<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-542/18 RX</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CD0542</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:763">EU:C:2018:763</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>2</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>2</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180917">17.9.2018</DATE> – Kawża C-542/18 RX</HT></P><P><HT TYPE="SC">Simpson vs Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla għall-Eżami mill‑Ġdid)</P><P><DATE ISO="20180917">17 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Eżami mill-ġdid</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑542/18 RX,</P><P>li għandha bħala suġġett proposta ta’ eżami mill-ġdid magħmula mill-Avukat Ġenerali Ewlieni, bis-saħħa tal-Artikolu 62 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl‑<DATE ISO="20180820">20 ta’ Awwissu 2018</DATE>,</P></ORDER.INIT><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla għall-Eżami mill-Ġdid),</P><P>komposta minn M. Ilešič (Relatur), President tal-Awla, A. Rosas, C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Deċiżjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Il-proposta ta’ eżami mill-ġdid magħmula mill-Avukat Ġenerali Ewlieni tikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180719">19 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑646/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:493">EU:T:2018:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali annullat id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11 RENV</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:136">EU:F:2016:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha dan ċaħad ir-rikors tar-rikorrent intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE> li tiċħad it-talba tiegħu għal avvanz fil-grad AD 9 wara li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/113/07 organizzata għar-reklutaġġ ta’ kapijiet ta’ unità ta’ grad AD 9, b’mod speċifiku ta’ lingwa Estonjana, fil-qasam tat-traduzzjoni, u tad-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20111007">7 ta’ Ottubru 2011</DATE> li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tad-dannu allegatament imġarrab. Dan id-digriet ingħata wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Simpson</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑130/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:796">EU:T:2015:796</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:201">EU:F:2013:201</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u li tagħmel riferiment għas-sentenza quddiem dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qieset li l-kulleġġ ġudikanti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ta dan l-aħħar digriet ma kienx ġie kkostitwit b’mod regolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 256(2) TFUE jirriżulta li d-deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali fuq appelli mid-deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea jistgħu eċċezzjonalment ikunu suġġetti għal eżami mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja, skont il-kundizzjonijiet u fil-limiti previsti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fejn ikun hemm periklu serju ta’ preġudizzju għall-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 62 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Avukat Ġenerali Ewlieni jista’, meta jidhirlu li jkun hemm riskju serju ta’ preġudizzju għall-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni, jipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 193(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, f’dan ir-rigward, li meta tintalab tieħu konjizzjoni ta’ tali proposta ta’ eżami mill-ġdid, l-Awla għall-Eżami mill-Ġdid għandha tiddeċiedi jekk hemmx lok li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tiġi eżaminata mill-ġdid u li, meta hekk ikun il-każ, id-deċiżjoni li tiġi eżaminata mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali għandha tindika biss il-kwistjonijiet li għandhom ikunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Awla għall-Eżami mill-Ġdid ikkunsidrat li hemm lok li jsir l-eżami mill-ġdid tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180719">19 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑646/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:493">EU:T:2018:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-kwistjonijiet li ser jiġu eżaminati fl-eżami mill-ġdid huma indikati fil-punt 2 tad-dispożittiv tal-preżenti deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-Eżami mill-Ġdid) tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Hemm lok li jsir l-eżami mill-ġdid tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180719">19 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑646/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:493">EU:T:2018:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-eżami mill-ġdid għandu jitratta l-kwistjoni dwar jekk, b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180719">19 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑646/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:493">EU:T:2018:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tippreġudikax l-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni sa fejn l-imsemmija Qorti Ġenerali, fil-kapaċità tagħha bħala qorti ta’ appell, iddeċidiet li l-kulleġġ ġudikanti li ta d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11 RENV</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:136">EU:F:2016:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kien kompost b’mod irregolari minħabba irregolarità li kienet taffettwa l-proċedura ta’ ħatra ta’ wieħed mill-Membri ta’ dan il-kulleġġ, li kkawżat ksur tal-prinċipju ta’ qorti legali stabbilit fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">L-eżami mill-ġdid għandu jirrigwarda b’mod partikolari l-punt dwar jekk, bħal fil-każ tal-atti msemmija fl-Artikolu 277 TFUE, il-ħatra ta’ Mħallef tistax tkun suġġetta għal stħarriġ tal-legalità inċidentali jew jekk tali stħarriġ tal-legalità inċidentali huwiex – bħala prinċipju jew wara d-dekorriment ta’ ċertu perijodu ta’ żmien – eskluż jew limitat għal ċerti tipi ta’ irregolaritajiet sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà ġuridika u l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea huma mistiedna jressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f’terminu ta’ xahar li jibda jiddekorri min-notifika ta’ din id-deċiżjoni, l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom dwar l-imsemmija kwistjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>