DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla għall-Eżami mill‑Ġdid)
17 ta’ Settembru 2018 ( *1 )
“Eżami mill-ġdid”
Fil-Kawża C‑542/18 RX,
li għandha bħala suġġett proposta ta’ eżami mill-ġdid magħmula mill-Avukat Ġenerali Ewlieni, bis-saħħa tal-Artikolu 62 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl‑20 ta’ Awwissu 2018,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla għall-Eżami mill-Ġdid),
komposta minn M. Ilešič (Relatur), President tal-Awla, A. Rosas, C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,
tagħti l-preżenti
Deċiżjoni
|
1 |
Il-proposta ta’ eżami mill-ġdid magħmula mill-Avukat Ġenerali Ewlieni tikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑19 ta’ Lulju 2018, Simpson vs Il‑Kunsill (T‑646/16 P, mhux ippubblikata, EU:T:2018:493). Permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali annullat id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal‑24 ta’ Ġunju 2016, Simpson vs Il‑Kunsill (F‑142/11 RENV, EU:F:2016:136), li permezz tagħha dan ċaħad ir-rikors tar-rikorrent intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tad‑9 ta’ Diċembru 2010 li tiċħad it-talba tiegħu għal avvanz fil-grad AD 9 wara li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/113/07 organizzata għar-reklutaġġ ta’ kapijiet ta’ unità ta’ grad AD 9, b’mod speċifiku ta’ lingwa Estonjana, fil-qasam tat-traduzzjoni, u tad-deċiżjoni tas‑7 ta’ Ottubru 2011 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tad-dannu allegatament imġarrab. Dan id-digriet ingħata wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat‑22 ta’ Ottubru 2015, Il‑Kunsill vs Simpson (T‑130/14 P, EU:T:2015:796), li tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑12 ta’ Diċembru 2013, Simpson vs Il‑Kunsill (F‑142/11, EU:F:2013:201), u li tagħmel riferiment għas-sentenza quddiem dan tal-aħħar. |
|
2 |
Il-Qorti Ġenerali qieset li l-kulleġġ ġudikanti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ta dan l-aħħar digriet ma kienx ġie kkostitwit b’mod regolari. |
|
3 |
Mill-Artikolu 256(2) TFUE jirriżulta li d-deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali fuq appelli mid-deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea jistgħu eċċezzjonalment ikunu suġġetti għal eżami mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja, skont il-kundizzjonijiet u fil-limiti previsti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fejn ikun hemm periklu serju ta’ preġudizzju għall-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni. |
|
4 |
Bis-saħħa tal-Artikolu 62 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Avukat Ġenerali Ewlieni jista’, meta jidhirlu li jkun hemm riskju serju ta’ preġudizzju għall-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni, jipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. |
|
5 |
Mill-Artikolu 193(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, f’dan ir-rigward, li meta tintalab tieħu konjizzjoni ta’ tali proposta ta’ eżami mill-ġdid, l-Awla għall-Eżami mill-Ġdid għandha tiddeċiedi jekk hemmx lok li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tiġi eżaminata mill-ġdid u li, meta hekk ikun il-każ, id-deċiżjoni li tiġi eżaminata mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali għandha tindika biss il-kwistjonijiet li għandhom ikunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid. |
|
6 |
F’dan il-każ, l-Awla għall-Eżami mill-Ġdid ikkunsidrat li hemm lok li jsir l-eżami mill-ġdid tas-sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2018, Simpson vs Il‑Kunsill (T‑646/16 P, mhux ippubblikata, EU:T:2018:493). |
|
7 |
Il-kwistjonijiet li ser jiġu eżaminati fl-eżami mill-ġdid huma indikati fil-punt 2 tad-dispożittiv tal-preżenti deċiżjoni. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-Eżami mill-Ġdid) tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.