipproċessar jew il-ħtieġa li jiġu protetti l-investimenti f’tali pproċessar ma għandhomx rwol fid-definizzjoni ta’ data pproċessata minn qabel. |
|
26. |
Karatteristika komuni ta’ data pproċessata minn qabel hija li tiddeskrivi u tikkaratterizza t-tħaddim jew l-istatus tal-vettura. Id-data pproċessata minn qabel ma hijiex informazzjoni “ġdida”; in-natura tad-data sottostanti tibqa’ l-istess. Fi kliem ieħor, id-data, anke jekk tkun normalizzata, riformata, iffiltrata, ikkalibrata, ikkonvertita, aggregata, kampjunata mill-ġdid, ikkoreġuta, jew imkejla, ikkalkolata jew ipproċessata b’mod ieħor, xorta tirrifletti avvenimenti jew kundizzjonijiet tad-dinja reali kif koperti minn sensuri jew minn sistemi tal-vettura (eż. it-temperatura, il-veloċità, l-aċċellerazzjoni, il-pożizzjoni). Il-kontenut jew it-tifsira tad-data sors ma jinbidlux u sempliċiment tħejjew jew ġew raffinati għall-użu futur. |
2.3.3. Data inferita jew derivata
|
27. |
“L-informazzjoni inferita jew derivata” minn data mhux ipproċessata u pproċessata minn qabel, min-naħa l-oħra, hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar id-Data. Id-data inferita jew derivata hija “l-eżitu ta’ investimenti addizzjonali fl-assenjazzjoni ta’ valuri jew għarfien mid-data, b’mod partikolari permezz ta’ algoritmi proprjetarji u kumplessi, inkluż dawk li huma parti minn software proprjetarju” (il-Premessa 15). |
|
28. |
Il-kunċett ta’ “data inferita jew derivata” jmur ferm lil hinn minn sempliċi kunsiderazzjoni teknika. Kif muri fil-Premessa 15 (“informazzjoni inferita jew derivata” minn data mhux ipproċessata jew ipproċessata minn qabel) u kif diġà spjegat hawn fuq (fil-paragrafu 26 ta’ din il-gwida), in-natura tal-informazzjoni rrappreżentata f’punt ta’ data hija l-karatteristika distintiva deċiżiva. Id-data li tiddetermina “kwantità jew kwalità fiżika jew il-bidla fi kwantità fiżika” tal-prodott konness għandha titqies fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar id-Data. B’kuntrast għal dan, id-data li tirrappreżenta informazzjoni kompletament “ġdida”, maħluqa mid-detentur tad-data li jagħmel investimenti addizzjonali biex jassenja valur jew għarfien lil data mhux ipproċessata u pproċessata minn qabel eżistenti, ma hijiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. |
|
29. |
Kif muri fil-Premessa 15 (“b’mod partikolari permezz ta’ algoritmi proprjetarji u kumplessi”) u f’konformità mal-objettiv tal-Att dwar id-Data li jipproteġi l-innovazzjonijiet tad-data mid-detenturi tad-data, “data inferita jew derivata” trid tkun l-eżitu ta’ pproċessar li jinvolvi ċerta kumplessità jew inġenjożità. Għalhekk, it-twettiq ta’ operazzjonijiet matematiċi bażiċi bħaż-żieda, it-tnaqqis, il-multiplikazzjoni, id-diviżjoni jew il-kalkolu ta’ medja ma jwassalx sabiex punt tad-data jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni, anke jekk l-ipproċessar iwassal għal intuwiti addizzjonali li jmorru lil hinn mit-tifsira jew mill-kontenut tad-data sors (eż. bl-użu tal-punti tad-data pproċessati minn qabel “rata tal-fluss tal-fjuwil f’litri/siegħa” u “veloċità tal-vettura f’km/siegħa” biex jiġi kkalkulat il-konsum kurrenti jew medju tal-fjuwil). |
|
30. |
L-Att dwar id-Data jfittex li jippermetti lill-utenti u lill-partijiet terzi jaċċessaw u jużaw data (ko)ġenerata biex jiżviluppaw prodotti u servizzi innovattivi fuq l-istess livell mad-detentur tad-data. Għalhekk, filwaqt li l-ipproċessar innovattiv mid-detenturi tad-data biex jiksbu valuri jew għarfien addizzjonali minn data mhux ipproċessata jew ipproċessata minn qabel huwa protett mid-divulgazzjoni, id-data sottostanti li sservi bħala input għal tali pproċessar ġeneralment tibqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni, sakemm tali data ma tkunx fiha nnifisha inferita jew derivata skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data. |
|
31. |
Il-kombinazzjoni ta’ data minn sorsi multipli bħal sensuri tista’ turi aħjar dan ir-raġunament. Skont il-Premessa 15, “informazzjoni derivata permezz ta’ fużjoni tas-sensuri, li tinferixxi jew tiġbor data minn diversi sensuri” għandha titqies barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar id-Data. Madankollu, dan ma jfissirx li kwalunkwe kombinazzjoni ta’ punti ta’ data differenti tkun bħala tali suffiċjenti biex id-data li tirriżulta tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni. Dan huwa kkonfermat mill-Premessa 15, li skontha f’ċerti ċirkostanzi, id-data li tinsab “flimkien ma’ data oħra” titqies fil-kamp ta’ applikazzjoni. Minflok, sabiex jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni, l-ipproċessar tad-data minn sorsi multipli jrid iwassal għal għarfien kompletament ġdid li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet matematiċi bażiċi fir-rigward tad-data sors (eż. sistemi ta’ detezzjoni tal-oġġetti li jipproċessaw id-data minn sorsi multipli sabiex janalizzaw il-madwar tal-vettura). B’kuntrast għal dan, id-data li hija l-eżitu ta’ taħlita ta’ data mingħajr ma tikseb għarfien sinifikanti ġdid li jmur lil hinn min-natura tal-informazzjoni rrappreżentata fid-data sors għandha titqies fil-kamp ta’ applikazzjoni. Eżempji ta’ tali data jinkludu ż-żieda ta’ data tal-lokalizzazzjoni bbażata fuq is-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS) bħala tikketta għal data oħra dwar il-vetturi biex tiġi prodotta data referenzjata mal-lokalizzazzjoni, il-kronogramma ta’ punt ta’ data, jew data tas-sensuri bbażata fuq il-GNSS li tqabbel il-mappa biex tipproduċi ġeolokazzjoni aktar akkurata. |
|
32. |
It-tbassir ta’ avvenimenti, valuri jew kundizzjonijiet futuri normalment jitqiesu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni peress li tipikament jipprovdu informazzjoni “ġdida” li tmur lil hinn mid-deskrizzjoni u mill-karatterizzazzjoni tat-tħaddim jew mill-istatus kurrenti tal-vettura (ara l-paragrafu 26 ta’ din il-gwida). “Tbassir” jimplika ċertu grad ta’ inċertezza (eż. tbassir tat-trajettorja tal-vettura). Dan huwa f’kuntrast ma’ avvenimenti, valuri jew kundizzjonijiet li, minkejja li jkunu fil-futur, huma ċerti jew ma jeħtiġux interpretazzjoni kumplessa li tmur lil hinn mill-operazzjonijiet matematiċi bażiċi. Eżempji ta’ dawn jinkludu d-data/il-perjodu stabbilit minn qabel tas-servis li jmiss, u l-parametri jew il-valuri kurrenti estrapolati fil-futur bl-użu ta’ operazzjonijiet matematiċi bażiċi bħal ekwazzjonijiet lineari. Meta l-avveniment, il-valur jew il-kundizzjoni mbassra jkunu relatati ma’ data li titqies fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar id-Data mingħajr dan l-element ta’ tbassir, id-detenturi tad-data jeħtieġ li jagħmlu aċċessibbli punt tad-data alternattiv, għalkemm inqas akkurat, jekk tali punt tad-data jkun ipproċessat minn qabel skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data u jekk ikun disponibbli faċilment għalihom. Pereżempju, sensur virtwali tal-livell tal-fjuwil jista’ juża mudell kumpless ta’ apprendiment awtomatiku biex ibassar livell futur tal-fjuwil ibbażat fuq l-istil tas-sewqan, l-istorja tal-vjaġġ, u fatturi oħra. Madankollu, jekk data alternattiva dwar il-livell tal-fjuwil mingħajr element ta’ tbassir tkun disponibbli faċilment għad-detentur tad-data, eż. permezz ta’ sinjal tas-sensur fiżiku tal-livell tal-fjuwil inqas akkurat, din id-data jeħtieġ li ssir aċċessibbli. |
2.3.4. Eżempji ta’ data fil-kamp ta’ applikazzjoni u barra minnu
|
33. |
F’dan l-isfond, eżempji ta’ data mhux ipproċessata skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data jistgħu jinkludu:
|
|
34. |
Eżempji ta’ data pproċessata minn qabel (9) skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data jistgħu jinkludu:
|
|
35. |
Eżempji ta’ data inferita jew derivata skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data jistgħu jinkludu (11):
|
3. AĊĊESS GĦAD-DATA TAL-VETTURI (ARTIKOLI 3, 4 U 5)
|
36. |
Id-dritt tal-utenti li jaċċessaw u li jużaw id-data tal-prodotti u s-servizzi relatati, inkluż għall-fini tal-kondiviżjoni tagħha ma’ partijiet terzi tal-għażla tagħhom, huwa l-karatteristika ewlenija tal-Kapitolu II tal-Att dwar id-Data. Id-detenturi tad-data jistgħu jagħtu aċċess lill-utent għad-data direttament f’konformità mal-Artikolu 3(1) jew indirettament f’konformità mal-Artikolu 4(1). |
|
37. |
L-Artikolu 3(1) ma joħloqx obbligu li l-utent jingħata aċċess dirett għad-data dwar il-prodott (jiġifieri data mfassla biex tkun tista’ tiġi rkuprata) u data dwar is-servizzi relatati fis-sitwazzjonijiet kollha, iżda pjuttost “fejn rilevanti u teknikament fattibbli” biss. Din il-formulazzjoni hija maħsuba biex tagħti lill-manifatturi tal-vetturi d-diskrezzjoni jekk ifasslux prodott konness b’mod li jipprovdi lill-utent b’aċċess għad-data “mhux ikkontrollat” (jiġifieri mingħajr ebda intervent minn kwalunkwe parti oħra) jew b’aċċess b’kontrolli addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 4(1). |
|
38. |
Meta l-utenti ma jkunux jistgħu jaċċessaw data mill-vettura direttament f’konformità mal-Artikolu 3(1), id-detenturi tad-data jridu jagħtu aċċess indirett għal data disponibbli faċilment lill-utent f’konformità mal-Artikolu 4(1). Barra minn hekk, irrispettivament minn jekk l-aċċess għad-data jingħatax lill-utent direttament jew indirettament, id-detenturi tad-data jridu jagħmlu d-data aċċessibbli disponibbli faċilment fuq talba tal-utent lil parti terza f’konformità mal-Artikolu 5(1). “Data disponibbli faċilment” tfisser “data ta’ prodott u data ta’ servizz relatat li detentur tad-data jikseb legalment jew jista’ jikseb legalment mill-prodott konness jew servizz relatat, mingħajr sforz sproporzjonat li jmur lil hinn minn operazzjoni sempliċi” (l-Artikolu 2(17)). |
|
39. |
Fil-kuntest tas-settur awtomobilistiku, eżempju importanti ta’ data disponibbli faċilment jinkludi data ġġenerata minn vettura konnessa, li tintbagħat lejn server backend tal-OEM, b’mod partikolari taħt il-kunċett ta’ “vettura estiża”. Tali data se tkun disponibbli faċilment għall-OEM. |
|
40. |
L-OEMs jistgħu, għal diversi raġunijiet, jagħżlu li ma jirkuprawx u ma jaħżnux ċerti punti ta’ data fil-backend għalkemm l-arkitettura tal-vettura teknikament tippermetti t-trażmissjoni tagħhom. Dawn ir-raġunijiet jinkludu l-wisa’ tal-banda limitata tat-trażmissjoni, is-saħħa tal-ipproċessar jew restrizzjonijiet oħrajn imposti mill-arkitettura tal-vettura, il-kost tat-trażmissjoni tad-data, in-nuqqas perċepit ta’ każ ta’ użu kummerċjali, eċċ. Madankollu, tali data tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar id-Data, minħabba li l-kunċett ta’ “data disponibbli faċilment” jinkludi data li detentur tad-data ma jirċevix iżda jista’ “jikseb legalment”. Meta l-OEMs jivvalutaw jekk l-ilħuq ta’ ċertu punt ta’ data huwiex possibbli “mingħajr sforz sproporzjonat li jmur lil hinn minn operazzjoni sempliċi”, il-fatturi li jistgħu jqisu jinkludu l-kumplessità teknika u l-kost tal-ilħuq tal-punt ta’ data. |
|
41. |
L-Att dwar id-Data huwa teknoloġikament newtrali u ma joħloqx kundizzjonijiet stretti rigward il-format jew il-kwalità tad-data jew kif id-detenturi tad-data jeħtiġilhom jagħtu aċċess għal data tal-vettura disponibbli faċilment. Id-detenturi tad-data huma, fil-prinċipju, ħielsa li jiddeċiedu dwar il-mezzi li permezz tagħhom jingħata l-aċċess. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, soluzzjonijiet remoti ta’ kontinġenza, aċċess abbord, jew saħansitra l-użu ta’ servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data. Id-detenturi tad-data jridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-aċċess u tal-użu li jinsabu fl-Artikoli 3–5, inkluż ir-rekwiżit li tkun magħmula disponibbli data “tal-istess kwalità kif inhi disponibbli għad-detentur tad-data” (l-Artikoli 4(1) u 5(1)). Jekk metodu ta’ aċċess magħżul jirriżulta f’data li, pereżempju, tkun inqas akkurata, kompleta, affidabbli, rilevanti jew aġġornata (ara l-Premessa 30) minn dik li tkun disponibbli għad-detentur tad-data permezz ta’ mezzi oħra, dan ma jissodisfax l-obbligu ta’ kwalità. F’każijiet bħal dawn, id-detentur tad-data jrid jagħti aċċess permezz tal-mezz li jippermetti lill-utent jew lil parti terza tirċievi data ta’ kwalità ekwivalenti, sakemm ma jkunx iġġustifikat arranġament differenti fi ħdan l-Att dwar id-Data, liġi oħra tal-Unjoni, jew leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. |
|
42. |
Ir-rekwiżit li tkun magħmula disponibbli data “tal-istess kwalità kif inhi disponibbli għad-detentur tad-data” jinvolvi wkoll regola li ma ssirx diskriminazzjoni kontra l-utent jew partijiet terzi bħal ħwienet indipendenti tat-tiswija jew fornituri indipendenti oħrajn ta’ servizzi. Dan jimplika li d-detenturi tad-data ma jridux jagħmlu din id-data aċċessibbli f’livell ta’ kwalità aktar baxx minn dak li fih id-data tkun disponibbli għalihom stess, għal sussidjarji jew għal sħab awtorizzati, għal negozjanti u għas-sewwejja. |
|
43. |
Barra minn hekk, l-Artikoli 3(1), 4(1) u 5(1) tal-Att dwar id-Data jirrikjedu li d-data tkun magħmula disponibbli “faċilment” għall-utent u għal partijiet terzi. Dan ifisser li l-aċċess irid jiġi pprovdut b’mod iffaċilitat u mingħajr kostijiet jew ostakli proċedurali bla bżonn. |
|
44. |
Meta d-detenturi tad-data jagħżlu li jagħmlu disponibbli d-data lill-utent permezz tal-port iddedikat tal-OBD-II ġewwa l-vettura, l-utent ma jistax ikun meħtieġ jixtri għodda speċjalizzata ta’ aċċess bi spejjeż għalih jew li jkollu ħiliet tekniċi avvanzati biex jikseb id-data. Għalhekk, id-detenturi tad-data jistgħu jagħżlu li jipprovdu lill-utent b’għodda ta’ aċċess xierqa mingħajr kostijiet addizzjonali flimkien mal-vettura mixtrija, mikrija jew mogħtija b’lokazzjoni, jew li jagħmlu d-data disponibbli permezz ta’ mezzi oħra ta’ aċċess bħal server backend mill-bogħod. Dan il-paragrafu ma għandux effett fuq il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, b’mod partikolari l-Artikoli 61–66 u l-Anness X tar-Regolament dwar l-Approvazzjoni tat-Tip. |
|
45. |
L-Att dwar id-Data jirrikjedi biss li d-data li hija mfassla biex tkun tista’ tiġi rkuprata tkun magħmula disponibbli. Dan jeskludi, pereżempju, id-data li tiġi pproċessata “fuq it-tarf” (jiġifieri ġewwa l-vettura) u ma tkunx tista’ tiġi aċċessata minn kwalunkwe parti, inklużi l-OEMs, peress li titħassar immedjatament wara l-ipproċessar. Ċerti punti tad-data bħad-data tal-aċċellerometru, il-veloċità tal-vettura, il-lokalizzazzjoni bbażata fuq il-GNSS jew il-valur tal-odometru huma essenzjali għal ħafna każijiet ta’ użu fis-suq ta’ wara l-bejgħ. Għalhekk, l-OEMs huma mħeġġa jqisu l-importanza tal-punti tad-data għall-fornituri indipendenti tas-servizzi tas-suq ta’ wara l-bejgħ meta jiddeċiedu jekk għandhomx ifasslu tali punti tad-data biex ikunu jistgħu jiġu rkuprati mill-vettura. |
4. KOST TAL-AĊĊESS GĦAD-DATA
|
46. |
Id-detenturi tad-data li huma obbligati li jagħmlu d-data disponibbli għal riċevitur tad-data, b’mod partikolari skont l-Artikolu 5, f’relazzjonijiet bejn in-negozji, huma intitolati għal kumpens raġonevoli f’konformità mal-Artikolu 9. Dan ma għandu l-ebda effett fuq liġi oħra tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-aċċess għad-data fl-industrija tas-settur awtomobilistiku, inkluż l-informazzjoni teknika meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabilità stradali (12). Gwida dettaljata dwar kif għandu jiġi kkalkolat tali kumpens se tkun disponibbli fil-linji gwida li ġejjin tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu ta’ kumpens raġonevoli skont l-Artikolu 9(5). |
5. MIXXELLANJI
|
47. |
Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti li jinfurzaw l-Att dwar id-Data biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv ma’ awtoritajiet rilevanti oħra fis-settur tal-industrija awtomobilistika, speċjalment mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont ir-Regolament dwar l-Approvazzjoni tat-Tip u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, f’konformità mal-Artikolu 37(5)(g) tal-Att dwar id-Data, biex jiżguraw infurzar xieraq u interazzjoni bla xkiel bejn l-Att dwar id-Data u leġiżlazzjoni rilevanti oħra. Il-Kummissjoni se tistinka għal djalogu kostruttiv mal-awtoritajiet kompetenti li jinfurzaw l-Att dwar id-Data u l-awtoritajiet rilevanti l-oħra fis-settur tal-karozzi biex jappoġġaw l-attivitajiet tagħhom. F’dan il-kuntest, il-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data jista’ jservi bħala forum għall-promozzjoni tal-konsistenza u l-apprendiment reċiproku fis-setturi u fl-Istati Membri tal-UE. |
|
48. |
Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati affettwati kollha tal-industrija biex jinvolvu ruħhom fi djalogu biex tinkiseb implimentazzjoni bbilanċjata, filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-partijiet rilevanti kollha. Dan id-djalogu jista’ jindirizza mhux biss l-implimentazzjoni tal-Att dwar id-Data iżda wkoll kwistjonijiet oħra ta’ rilevanza għall-ekosistema tal-karozzi. Il-Kummissjoni hija impenjata li tiffaċilita dan id-djalogu ta’ benefiċċju reċiproku. |
|
49. |
Il-Kummissjoni tħeġġeġ u tiffaċilita l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ standards għall-aċċess għad-data fl-industrija tal-karozzi, filwaqt li taħdem b’mod effettiv mal-korpi rilevanti tal-istandardizzazzjoni u tal-governanza tad-data biex tiżgura l-interoperabbiltà, is-sigurtà u l-kompetizzjoni ġusta. |
|
50. |
Minħabba n-novità tal-Att dwar id-Data u l-iżviluppi kontinwi fit-teknoloġiji rilevanti, din il-gwida għandha tiġi rieżaminata wara perjodu xieraq biex tiġi vvalutata l-effettività tagħha fis-settur tal-karozzi u biex tiġi identifikata kwalunkwe kwistjoni pendenti. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data) (ĠU L, 2023/2854, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2854/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 129, 28.5.2010, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/461/oj), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/822 tas-17 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 461/2010 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu (ĠU L 102I, 17.4.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/822/oj).
(4) Avviż tal-Kummissjoni – Linji gwida supplimentari dwar restrizzjonijiet vertikali f’akkordji dwar il-bejgħ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u għad-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur (ĠU C 138, 28.5.2010, p. 16), kif emendati minn Emendi għall-Avviż tal-Kummissjoni – Linji gwida supplimentari dwar restrizzjonijiet vertikali f’akkordji dwar il-bejgħ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur (ĠU C 133I, 17.4.2023, p. 1).
(5) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(6) Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj).
(7) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data relatata mal-batteriji skont id-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli (ĠU C, C/2025/4104, 25.7.2025).
(8) Ir-riżorsi tal-vetturi għandhom jinftiehmu bħala l-infrastruttura teknika tal-vettura (kemm hardware kif ukoll software), użati għall-ipproċessar tad-data (riżorsi tal-computing, bħal unitajiet ta’ kontroll elettroniku u attwaturi/sensuri), għall-aċċess tad-data, għall-komunikazzjoni ta’ data off-board jew għall-interazzjoni mas-sewwieq (riżorsi ta’ komunikazzjoni bħad-dashboard jew l-interfaċċa bejn il-bniedem u l-magna).
(9) Skont l-arkitettura tal-vettura individwali, xi wħud minn dawn il-punti ta’ data jistgħu minflok jiġu kklassifikati bħala data mhux ipproċessata minflok bħala data pproċessata minn qabel.
(10) L-unitajiet imsemmija f’din it-taqsima huma maħsuba biex ikunu indikattivi u mhux eżawrjenti. L-obbligu li punt tad-data jsir disponibbli japplika wkoll jekk id-detentur tad-data jagħżel li juża unità oħra.
(11) Din il-lista ma għandha l-ebda effett fuq l-obbligi li d-data ssir disponibbli skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, ara l-paragrafu 5.
(12) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/45/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5026/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)